|
15.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M. 10174 — Macquarie/Aberdeen/Ucles JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 87/06)
1.
Fit-3 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Pentacom Investments (UK) Holdco Limited (“Macquarie”, ir-Renju Unit), li tappartjeni għall-Macquarie Group, |
|
— |
Aberdeen Standard European Infrastructure GP IV Limited (“Aberdeen”, ir-Renju Unit), li tappartjeni għall-Aberdeen Group, |
|
— |
Ucles InfraCo, S.L. (“Ucles”, Spanja). |
Macquarie u Aberdeen jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Ucles.
Il-konċentrazzjoni hija implimentata permezz ta’ kuntratt ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Macquarie: tipprovdi servizzi bankarji ta’ investiment globali u servizzi finanzjarji li jkopru riżorsi u kommoditajiet, enerġija ekoloġika, enerġija konvenzjonali, istituzzjonijiet finanzjarji, infrastruttura u proprjetà immobbli; |
|
— |
Aberdeen: ġestjoni ta’ assi b’attività f’setturi li jinkludu t-trasport, l-infrastruttura soċjali, l-iskart u t-trattament tal-ilma u networks ta’ produzzjoni b’enerġija nadifa; |
|
— |
Ucles: provvista bl-ingrossa ta’ servizzi ta’ aċċess għall-broadband fi Spanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li dejjem tiġi speċifikata din ir-referenza:
M.10174 — Macquarie/Aberdeen/Ucles JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).