|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2790 |
18.5.2026 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2026/2790)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Culatello di Zibello”
Numru ta’ Ref tal-UE: PDO-IT-1492-AM02 — 20.2.2026
1. Isem il-prodott
“Culatello di Zibello”
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
|
☐ |
IĠ |
3. Settur
|
☑ |
Prodotti agrikoli |
|
☐ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
L-Italja
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Isem
Il-Ministeru għall-Agrikoltura, għas-Sovranità tal-Ikel u għall-Forestrija - id-Dipartiment għas-Sovranità tal-Ikel u għall-Isport Ekwestru
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-emendi tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għad-DOP “Culatello di Zibello” ma humiex emendi tal-Unjoni peress li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143, jiġifieri:
|
— |
ma jinkludux bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem; |
|
— |
ma jirriskjawx li jxejnu r-rabta maż-żona ġeografika msemmija fid-dokument uniku; u |
|
— |
ma jinvolvux restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. |
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Titolu
Emenda tal-Artikolu 2
Deskrizzjoni
Emenda 1
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal taqsima speċifika dwar “Karatteristiċi ġenetiċi”. L-oriġini ġenetika tal-materja prima ġiet iċċarata fir-rigward tat-tip ġenetiku tal-annimali għat-tnissil, kemm irġiel kif ukoll nisa, billi ġew inklużi l-kombinamenti ġenetiċi permessi. Għalhekk, ir-referenza fit-test għad-dispożizzjonijiet dwar ir-razez għad-DOP “Prosciutto di Parma” u għad-DOP “Prosciutto di San Daniele” ġiet sostitwita.
Raġuni: L-emenda tiċċara l-kombinamenti permessi ta’ inkroċjar tar-razez. Il-valutazzjoni tar-razza u tat-tip ġenetiku taż-żewġ annimali għat-tnissil hija importanti għaż-żamma tal-karatteristiċi tal-ħnieżer ta’ piż tqil, b’mod partikolari fir-rigward tal-kompatibbiltà mat-tliet razez ta’ referenza fil-Ktieb tal-Merħla Taljana maħsuba għall-produzzjoni ta’ ħnieżer ta’ piż tqil u użati għad-DOP “Culatello di Zibello”.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 2
Deskrizzjoni
Emenda 2
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal tabella li tispjega r-rekwiżiti ġenetiċi għall-ħnieżer, li turi l-kombinamenti permessi u dawk mhux permessi.
Raġuni: L-inklużjoni tat-tabella tipprovdi aktar ċarezza fid-definizzjoni tal-uniċi kombinamenti possibbli ta’ inkroċjar ġenetiku.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 2
Deskrizzjoni
Emenda 3
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal referenza għal-lista tat-tipi ġenetiċi approvati mill-Ministeru għall-Agrikoltura, għas-Sovranità tal-Ikel u għall-Forestrija.
Raġuni: Ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-lista u l-aġġornament tagħha jagħmluha possibbli li l-katina tal-produzzjoni tiġi mmonitorjata aħjar.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 2
Deskrizzjoni
Emenda 4
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tispeċifika li l-laħam li ġej minn ifħla u majjali u minn ħnieżer li jġorru karatteristiċi mhux favorevoli, b’mod partikolari b’suxxettibbiltà għall-istress (Sindromu tal-Istress fil-Ħnieżer jew PSS), ma jistgħux jintużaw.
Raġuni: L-emenda hija xierqa sabiex tiċċara li l-laħam li ġej minn ifħla u minn majjali u minn ħnieżer li jġorru karatteristiċi mhux favorevoli ma huwiex adattat sabiex jintuża għall-produzzjoni tal-“Culatello di Zibello”. Dan huwa f’konformità mal-prattika kurrenti, li sa issa kienet ibbażata fuq referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għad-DOP “Prosciutto di Parma” u għad-DOP “Prosciutto di San Daniele”.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 2
Deskrizzjoni
Emenda 5
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda żżid taqsima speċifika dwar “Trobbija u għalf”. Żdiedu l-istadji kronoloġiċi tradizzjonali tat-trobbija tal-ħnieżer: it-treddigħ, il-ftim, it-tkabbir u l-finitura, u b’hekk tiġi sostitwita r-referenza għad-DOP “Prosciutto di Parma” u għad-DOP “Prosciutto di San Daniele”.
Raġuni: L-emenda tispeċifika l-istadji tat-trobbija tal-ħnieżer ta’ piż tqil diġà inklużi fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott li tirreferi għalihom l-ispeċifikazzjoni tal-prodott emendata.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 2
Deskrizzjoni
Emenda 6
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal dispożizzjonijiet dwar l-istadju tat-treddigħ tal-ħnienes, li d-durata tiegħu, sa mill-inqas 28 jum, hija konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima C tal-Kapitolu II tal-Anness I tad-Direttiva 2008/120/KE. Iddaħħlu wkoll referenzi għat-treddigħ naturali tal-ħnienes mill-majjala jew għal dak artifiċjali, għall-amministrazzjoni ta’ materja prima permessa u għall-użu ta’ supplimenti tal-minerali, tal-vitamini u tal-amminoaċidi u għall-użu tal-addittivi.
Raġuni: L-emenda tiddefinixxi b’mod preċiż il-karatteristiċi tal-istadju tat-treddigħ f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea. L-użu ta’ supplimenti tal-vitamini u tal-amminoaċidi, u tal-addittivi, jiżgura tkabbir muskolari xieraq u jgħin id-diġestjoni u l-assorbiment tan-nutrijenti.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 2
Deskrizzjoni
Emenda 7
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tistabbilixxi l-metodi u t-twaqqit tal-applikazzjoni tal-marka tal-oriġini bil-linka maż-żewġ riġlejn ta’ kull ħanżir, flimkien mal-mudelli tal-marka bil-linka u tal-pjanċi assoċjati għall-applikazzjoni tagħha.
Raġuni: L-emenda tirregola preċiżament l-għodod u l-passi meħtieġa biex jiġu żgurati t-trekkjar u t-traċċabilità tal-materja prima għall-“Culatello di Zibello” mill-ewwel stadju tat-trobbija, bl-użu tal-għodda li diġà jintużaw, li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet introdotti.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 2
Deskrizzjoni
Emenda 8
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal tabella ta’ referenza li turi liema ittra għandha tintuża biex tirrappreżenta x-xahar tat-twelid tal-ħannus, li għandha tiġi inkluża fil-marka tal-oriġini bil-linka.
Raġuni: L-emenda tipprovdi ċarezza u trasparenza massimi fit-trekkjar u fit-traċċabilità tal-ħnieżer użati għall-produzzjoni tal-“Culatello di Zibello” sabiex tiġi vverifikata l-età tal-ħnieżer fl-istadji tat-trobbija u tal-iskarnar.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 2
Deskrizzjoni
Emenda 9
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-possibbiltà li jintuża apparat ta’ identifikazzjoni minflok il-marka tal-oriġini bil-linka applikata mill-bidwi, jew flimkien magħha.
Raġuni: L-użu ta’ apparati minflok il-marka tal-oriġini bil-linka jew flimkien magħha jippermetti li jintużaw għodod oħrajn trekkjar u ta’ traċċar f’konformità mal-iżviluppi teknoloġiċi.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 2
Deskrizzjoni
Emenda 10
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tipprovdi regola għad-determinazzjoni tal-età tal-ħnieżer f’xhur.
