|
23.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/463
tat-22 ta’ Marzu 2022
li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 (2) fiha żball fil-punt 1.1.2.3, l-ewwel sentenza tal-Anness li jbiddel it-tifsira tad-dispożizzjoni. |
|
(2) |
Għalhekk jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(Ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 tal-5 ta’ Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 299, 14.11.2015, p. 1).