28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 29/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2008 tal-25 ta’ April 2008 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/14/KE tal-15 ta’ Frar 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar prodotti kosmetiċi, għall-għan tal-adattament tal-Anness III tagħha għall-progress tekniku (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 1 (Id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE) tal-Kapitolu XVI tal-Anness II tal-Ftehim:

“—

32008 L 0014: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/14/KE tal-15 ta’ Frar 2008 (ĠU L 42, 16.2.2008, p. 43).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2008/14/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 223, 21.8.2008, p. 45.

(2)   ĠU L 42, 16.2.2008, p. 43.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.