Raġuni: L-emenda tagħmilha possibbli biex b’mod inekwoviku u mhux ambigwu tiġi vverifikata l-età tal-ħnieżer fl-istadji tat-trobbija u tal-iskarnar.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 2
Deskrizzjoni
Emenda 11
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal dispożizzjonijiet dwar il-fażi tal-ftim tal-ħnieżer. Ġew introdotti regoli li jirregolaw id-durata ta’ dan l-istadju, il-piż massimu tal-ħnienes u l-għalf. Żdiedet referenza għall-amministrazzjoni tal-għalf niexef, għall-użu tas-supplimenti tal-vitamini, tal-minerali u tal-amminoaċidi u għall-użu tal-addittivi. Il-perjodu tal-ftam żdied minn 80 jum għal 3 xhur u l-limitu tal-piż massimu għall-ħnienes ġie stabbilit għal 40 kg.
Raġuni: L-emenda tistabbilixxi żewġ parametri – id-durata u l-piż massimu – li jiżguraw it-tkabbir gradwali u bilanċjat tal-ħnieżer waqt l-istadju tal-ftam. Matul dan l-istadju, il-ħnieżer jistgħu jintemgħu l-materja prima kollha permessa mir-regoli fis-seħħ sabiex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet nutrizzjonali, tal-benesseri tal-annimali u tas-saħħa tagħhom. Ir-referenza għall-formati li bihom jiġi ppreżentat l-għalf tippermetti lill-bidwi jagħżel liema juża minnhom. L-użu ta’ supplimenti tal-vitamini, tal-minerali u tal-amminoaċidi, u tal-addittivi, jiżgura tkabbir muskolari xieraq għall-ħnieżer u jgħin id-diġestjoni u l-assorbiment tan-nutrijenti.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 2
Deskrizzjoni
Emenda 12
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal dispożizzjonijiet dwar l-istadju tat-tkabbir, filwaqt li tistabbilixxi durata massima ta’ 5 xhur u żżid il-piż li jista’ jinkiseb fi tmiem l-istadju minn 80 kg għal 85 kg.
Ġiet speċifikata referenza għat-tolleranzi fuq materja prima individwali f’konformità mal-Artikolu 17(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, u tħassret ir-referenza għall-perċentwal ta’ 10 %. Żdiedet b’mod espliċitu l-possibbiltà li l-bidwi jamministra wkoll l-għalf f’forma niexfa.
Iddaħħlet it-“Tabella ta’ materja prima permessa” u din għandha tintuża wkoll għall-fażi li jmiss, jiġifieri l-finitura, li għaliha ġew inklużi regoli speċifiċi. L-ismijiet tal-materja prima li ġejja ġew emendati, b’kont meħud tan-nomenklatura prevista fir-regoli tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 68/2013, kif aġġornat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1017:
|
— |
“qamħirrum” ma għadux jissejjaħ bħala “mais” bit-Taljan, iżda minflok bħala “granturco”; |
|
— |
“semolina” issa tissejjaħ “grixa”; |
|
— |
“grixa tan-nefel deidratat” issa tissejjaħ “nefel (imnixxef f’temperatura għolja)”; |
|
— |
“espellent taż-żerriegħa tal-kittien” ma għadux jissejjaħ bit-Taljan bħala “expeller di lino” iżda minflok bħala “panello di lino”, u miegħu żdiedu dawn li ġejjin: “għalf tal-espellent taż-żerriegħa tal-kittien”, “grixa taż-żerriegħa tal-kittien” u “għalf tal-grixa taż-żerriegħa tal-kittien”; |
|
— |
“residwi tat-tuffieħ u tal-lanġas, qoxra tal-għeneb jew tat-tadam bħala trasportaturi għal supplimenti nutrizzjonali” issa jissejħu “polpa tal-frott u polpa tat-tadam (residwi tat-tadam) bħala trasportaturi tal-premixxiela”; |
|
— |
“ħmira tal-birra u/jew ħmira tat-torula” issa tissejjaħ “ħmejjer”; |
|
— |
“grixa tal-estrazzjoni min-nebbieta tal-qamħirrum” (bl-użu tal-kelma “mais” bit-Taljan) issa tissejjaħ “grixa min-nebbieta tal-qamħirrum” (bl-użu tal-kelma “granturco” bit-Taljan); |
|
— |
“ħbub tad-distillerija” issa jissejħu “ħbub u solubbli mnixxfin tad-distillerija”. |
Il-materja prima li ġejja tneħħiet:
|
— |
“ħarrub mingħajr għadma”; |
|
— |
“liżati tal-proteina”; |
|
— |
“patata deidratata”; |
|
— |
“manjoka”; |
|
— |
“polpa tal-pitravi pressata u insilata”; |
|
— |
“grixa tal-ġunġlien”; |
|
— |
“grixa tal-estrazzjoni tal-ġewż tal-Indi”; |
|
— |
“grixa tal-laħam”. |
Il-kelma “ħafur” tħassret mill-kategorija taċ-“ċereali minuri”.
Il-kwantità tal-materja prima li ġejja nbidlet:
|
— |
“xorrox tal-butir” għall-istadju tat-tkabbir biss (li jinbidel għal massimu ta’ 250 g għal kull ras kull jum ta’ materja niexfa), mingħajr preġudizzju għall-fatt li x-“xorrox” u x-“xorrox tal-butir” meħuda flimkien ma jridux jaqbżu l-15-il litru għal kull ras kull jum; |
|
— |
“grixa tal-glutina tal-qamħirrum u/jew għalf tal-glutina tal-qamħirrum (minn massimu ta’ 5 % għal massimu ta’ 10 %); |
|
— |
‘qamħirrum’ (minn massimu ta’ 55 % sa massimu ta’ 65 %); |
|
— |
‘sorgu’ (minn massimu ta’ 40 % sa massimu ta’ 55 %); |
|
— |
‘xgħir’ (minn massimu ta’ 40 % sa massimu ta’ 55 %); |
|
— |
‘qamħ’ (minn massimu ta’ 25 % sa massimu ta’ 55 %); |
|
— |
‘tritikal’ (minn massimu ta’ 25 % sa massimu ta’ 55 %); |
|
— |
‘polpa tal-pitravi deidratata’ (minn massimu ta’ 4 % għal massimu ta’ 10 %); |
|
— |
‘nefel, imnixxef f’temperaturi għoljin’ (minn massimu ta’ 2 % sa massimu ta’ 4 %). |
Żdiedet il-materja prima li ġejja:
|
— |
‘grixa tal-glutina tal-qamħirrum u/jew għalf tal-glutina tal-qamħirrum’, anke matul l-istadju tal-finitura; |
|
— |
‘silaġġ tal-qamħirrum’, anke matul l-istadju tal-finitura; |
|
— |
‘grixa tal-qamħirrum tas-sbula sħiħa’; |
|
— |
‘ħbub u solubbli mnixxfa tad-distillerija’, anke matul il-fażi tal-finitura; |
|
— |
‘għalf tal-espellent taż-żerriegħa tal-kittien, grixa taż-żerriegħa tal-kittien’ u għalf tal-grixa taż-żerriegħa tal-kittien”; |
|
— |
“lipidi b’punt tat-tidwib ta’ aktar minn 36 °C”, anke matul l-istadju tal-finitura; |
|
— |
“prodotti miksuba waqt l-estrazzjoni tal-lift”; |
|
— |
“fażola tas-sojja sħiħa mixwija u/jew espellent tas-sojja”, għall-fażi tat-tkabbir biss. |
Il-materja prima “piżelli u/jew żrieragħ leguminużi oħrajn” inqasmet f’żewġ entrati: “piżelli” u “żrieragħ leguminużi oħrajn”, u l-kwantitajiet żdiedu (“piżelli” sa massimu ta’ 25 % u “żrieragħ leguminużi oħrajn” sa massimu ta’ 10 %).
