|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
69 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta' Diċembru 2006
li tadotta ċerti miżuri tranżizzjonali rigward it-twassil ta' ħalib nej lill-istabbilimenti ta' proċessar u l-ipproċessar ta' ħalib nej fir-Rumanija fir-rigward tal-kundizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nri 852/2004 u 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikat bid-dokument numru C(2006) 6963)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/27/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 42 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel (1) li jistipula regoli speċifiċi għall-operaturi tan-negozju ta' l-ikel dwar l-iġjene ta' l-oġetti ta' l-ikel; ibbażati fuq analiżi tal-periklu u kontroll kritiku tal-punti prinċipali. Dan jipprevedi li l-operaturi tan-negozji ta' ikel għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet strutturali bbażati fuq dawn il-prinċipji. Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta' iġjene għal ikel li joriġina (2) mill-annimali jissupplimenta r-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004. Ir-regoli stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jinkludu kundizzjonijiet speċifiċi għall-istabbilimenti ta' l-ipproċessar tal-ħalib, kif ukoll kundizzjonijiet ta' iġjene fir-rigward ta' ħalib nej u prodotti tal-ħalib. |
|
(2) |
Ir-Rumanija għandha tissieħeb mal-Komunità fl-1 ta' Jannar 2007. Bi preparazzjoni għal dik l-adeżjoni, l-istabbilimenti għall-ipproċessar tal-ħalib għaddejjin minn titjib strutturali meħtieġ sabiex jikkonformaw mal-kundizzjonijiet strutturali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004. Mill-2004 in-numru ta' stabbilimenti li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet strutturali tal-Komunità żdied minn 12 għal 123. |
|
(3) |
Madankollu, l-proporzjon ta' ħalib nej li jikkonforma mal-kundizzjonijiet ta' l-iġjene, stabbiliti fir-Regolament 853/2004, imwassal lill-istabbilimenti ta' l-iproċċessar li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet strutturali tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 żdied biss bi ftit. Fl-2005 mit-total tal-produzzjoni ta' 5,6 Mio t ta' ħalib nej tal-baqra fis-sena, 0,38 Mio t ta' ħalib nej li jikkonforma biss ġie mwassal lill-istabbilimenti ta' proċessar tal-ħalib. |
|
(4) |
Meta wieħed jieħu kont tas-sitwazzjoni korrenti, huwa adatt li jiġi provdut għall-miżuri tranżizzjonali fir-rigward ta' l-organizzazzjoni tas-settur tal-ħalib fir-Rumanija. |
|
(5) |
F'dan ir-rigward, l-Anness VII, Kapitolu 5, Sottosezzjoni I, punt (c) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, jawtorizza temporanjament lil ċerti stabbilimenti għall-ipproċessar tal-ħalib li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet strutturali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 biex jirċievu twassil ta' ħalib nej li ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet rilevanti ta' l-iġjene stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 (“ħalib li ma jikkonformax”). |
|
(6) |
L-ażjendi tal-produzzjoni tal-ħalib li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet ta' l-iġjene stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet strutturali stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 huma mifruxa mat-territorju kollu tar-Rumanija. Għalhekk, ċerti stabbilimenti li jikkonfomraw jirċievu ħalib nej li jikkonforma mal-kundizzjonijiet rilevanti ta' l-iġjene stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 (“ħalib li jikkonforma”) kif ukoll ħalib li ma jikkonformax. Għalhekk, il-bejgħ tal-prodotti finali mill-istabbilimenti li jikkonformaw għandu jkun ristrett għar-Rumanija. Barra minn hekk, lista ta' dawk l-istabbilimenti li jikkonformaw għandha tkun stabbilita f'din id-Deċiżjoni. |
|
(7) |
Aktar minn hekk, ċerti stabbilimenti li jikkonformaw għandhom l-intenzjoni li jipproċessaw separatament ħalib li jikkonforma minn ħalib li ma jikkonformax. Huwa għalhekk neċessarju li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet fir-rigward tal-ġbir u t-trattament ta' ħalib simili u l-bejgħ tal-prodotti finali tiegħu. Lista ta' dawk l-istabbilimenti li jikkonformaw li jipproċessaw dawk iż-żewġ tipi ta' ħalib għandhom ukoll ikunu stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. |
|
(8) |
Il-perjodu tranżizzjonali mogħti għandu jkun limitat għal 18-il xahar. Is-sitwazzjoni tas-settur tal-ħalib fir-Rumanija għandha tiġi riveduta qabel it-tmiem ta' dak il-perjodu. Għalhekk huwa xieraq li r-Rumanija tissottometti rapporti annwali lill-Kummissjoni rigward il-progress ta' l-aġġornar tan-negozji li jipproduċu l-ħalib li jfornu ħalib nej lill-stabbilimenti li jikkonformaw. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Lista ta'stabbilimenti li jikkonformaw
Il-Kapitoli I u II ta' l-Anness għal din id-Deċiżjoni jistabbilixxi lista ta' stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet strutturali tar-Regolament (KE) Nru 852, Anness II, Kapitolu II (“stabbilimenti li jikkonformaw”) u huma awtorizzati biex jirċievu u jipproċessaw ħalib nej li ma jikkonformax mal-Kapitolu I Parti III, 3 u l-Kapitolu II Parti III tas-Sezzjoni IX ta' l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 (ħalib li ma jikkonformax).
Artikolu 2
Twassil ta' ħalib u proċessar li ma jikkonformax fi stabbilimenti li jikkonformaw elenkati f'Kapitolu I ta' l-Anness
1. l-istabbilimenti li jikkonformaw elenkati fil-Kapitolu I ta' l-Anness għal din id-Deċiżjoni jistgħu jirċievu u jipproċessaw ħalib nej li ma jikkonformax.
2. