31980D0157



Official Journal L 033 , 11/02/1980 P. 0015 - 0016
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 2 P. 0055
Greek special edition: Chapter 06 Volume 2 P. 0086
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 2 P. 0055
Spanish special edition: Chapter 06 Volume 2 P. 0102
Portuguese special edition Chapter 06 Volume 2 P. 0102


Id-Deċiżjoni Tal-Kunsill

tal-21 ta’ Jannar 1980

li temenda d-Deċiżjoni Nru 75/365/KEE li tistabbilixxi Kumitat ta’ Uffiċjali Anzjani dwar is-Saħħa Pubblika

(80/157/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra l-abbozz tad-Deċiżjoni mill-Kummissjoni,

Billi skond id-Deċiżjoni 75/365/KEE [1] il-Kunsill stabbilixxa Kumitat ta’ l-Uffiċjali Anzjani dwar is-Saħħa Pubblika li għandu l-kompitu jidentifika u janalizza kull diffikultà li tista’ toriġina mill-implimentazzjoni tad-Direttivi li jirrelataw għad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu provduti servizzi minn tobba, li tinġabar l-informazzjoni kollha rilevanti dwar kondizzjonijiet li taħthom tingħata l-kura medika fl-Istati Membri u li jingħataw opinjonijiet li jistgħu jiggwidaw ix-xogħol tal-Kummissjoni bl-iskop ta’ emenda possibbli tad-Direttivi msemmija;

Billi dik id-Deċiżjoni ġiet emendata mid-Deċiżjonijiet 77/455/KEE [2] u 78/689/KEE [3], li jagħtu lill-Kumitat ta’ Uffiċjali Anzjani dwar is-Saħħa Pubblika l-istess kompitu fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni tal-miżuri adottati mill-Kunsill li jirrigwardaw l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu provduti servizzi ta’ infirmiera responsabbli għall-kura ġenerali u ta’ dentisti prattikanti;

Billi l-applikazzjoni tal-miżuri adottati mill-Kunsill fir-rigward ta’ l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu provduti servizzi u l-koordinazzjoni ta’ dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’ azzjoni amministrattiva fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ qbiela tista’ tikkawża problemi li għandhom jiġu eżaminati konġuntament;

Billi l-Kumitat ta’ Uffiċjali Anzjali dwar is-Saħħa Pubblika għandu jingħata dan il-kompitu;

Billi t-termini ta’ referenza ta’ dak il-Kumitat għandhom għalhekk jiġu estiżi,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

L-Artikolu Wieħed

"L-Artikolu 2

Il-kompitu tal-Kumitat għandu jkun:

- li jidentifika u janalizza kull diffikultà li tista’ toriġina mill-implimentazzjoni tad-Direttivi 75/362/KEE [4], 75/363/KEE [5], 77/452/KEE [6], 77/453/KEE [7], 78/686/KEE [8], 78/687/KEE [9], 80/154/KEE [10] u 80/155/KEE [11],

- li jiġbor l-informazzjoni kollha rilevanti dwar:

- il-kondizzjonijiet li taħthom il-kura medika ġenerali u speċjalista tingħata minn tobba fl-Istati Membri,

- il-kondizzjonijiet li taħthom il-kura ta’ l-infermiera tingħata fl-Istati Membri minn infermiera responsabbli għall-kura ġenerali,

- il-kondizzjonijiet li taħthom kura dentali ġenerali u speċjalista tingħata minn prattikanti dentisti fl-Istati Membri,

- il-kondizzjonijiet li taħthom l-attivitajiet tal-qbiela jitwettqu fl-Istati Membri,

- li jagħtu opinjonijiet biex ix-xogħol tal-Kummissjoni jiġi ggwidat bl-iskop ta’ emenda possibbli tad-Direttivi msemmija fuq."

Magħmula fi Brussel, fil-21 Jannar 1980.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Marcora

[1] ĠU L 167, tat-30.6.75, p. 19.

[2] ĠU L 176, tal-15.7.1977, p. 13.

[3] ĠU L 233, ta’ l-24.8.1978, p. 17.

[4] ĠU L 33, tal-11.2.1980, p. 1.

[5] ĠU L 33, tal-11.2.1980, p. 14.

[6] ĠU L 176, tal-15.7.1977, p. 1.

[7] ĠU L 176, tal-15.7.1977, p. 8.

[8] ĠU L 233, ta’ l-24.8.1978, p. 1.

[9] ĠU L 233, ta’ l-24.8.1978, p. 10.

[10] ĠU L 33, tal-11.2.1980, p. 1.

[11] ĠU L 33, tal-11.2.1980, p. 8.

--------------------------------------------------