Fir-rigward tal-“grixa minn ħbub u/jew sbula”, ġie speċifikat li dan jikkonċerna “ħbub tal-qamħirrum u/jew sbula tal-qamħirrum”.
Il-“grixa minn estrazzjoni tas-sojja” saret “prodotti miksuba matul l-estrazzjoni tal-fażola tas-sojja”, u l-perċentwal tal-użu kemm matul l-istadju tat-tkabbir kif ukoll l-istadju tal-finitura ġie standardizzat għal massimu ta’ 20 %.
Il-“grixa tal-ġirasol” inbidlet għal “prodotti miksuba matul l-estrazzjoni taż-żerriegħa tal-ġirasol”, li l-użu tagħhom żdied għal massimu ta’ 10 %.
In-Nota 4 tat-tabella tistabbilixxi kontenut massimu ta’ xaħam mhux raffinat li ma jaqbiżx it-2,5 % tal-materja niexfa għall-prodotti miksuba matul l-estrazzjoni tal-fażola tas-sojja, taż-żerriegħa tal-ġirasol u taż-żerriegħa tal-lift.
Żdiedet l-għażla li jintużaw minerali, vitamini u addittivi.
Fin-nota 2 ġiet iċċarata d-definizzjoni ta’ “ħbub u solubbli mnixxfa tad-distillerija”.
Minbarra l-limitu massimu ta’ 2 % għall-aċidu linolejku, l-emenda tintroduċi limitu massimu ta’ xaħam ta’ 5 % tal-materja niexfa tad-dieta.
Raġuni: Il-piż massimu ġie stabbilit għal 85 kg – minflok 80 kg – minħabba l-iżviluppi fil-ġenetika, fin-nutrizzjoni u fl-istandards tal-benesseri tal-annimali, li wasslu għal titjib fil-ħila tal-ħnieżer li jikbru. Id-durata massima – 5 xhur – żdiedet biex jiġi żgurat li t-tkabbir ikun bilanċjat qabel l-istadju tal-finitura.
Ir-referenza għat-tolleranzi dwar il-materja prima individwali tagħmilha possibbli li jinġiebu f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ dwar l-għalf, jiġifieri l-Artikolu 17(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009.
Ir-referenza għall-amministrazzjoni tal-għalf niexef tippermetti lill-bidwi jagħżel liema metodu jrid juża.
L-inklużjoni ta’ “Tabella ta’ materja prima permessa” waħda kemm għall-istadju tat-tkabbir kif ukoll għall-istadju tal-finitura tagħmel l-ispeċifikazzjoni tal-prodott aktar faċli biex tinqara.
L-ismijiet tal-materja prima nbidlu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 2017/1017. L-aġġornament tat-terminoloġija huwa neċessarju biex tingħata indikazzjoni aktar ċara tat-tip ta’ materja prima li qed issir referenza għalih.
Tħassret ir-referenza għall-“ħafur” peress li dan jaqa’ taħt il-kategorija ta’ “ċereali minuri”.
Il-“grixa minn laħam” tneħħiet peress li ma għadhiex tintuża minħabba r-restrizzjonijiet regolatorji introdotti dan l-aħħar.
Il-materja prima “ħarrub mingħajr għadma”, “liżati tal-proteina”, “patata deidratata”, “manjoka”, “pitravi, ippressati u polpa mxarrba insilata”, “grixa minn ġunġlien”, u “grixa minn estrazzjoni tal-ġewż tal-Indi” tneħħiet, peress li din il-materja prima bilkemm tikber fiż-żona ġeografika fejn jitrabbew il-ħnieżer, jew ma għadhiex titkabbar affattu, jew diffiċli biex tinkiseb, għandha valur nutrizzjonali baxx jew ma tintużax minħabba raġunijiet tekniċi u relatati mal-kwalità. Għalhekk, l-emenda tneħħi l-possibbiltà li tintuża materja prima minn barra ż-żona tat-trobbija tal-ħnieżer li diġà kienet qed tintuża fi kwantitajiet negliġibbli, jekk kienet tintuża affattu. Minflok, qed tintuża materja prima oħra lokali, u hekk tissaħħaħ ir-rabta bejn il-“Culatello di Zibello” u ż-żona ġeografika.
B’mod partikolari, inxteħtet enfasi akbar fuq l-importanza ta’ dieta bbażata fuq iċ-ċereali, b’żieda fil-perċentwali ta’ “qamħirrum”, “xgħir”, “sorgu”, “qamħ” u “tritikal”, peress li dan l-għalf dejjem kien il-bażi għad-dieta tradizzjonali tal-ħnieżer. Barra minn hekk, dan l-għalf tipikament jitkabbar, ħafna drabi mill-bdiewa nfushom, fiż-żona ġeografika, u hekk tissaħħaħ ir-rabta maż-żona; dan jiżgura li l-ħnieżer ikollhom kopertura xierqa ta’ xaħam għall-produzzjoni tal-“Culatello di Zibello”.
“Silaġġ tal-qamħirrum” u “ħbub u partikoli solubbli mnixxfa tad-distillerija”, b’dawn tal-aħħar rikki fil-vitamina B, issa ġew miżjuda għall-fażi tal-finitura wkoll, u huma materja prima ideali li tiżgura livell adegwat ta’ kopertura tax-xaħam fil-majjali u, minħabba l-kontenut ta’ fibra tagħhom, jiġu ddiġeriti ħafna aħjar mill-majjali adulti milli mill-ħnienes.
“Grixa tal-qamħirrum tas-sbula sħiħa”, li hija rikka fil-fibra, tintuża bħala alternattiva għan-nuħħala għall-għalf tal-fibra lill-annimali.
Ir-raġuni għaż-żieda fil-“polpa tal-pitravi deidratata” hija li hija prodott tajjeb ħafna u b’kontenut għoli ta’ fibra; il-kontenut ta’ fibra huwa diġestibbli ħafna fl-intestin il-kbir u, għalhekk, huwa prodott sostenibbli għall-annimali adulti.
L-użu tal-materja prima “xorrox tal-butir” (fl-istadju tat-tkabbir), “nefel (imnixxef f’temperatura għolja)” u “prodotti miksuba matul l-estrazzjoni taż-żerriegħa tal-ġirasol” żdied minħabba d-disponibbiltà tagħhom fiż-żona ta’ produzzjoni tradizzjonali u sejbiet xjentifiċi li saru mill-industrija tal-għalf matul l-aħħar deċennju.
L-użu miżjud ta’ “grixa tal-glutina tal-qamħirrum u/jew għalf tal-glutina tal-qamħirrum” huwa marbut mal-kontenut ta’ proteina għoli tagħha, li huwa utli fid-dieta (proteina mhux raffinata) u diġestibbli ħafna.
L-użu ta’ “lipidi b’punt tat-tidwib ogħla minn 36 °C” ġie introdott kemm għall-istadju tat-tkabbir kif ukoll għall-istadju tal-finitura, peress li l-fatt li l-limitu ta’ 5 % il-ġdid fuq ix-xaħam fil-materja niexfa fid-dieta żdied għal-limitu ta’ 2 % fuq l-aċidu linolejku jiżgura li, jekk jintuża x-xaħam matul l-istadju tal-finitura, il-ħnieżer ikollhom livell adegwat ta’ kopertura tax-xaħam.
Ġie speċifikat li l-“grixa tal-ħabba u/jew l-isbula” tirreferi għall-“ħabba u/jew l-isbula tal-qamħirrum”, peress li t-terminu “sbula” jista’ jirreferi għal ċereali oħrajn.
Żdiedu “għalf tal-espellent taż-żerriegħa tal-kittien”, “grixa taż-żerriegħa tal-kittien” u “għalf tal-grixa taż-żerriegħa tal-kittien” minbarra “espellent taż-żerriegħa tal-kittien” peress li huma materja prima simili u huma inklużi fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1017.
Żdiedet “fażola tas-sojja sħiħa mixwija u/jew espellent tas-sojja” peress li, matul l-istadju tat-tkabbir, is-sojja tipprovdi enerġija li hija essenzjali biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-enerġija tal-ħnieżer.
L-użu ta’ “piżelli” u “żrieragħ leguminużi oħrajn” żdied minħabba li dawn huma materja prima li jikbru fiż-żona ta’ produzzjoni; il-“piżelli” jiżguraw ukoll il-kwalità tal-kopertura tax-xaħam tal-ħnieżer u, għall-kuntrarju ta’ legumi oħrajn, fihom konċentrazzjoni baxxi ta’ fatturi antinutrizzjonali.
Fir-rigward ta’ “prodotti miksuba matul l-estrazzjoni tal-fażola tas-sojja”, il-perċentwal ġie standardizzat għal 20 % kemm waqt l-istadju tat-tkabbir kif ukoll waqt l-istadju tal-finitura, sabiex jiġi żgurat li l-ħnieżer ikollhom kopertura tax-xaħam xierqa. Il-prodotti li qabel kienu koperti minn entrata waħda, eż. “grixa (tal-fażola) tas-sojja” fir-Regolament (UE) Nru 575/2011, u mbagħad maqsuma f’żewġ entrati, “grixa (tal-fażola) tas-sojja” u “għalf tal-grixa (tal-fażola) tas-sojja”, fl-2013 fir-Regolament (UE) Nru 68/2013, kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/1017. Ir-Regolament (UE) 2017/1017 jelenka ħafna prodotti differenti miksuba matul l-estrazzjoni tal-fażola tas-sojja; ma huwiex fattibbli li jiġu elenkati kollha u dawn jistgħu jinbidlu jekk isiru aġġornamenti/emendi tar-Regolament (UE) 2017/1017. Ġie stabbilit kontenut massimu ta’ xaħam mhux raffinat ta’ 2,5 % tal-materja niexfa fin-noti tat-tabella tal-materja prima permessa sabiex tiġi żgurata kopertura tax-xaħam xierqa.
Fir-rigward ta’ “prodotti miksuba matul l-estrazzjoni taż-żrieragħ tal-ġirasol”, issa huma stabbiliti għal 10 %: il-kontenut ta’ xaħam mhux raffinat tal-materja prima huwa importanti sabiex jiġi żgurat li l-ħnieżer ikollhom kopertura tax-xaħam xierqa; għalhekk, fin-noti tat-tabella tal-materja prima permessa, ġie inkluż kontenut massimu ta’ xaħam mhux raffinat ta’ 2,5 % tal-materja niexfa. Il-prodotti li qabel kienu koperti minn entrata waħda, eż. “grixa taż-żerriegħa tal-ġirasol” fir-Regolament (UE) Nru 575/2011, u mbagħad maqsuma f’żewġ entrati, “grixa taż-żerriegħa tal-ġirasol” u “għalf tal-grixa taż-żerriegħa tal-ġirasol”, fl-2013 fir-Regolament (UE) Nru 68/2013, kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/1017. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1017 jelenka ħafna prodotti differenti miksuba waqt l-estrazzjoni taż-żrieragħ tal-ġirasol; ma huwiex fattibbli li jiġu elenkati kollha u dawn jistgħu jinbidlu jekk isiru aġġornamenti/emendi tar-Regolament (UE) 2017/1017.
Fir-rigward ta’ “prodotti miksuba matul l-estrazzjoni tal-lift”, il-“lift” ġie introdott għall-ewwel darba fil-lista ta’ materja prima minħabba li l-progress fil-ġenetika ppermetta l-għażla ta’ varjetajiet ġodda li huma ħielsa mill-glukosinolati u mill-aċidu eruċiku (fatturi antinutrizzjonali); l-entrata ġiet ifformulata biex taqbel mal-istruttura użata għal prodotti tas-sojja u tal-ġirasol. Il-prodotti li qabel kienu koperti minn entrata waħda, eż. “grixa tal-lift” fir-Regolament (UE) Nru 575/2011, u mbagħad maqsuma f’żewġ entrati, “grixa tal-lift” u “għalf tal-grixa tal-lift”, fl-2013 fir-Regolament (UE) Nru 68/2013, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1017. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1017 jelenka ħafna prodotti differenti miksuba matul l-estrazzjoni tal-lift; ma huwiex fattibbli li tiġi elenkata l-materja prima kollha u din tista’ tinbidel jekk isiru aġġornamenti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1017. Ġie stabbilit kontenut massimu ta’ xaħam mhux raffinat ta’ 2,5 % tal-materja niexfa fin-noti tat-tabella tal-materja prima permessa sabiex tiġi żgurata kopertura tax-xaħam xierqa tal-“Culatello di Zibello”.
L-użu tal-vitamini, tal-minerali u tal-addittivi jiżgura tkabbir muskolari xieraq u jgħin id-diġestjoni u l-assorbiment tan-nutrijenti.
Id-definizzjoni ta’ “ħbub u partikoli solubbli mnixxfa tad-distillerija” ġiet iċċarata billi ntużat il-formulazzjoni fil-punt 1.12.9 tar-Regolament (UE) 2017/1017.
Il-limitu massimu ta’ xaħam, miżjud mal-limitu tal-aċidu linolejku, jiżgura livell xieraq ta’ kopertura tax-xaħam għall-produzzjoni tal-“Culatello di Zibello”. Dawn iż-żewġ kriterji huma essenzjali, peress li l-materja prima li hija sors potenzjali ta’ xaħmijiet li kapaċi jkollhom impatt negattiv fuq il-kwalità tal-kopertura tax-xaħam tal-ħnieżer jew żdiedet (il-qamħirrum) jew ġiet introdotta (il-lipidi b’punt tat-tidwib ogħla minn 36 °C).
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 2
Deskrizzjoni
Emenda 13
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal dispożizzjoni li mill-inqas 50 % tal-materja niexfa tal-għalf tal-ħnieżer, fuq bażi annwali, trid tiġi miż-żona ġeografika li fiha jitrabbew il-ħnieżer.
Raġuni: Il-materja prima li minnha jingħalfu l-ħnieżer tiġi miż-żona ġeografika fejn jitrabbew l-annimali. Madankollu, minħabba raġunijiet relatati mal-klima jew kummerċjali, jista’ ma jkunx teknikament possibbli li 100 % tal-materja prima tiġi akkwistata lokalment. Fi kwalunkwe każ, il-kwalitajiet tal-“Culatello di Zibello” u r-rabta maż-żona huma dejjem garantiti mill-fatt li almenu 50 % tal-materjal niexef fir-razzjon tal-għalf fuq bażi annwali huwa miksub miż-żona ġeografika ta’ trobbija, f’konformità mal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2024/1143.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 2
Deskrizzjoni
Emenda 14
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda, fir-regoli dwar l-għalf tal-ħnieżer relatati mal-istadju tal-finitura, tirreferi lura għat-“Tabella tal-materja prima permessa” inkluża fl-istadju tat-tkabbir, b’ċerti speċifikazzjonijiet neċessarji għall-istadju tal-finitura.
Raġuni: L-emenda tipprovdi stampa ċara tal-għalf permess matul l-istadju tal-finitura wkoll.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 2
Deskrizzjoni
Emenda 15
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi is-sezzjoni “‘Skarnar u tqattigħ”, li tindika li l-età minima tal-ħanżir meta jiġi skarnat hija ta’ 9 xhur. Din hija konformi mal-prattiċi kurrenti, li huma bbażati fuq referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott fil-każ tad-DOP ‘Prosciutto di Parma’ u tad-DOP ‘Prosciutto di San Daniele’. Huwa speċifikat li l-età tiġi ċċekkjata mill-marka tal-oriġini bil-linka u/jew l-apparat ta” identifikazzjoni li jew qed jissostittwixxi jew huwa kkombinat mal-marka tal-oriġini bil-linka, kif deskritt fil-parti li tikkonċerna l-għalf u t-trobbija tal-ħnieżer.
Raġuni: Din l-emenda tagħmel l-ispeċifikazzjoni tal-prodott aktar ċara fir-rigward tal-istadju tal-iskarnar, inkluż b’referenza għall-iżviluppi teknoloġiċi possibbli. L-indikazzjoni tal-metodu għall-kalkolu tal-età tal-ħnieżer (minimu ta’ 9 xhur) tagħmilha possibbli biex l-operaturi u l-korp ta’ kontroll jikkalkulawha b’mod korrett u inekwoviku.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 2
Deskrizzjoni
Emenda 16
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal il-kriterju għall-kalkolu tal-età tal-ħnieżer għall-fini tal-iskarnar.
Raġuni: L-emenda tiċċara l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-operaturi u għall-finijiet ta’ kontroll.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 2
Deskrizzjoni
Emenda 17
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tielet paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda taġġorna r-referenza għall-karkassi “H - Heavy” li qed jintużaw fil-produzzjoni tal-“Culatello di Zibello” billi jiġu speċifikati l-kategoriji tal-karkassi li jistgħu jintużaw skont l-iskala ta’ klassifikazzjoni tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ.
Raġuni: L-emenda taġġorna r-referenzi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ u tispeċifika l-kategoriji tal-karkassi tal-ħnieżer li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-“Culatello di Zibello” skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ skont ir-Regolament (UE) n°1308/2013.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 2
Deskrizzjoni
Emenda 18
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tielet paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi r-rekwiżit li l-piż ta’ kull karkassa ta’ ħanżir individwali ma jaqbiżx il-195,0 kg.
Raġuni: Iż-żieda fil-piż tal-ħanżir hija marbuta max-xejra kurrenti fit-trobbija tal-ħnieżer Ewropej li tirriżulta minn titjib fil-ġenetika, fl-istandards tal-iġene u fl-istandards tas-saħħa fil-prattiċi tat-trobbija, fil-benesseri tal-annimali u fin-nutrizzjoni. Hemm korrelazzjoni bejn il-piżijiet tal-karkassi u ż-żieda fil-piż tal-prodott finali prevista fl-Artikolu 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
L-ispeċifikar tal-piż ta’ kull karkassa individwali jagħmilha wkoll possibbli sabiex jiġi vverifikat li kull ħanżir skarnat jilħaq ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 2
Deskrizzjoni
Emenda 19
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tielet paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tispeċifika li d-data dwar il-piż u l-klassifikazzjoni tal-karkassa trid tiġi aċċertata fil-ħin tal-iskarnar tal-ħnieżer.
Raġuni: L-emenda tiċċara b’mod preċiż il-mument li fih il-piż u l-klassifikazzjoni jridu jiġu aċċertati sabiex jiġu ffaċilitati l-verifiki assoċjati.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 2
Deskrizzjoni
Emenda 20
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, ir-raba’ u l-ħames paragrafi, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tħassar il-kontenut tar-raba’ u tal-ħames paragrafi tal-Artikolu 2.
Raġuni: It-tħassir huwa neċessarju minħabba li jikkonċerna dispożizzjonijiet relatati mas-sistema ta’ kontroll.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 2
Deskrizzjoni
Emenda 21
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, is-sitt paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punti 4.4 u 5 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tgħaqqad ir-referenzi għall-muniċipalitajiet preċedenti ta’ “Polesine” u ta’ “Zibello”, li issa jaqgħu taħt l-isem tal-muniċipalità “Polesine Zibello”.
Raġuni: L-emenda hija neċessarja għaliex il-Liġi Reġjonali tal-Emilia-Romagna Nru 20 tat-23 ta’ Novembru 2015 stabbiliet il-muniċipalità ta’ “Polesine Zibello” billi għaqqdet il-muniċipalitajiet ta’ “Polesino” u “Zibello”, fil-provinċja ta’ Parma. Din il-liġi kienet ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana, It-Tielet Serje Speċjali - Reġjuni Nru 15 tad-9 ta’ April 2016.
L-emenda ma tinkludi ebda bidla fiż-żona ta’ produzzjoni tad-DOP “Culatello di Zibello”.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 2
Deskrizzjoni
Emenda 22
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, is-sitt paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punti 4.4 u 5 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda żżid “Parmense” ma’ “San Secondo”, li qabel kienet skorretta fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Raġuni: L-emenda hija xierqa għaliex iddaħħal l-isem korrett tal-muniċipalità ladarba id-Digriet Reġju Nru 878 tal-5 ta’ Ottubru 1862, kif ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru 252 tal-24 ta’ Ottubru 1862, biddel isimha minn “San Secondo” għal “San Secondo Parmense”.
L-emenda ma tinkludi ebda bidla fiż-żona ta’ produzzjoni tad-DOP “Culatello di Zibello”.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 2
Deskrizzjoni
Emenda 23
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, is-sitt paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punti 4.4 u 5 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi r-referenza għall-muniċipalità ta’ “Sissa” b’“Sissa Trecasali”, billi tispeċifika li ż-żona ta’ produzzjoni tinkludi biss il-parti tal-muniċipalità ta’ Sissa Trecasali li kienet tappartjeni għall-muniċipalità preċedenti ta’ Sissa.
Raġuni: L-emenda hija neċessarja għaliex il-Liġi Reġjonali tal-Emilia-Romagna Nru 20 tas-7 ta’ Novembru 2013 stabbiliet il-muniċipalità ta’ “Sissa Trecasali” billi waħħdet il-muniċipalitajiet ta’ “Sissa” u “Trecasali” fil-provinċja ta’ Parma. Din il-liġi kienet ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana, It-Tielet Serje Speċjali - Reġjuni Nru 50 tal-14 ta’ Diċembru 2013.
L-emenda ma tinkludi ebda bidla fiż-żona ta’ produzzjoni tad-DOP “Culatello di Zibello”.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 3
Deskrizzjoni
Emenda 24
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 3 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tipprojbixxi l-użu tas-sodju u/jew tan-nitrat tal-potassju.
Raġuni: L-emenda tifformalizza l-prattiċi eżistenti li fiha l-produtturi ma jużawx is-sodju u/jew in-nitrat tal-potassju, li hija wkoll konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar it-tnaqqis tan-nitrat. L-azzjoni tal-melħ u l-perjodu twil ta’ preservazzjoni jagħmulha possibbli li jiġu ggarantiti l-iġjene u s-sikurezza tal-ikel mingħajr l-użu ta’ dawn l-addittivi.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 4
Deskrizzjoni
Emenda 25
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, it-tieni paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tipprojbixxi l-użu tan-nitrat tas-sodju.
Raġuni: L-emenda tifformalizza l-prattiċi eżistenti li fiha l-produtturi ma jużawx in-nitrat tas-sodju, li hija wkoll konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar it-tnaqqis tan-nitrat. L-azzjoni tal-melħ u l-perjodu twil ta’ preservazzjoni jagħmulha possibbli li jiġu ggarantiti l-iġjene u s-sikurezza tal-ikel mingħajr il-ħtieġa li jintużaw dawn l-addittivi.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 4
Deskrizzjoni
Emenda 26
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, ir-raba’ paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi l-medda ta’ temperaturi għall-kmamar fejn jitħalla joqgħod il-prodott, jiġifieri “bejn 0 °C and 5 °C”.
Raġuni: L-emenda hija xierqa għaliex tagħmilha possibbli li tiġi speċifikata t-temperatura tal-kmamar fejn jitħalla joqgħod il-prodott użati mill-produtturi. Din tagħmel l-ispeċifikazzjoni tal-prodott iktar ċara u iktar preskrittiva, inkluż għall-finijiet ta’ kontroll. Dawn it-temperaturi jwasslu għal assorbiment xieraq tal-melħ mis-saff ta’ barra nett sas-saff ta’ ġewwa nett.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 4
Deskrizzjoni
Emenda 27
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, ir-raba’ paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi l-minimu ta’ 6 ijiem u l-massimu ta’ 21 jum li matulhom il-“Culatello” għandu jitqiegħed fil-kamra fejn jitħalla joqgħod il-prodott.
Raġuni: L-emenda tagħmilha possibbli għall-produtturi sabiex jivvalutaw l-assorbiment korrett tal-melħ mis-saff ta’ barra nett sas-saff ta’ ġewwa nett tal-“Culatello” u tiżgura li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott hija iktar ċara u preċiża, inkluż għall-finijiet ta’ kontroll.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 4
Deskrizzjoni
Emenda 28
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, ir-raba’ paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi il-kelma “successo” bil-kelma “successivo” [fit-Taljan].
Raġuni: L-emenda hija meħtieġa sabiex tikkoreġi żball tipografiku fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 4
Deskrizzjoni
Emenda 29
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, il-ħames paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-kwalifikatur “bl-idejn” mal-kelma “irbit”.
Raġuni: Ir-referenza għall-irbit bl-idejn hija xierqa għaliex ittejjeb il-preċiżjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u tenfasizza l-karatteristiċi ta’ dan il-pass imwettaq repetutament mill-produtturi.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 4
Deskrizzjoni
Emenda 30
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, il-ħames paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ċċaqlaq il-kliem “Filwaqt li tipproċedi l-preservazzjoni, il-laħam jinxtorob li jwassal għal-laxkar tal-ħjata bil-mod il-mod” mill-ħames paragrafu tal-Artikolu 4 għall-aħħar paragrafu tal-istess artikolu.
Raġuni: Din iċ-ċaqliqa tiżgura li l-passi fil-produzzjoni tad-DOP “Culatello di Zibello” jiġu organizzati fl-ordni t-tajba tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 4
Deskrizzjoni
Emenda 31
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, il-ħames paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.6 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi s-siġill ta’ identifikazzjoni fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Apparti li tipprovdi deskrizzjoni, tispjega kif għandu jintrabat bl-użu ta’ spaga b’żewg kuluri, aħmar u abjad, u għal xiex inhu.
Raġuni: Is-siġill ta’ identifikazzjoni, li huwa mehmuż bl-użu ta’ spaga b’żewġ kuluri, aħmar u abjad, huwa karatteristika distintiva tal-prodott. Din hija konformi mal-fatt li dan bħalissa jintuża mill-produtturi kollha tad-DOP “Culatello di Zibello”. Dan is-siġill jintuża wkoll sabiex jidentifika bi preċiżjoni l-bidu tal-istadju tal-ipproċessar, kif ukoll sabiex jiżgura l-kontrolli effettivi fuq il-konformità mar-rekwiżiti minimi ta’ preservazzjoni għall-“Culatello di Zibello”.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 4
Deskrizzjoni
Emenda 32
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, il-ħames paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.6 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi l-mudell grafiku għas-siġill ta’ identifikazzjoni tal-“Culatello di Zibello” u tispeċifika l-kuluri użati.
Raġuni: L-introduzzjoni tal-mudell grafiku u tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuluri għas-siġill ta’ identifikazzjoni tiżgura li dan jiġi riprodott b’mod korrett għall-użu maħsub tiegħu.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 4
Deskrizzjoni
Emenda 33
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, il-ħames paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.6 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tipprevedi għall-użu possibbli ta’ apparat ta’ identifikazzjoni minflok is-siġill ta’ identifikazzjoni applikat mill-proċessur, jew flimkien miegħu.
Raġuni: L-użu ta’ apparat ta’ identifikazzjoni minflok is-siġill ta’ identifikazzjoni, jew flimkien miegħu, jippermetti l-użu ta’ għodod oħrajn ta’ trekkjar u ta’ traċċar f’konformità mal-iżviluppi teknoloġiċi.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 5
Deskrizzjoni
Emenda 34
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda twessa’ l-medda ta’ temperaturi għall-preservazzjoni, minn 13 oC għal 12 oC, u minn 17 oC għal 23 oC.
Raġuni: L-emenda tagħmilha possibbli li tottimizza l-proċess ta’ preservazzjoni għall-produtturi, sabiex tiggarantixxi u trawwem il-kulur distintiv meta jitfettet u l-aroma intensa li hija karatteristika tal-“Culatello di Zibello”.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 6
Deskrizzjoni
Emenda 35
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.2 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-piż massimu tal-“Culatello di Zibello” fi tmiem il-perjodu minimu ta’ preservazzjoni minn 5 kg għal 6 kg.
Raġuni: Hemm rabta bejn il-bidla fil-piż tal-prodott finali u ż-żieda fil-piż tal-ħnieżer u l-karkassi permessi, u korrelazzjoni mar-rendiment tekniku tar-riġlejn maqtugħin tal-majjal użati fil-produzzjoni tal-“Culatello di Zibello”.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 6
Deskrizzjoni
Emenda 36
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6, ir-raba’ paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.2 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tipprevedi bidla fil-perċentwal minimu ta’ NaCl – klorur tas-sodju – li qiegħed jitnaqqas minn 3,40 għal 2,80.
Raġuni: L-emenda tal-valur minimu ta’ NaCl – klorur tas-sodju – hija minħabba l-bidliet fil-profil nutrizzjonali u fil-karatteristiċi fiżikokimiċi tal-laħam tal-majjal, li huma marbutin ma’ titjib fis-selezzjoni u fil-ġenetika f’dawn l-aħħar snin. Il-kontenut iktar baxx ta’ melħ huwa wkoll b’rispons għar-rakkomandazzjonijiet mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar it-tnaqqis fil-kontenut tas-sodju fid-dieta.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 7
Deskrizzjoni
Emenda 37
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tħassar ir-referenza għall-korp ta’ kontroll fl-Artikolu 7.
Raġuni: It-tħassira hija aġġornament neċessarju sabiex l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tinġieb f’allinjament mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewrope fis-seħħ, ladarba Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2024/1143 ma jirrikjedix l-inklużjoni ta’ referenzi għall-korp ta’ kontroll fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8
Deskrizzjoni
Emenda 38
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda sempliċement tinnumera mill-ġdid l-Artikolu 8 bħala l-Artikolu 7.
Raġuni: L-emenda hija neċessarja fid-dawl tal-ordni l-ġdida li qegħdin jiġu organizzati fiha l-artikoli tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, ladarba l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2024/1143 ma jirrikjedix l-inklużjoni ta’ referenzi għall-korp ta’ kontroll fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8
Deskrizzjoni
Emenda 39
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.6 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi r-referenzi għal “denominazione di origine controllata” [denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata] ma’ “denominazione di origine protetta” [denominazzjoni ta’ oriġini protetta].
Raġuni: L-emenda hija neċessarja għall-fini ta’ allinjament mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi għal prodotti agrikoli.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8
Deskrizzjoni
Emenda 40
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.6 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi l-kelma “menzione” [terminu] ma’ “dicitura” [indikazzjoni].
Raġuni: L-emenda tallinja mat-terminoloġija użata fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ma’ dik użata fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8
Deskrizzjoni
Emenda 41
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.6 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi l-possibbiltà tal-użu ta’ “DOP”, l-abbrevjazzjoni tal-indikazzjoni “denominazzjoni ta’ oriġini protetta”.
Raġuni: L-emenda tallinja l-ispeċifikazzjoni tal-prodott mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ, b’mod partikolari l-Artikolu 37(6) tar-Regolament (UE) 2024/1143.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8
Deskrizzjoni
Emenda 42
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.6 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi dispożizzjoni li tagħmel l-użu tas-simbolu tad-DOP tal-Unjoni Ewropea obbligatorju mad-denominazzjoni tal-“Culatello di Zibello”.
Raġuni: L-emenda tippermetti l-allinjament mal-Artikolu 37(3) tar-Regolament (UE) 2024/1143.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8
Deskrizzjoni
Emenda 43
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-ħames paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.6 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi paragrafu speċifiku fl-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott dwar il-modi u l-formati li bihom jista’ jiġi kkummerċjalizzat il-“Culatello di Zibello”:
|
— |
sħiħ, magħluq f’bużżieqa jew f’budellat, marbut bi spaga b’żewġ kuluri u bis-siġill ta’ identifikazzjoni u/jew b’apparat alternattiv fuqu; |
|
— |
sħiħ, mingħajr bużżieqa jew budellat, f’imballaġġ b’vakwu, marbut bi spaga b’żewġ kuluri u li ġġor is-siġill ta’ identifikazzjoni u/jew apparat alternattiv; |
|
— |
diviż f’żewġ partijiet imfettin, mingħajr bużżieqa jew budellat, f’imballaġġ b’vakwu, marbut bi spaga b’żewġ kuluri u bis-siġill ta’ identifikazzjoni u/jew b’apparat alternattiv fuqu; |
|
— |
imfettet, f’atmosfera protettiva jew f’imballaġġ b’vakwu. |
Raġuni: L-emenda tipprovdi informazzjoni iktar ċara fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott dwar il-modi u l-formati li bihom għandu jiġi kkummerċjalizzat il-“Culatello di Zibello”. Din hija ta’ benefiċċju fl-iżgurar li dan huwa identifikabbli għall-konsumatur, partikolarment fid-dawl taż-żieda tar-relevanza tas-suq għal prodotti imballati minn qabel.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
It-tidħil ta’ Artikolu 8 ġdid
Deskrizzjoni
Emenda 44
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 6 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal Artikolu 8 ġdid “Rabta mal-ambjent” fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Dan jiddeskrivi r-rabta bejn il-“Culatello di Zibello” u l-ambjent tiegħu, abbażi tal-informazzjoni pprovduta fil-punt 5(d) u (f) tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni (skeda tas-sommarju) tal-“Culatello di Zibello” bħala DOP, mibgħuta fl-1994 skont l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta’ Lulju 1992.
Raġuni: It-tidħil jippermetti l-allinjament mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ, b’mod partikolari l-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
It-tidħil ta’ Artikolu 9 ġdid
Deskrizzjoni
Emenda 45
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 9 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal l-Artikolu 9 “Prova tal-oriġini” fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Din id-dispożizzjoni tgħid li huwa neċessarju li l-partijiet kollha fil-katina tal-produzzjoni tad-DOP jiġu mmonitorjati u jitqiegħdu taħt il-kontroll tal-korp ta’ kontroll sabiex jiġi żgurat li l-prodott li ismu huwa rreġistrat ikun jista’ jiġi segwit u jkun traċċabbli.
Raġuni: It-tidħil ta’ dan l-artikolu huwa neċessarju biex l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tinġieb f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ tal-Unjoni Ewropea.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli
“Culatello di Zibello”
Numru ta’ Ref tal-UE: PDO-IT-1492-AM02 — 20.2.2026
1. Isem/Ismijiet
“Culatello di Zibello”
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
|
☐ |
IĠ |
3. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita
L-Italja
4. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu
4.1. Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
16 – PREPARATI TA’ LAĦAM, TA’ ĦUT JEW TA’ KRUSTAĊJI, MOLLUSKI JEW INVERTEBRATI AKKWATIĊI OĦRAJN, JEW TA’ INSETTI
4.2. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu li għalih japplika l-isem reġistrat
Il-“Culatello di Zibello” jappartjeni għall-kategorija ta’ prodotti ppreservati b’mod naturali u jittiekel nej. Il-prodott finali wara li jiġi ppreservat għandu għamla karatteristika ta’ lanġasa b’saff irqiq ta’ xaħam fil-parti konvessa, marbuta bl-ispag sabiex jifforma xibka karatteristika b’malja wiesgħa. Għandu kulur aħmar uniformi meta jinqata’, b’xaħam abjad bejn it-tessuti tal-muskoli. It-togħma hija distintiva, ħafifa u delikata.
Fi tmiem il-perjodu minimu ta’ preservazzjoni, il-“Culatello di Zibello” għandu jiżen bejn 3 kg u 6 kg. Meta jiġi rrilaxxat għall-konsum, irid ikollu l-propjetajiet kimiċi u fiżikokimiċi li ġejjin, iddeterminati bl-użu ta’ kampjuni minn sezzjoni ċentrali tal-“Culatello di Zibello”:
|
pH |
Mass.: 6,75 |
Min.: 5,80 |
|
NaCl % |
Mass.: 5,40 |
Min.: 2,80 |
|
Kontenut ta’ ndewwa |
Mass.: 51,00 |
Min.: 38 |
4.3. Derogi dwar l-akkwist ta’ għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali denominati b’Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta biss) u r-restrizzjonijiet fuq l-akkwist ta’ materja prima (għall-prodotti proċessati denominati b’Indikazzjoni Ġeografika Protetta biss)
L-għalf għall-ħnieżer jiġi miż-żona ġeografika tat-trobbija. Madankollu, f’xi snin jista’ ma jkunx teknikament possibbli, għal raġunijiet relatati mal-klima jew kummerċjali, li jinkiseb l-għalf għall-ħnieżer 100 % lokalment. F’dawn il-każijiet, sabiex tiġi ggarantita r-rabta maż-żona u l-kwalità tal-“Culatello di Zibello”, dejjem jiġi żgurat li mill-inqas 50 % tal-materjal niexef tal-materja prima għall-ħnieżer, fuq bażi annwali, tiġi miż-żona ġeografika tat-trobbija.
4.4. Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika definita
Il-passi kollha fil-produzzjoni tal-“Culatello di Zibello”, mit-tmelliħ sat-tlestija tal-perjodu minimu ta’ preservazzjoni, iridu jseħħu fiż-żona ġeografika identifikata, li tkopri t-territorji tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Polesine Zibello, Busseto, Soragna, Roccabianca, San Secondo Parmense, Sissa Trecasali (it-territorju li kien jappartjeni għall-eks muniċipalità ta’ Sissa biss), u Colorno.
4.5. Regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ, it-tfettit, it-taħkik, eċċ. tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat
-
4.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat
Il-“Culatello di Zibello” jista’ jiġi ppreżentat għall-bejgħ fi tmiem il-perjodu minimu ta’ preservazzjoni fil-formati li ġejjin:
|
— |
sħiħ, magħluq f’bużżieqa jew f’budellat, marbut bi spaga b’żewġ kuluri u bis-siġill ta’ identifikazzjoni u/jew b’apparat alternattiv fuqu; |
|
— |
sħiħ, mingħajr bużżieqa jew budellat, f’imballaġġ b’vakwu, marbut bi spaga b’żewġ kuluri u li ġġor is-siġill ta’ identifikazzjoni u/jew apparat alternattiv; |
|
— |
diviż f’żewġ partijiet imfettin, mingħajr bużżieqa jew budellat, f’imballaġġ b’vakwu, marbut bi spaga b’żewġ kuluri u bis-siġill ta’ identifikazzjoni u/jew b’apparat alternattiv fuqu; |
|
— |
imfettet, f’atmosfera protettiva jew f’imballaġġ b’vakwu. |
Is-siġill ta’ identifikazzjoni fl-Illustrazzjoni 1 jikkonsisti f’biċċa kartonċina adeżiva rettangolari li tirreżisti l-umdità li hija kulur it-tiben u b’ittri kannella fl-aħmar.
L-użu ta’ apparat ta’ identifikazzjoni ieħor approvat mill-korp ta’ kontroll jista’ jkun permess minflok dan is-siġill jew flimkien miegħu.
Id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Culatello di Zibello” trid tidher fuq it-tikketta b’ittri ċari u li ma jistgħux jitħassru li jingħarfu kompletament minn kwalunkwe kitba oħra u trid tiġi segwita immedjatament bl-indikazzjoni “Denominazione di Origine Protetta” [denominazzjoni ta’ oriġini protetta] jew l-abbrevjazzjoni “DOP”, flimkien mas-simbou tad-DOP tal-Unjoni Ewropea.
Fejn applikabbli, dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jkunu akkompanjati mil-logo tad-denominazzjoni. Kwalunkwe deskrizzjoni oħra li ma hijiex permessa espressament hija pprojbita. Madankollu, l-użu ta’ indikazzjonijiet li jagħmlu referenza għal ismijiet, għal ismijiet ta’ kumpanija u għal marki privati huwa awtorizzat, dment li ma jkunx hemm skop ta’ tifħir u mhux b’mod li jqarraq bix-xerrej, bħalma huma l-ismijiet tal-farms tal-ħnieżer minn fejn jiġi l-prodott.
5. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika
Il-“Culatello di Zibello” huwa prodott esklużivament minn ħnieżer imwelldin, imrobbijin, skarnati u mqattgħin f’porzjonijiet fiż-żona ġeografika li tikkonsisti fit-territorju ta’ dawn ir-reġjuni li ġejjin: l-Emilia-Romagna u l-Lombardia.
Iż-żona ta’ produzzjoni tal-“Culatello di Zibello” tikkonsisti fil-muniċipalitajiet li ġejjin: Polesine Zibello, Busseto, Soragna, Roccabianca, San Secondo Parmense, Sissa Trecasali (it-territorju li kien jappartjeni għall-eks muniċipalità ta’ Sissa biss), u Colorno.
6. Rabta maż-żona ġeografika
Sommarju tar-rabta
Ir-reputazzjoni li jgawdi l-“Culatello Zibello” hija marbuta mal-postijiet fejn jiġi prodott tradizzjonalment. Il-prodott għandu oriġini ferm antika marbuta mat-tixrid tat-trobbija lokali tal-ħnieżer, kif ukoll mal-kundizzjonijiet klimatiċi partikolari taż-żona ta’ Bassa Parmense u xi żoni mal-fruntiera ta’ bejn il-provinċji ta’ Piacenza u ta’ Parma. Għadd ta’ referenzi storiċi jinstabu fil-kitbiet ta’ ħafna rġiel illustri: il-kronaku Bonaventura Angeli, fil-ktieb tiegħu Historia della città di Parma, l-istoriku Angelo Pezzana, u ħafna oħrajn. Fil-preżent, l-ispeċifikazzjoni tal-prodott hija allinjata mar-regolamenti nazzjonali speċifiċi għad-denominazzjonijiet ta’ oriġini “Prosciutto di Parma” u “Prosciutto di San Daniele”.
Dan il-prodott b’denominazzjoni ta’ oriġini għandu karatteristiċi msawra mill-ambjent u minn fatturi naturali u umani. B’mod partikolari, il-propjetajiet tal-materja prima huma speċifiċi għall-makroreġjun ġeografiku definit. Fiż-żona li hija s-sors tal-materja prima, l-iżvilupp tat-trobbija tal-bhejjem huwa marbut mal-kultivazzjoni mifruxa tal-għelejjel taċ-ċereali u mal-metodi ta’ ħidma fis-settur tal-ħalib speċjalizzat ħafna li ħeġġeġ it-trobbija tal-ħnieżer lokalment. L-ipproċessar lokalizzat tal-“Culatello” huwa ġġustifikat mill-kundizzjonijiet fil-mikrożona ddefinita fil-punt 4. Ir-rabta mal-ambjent ġeografiku toħroġ mill-kundizzjonijiet klimatiċi partikolari (umdità għolja) fiż-żoni tradizzjonalment involuti fil-produzzjoni tal-“Culatello” ħdejn ix-Xmara Po. Dan il-kombinament ta’ “materja prima – prodott – denominazzjoni” tant huwa marbut mill-qrib mal-iżvilupp soċjoekonomiku taż-żona li ta lok għal partikolaritajiet li ma jistgħux jiġu rreplikati xi mkien ieħor
Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2790/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)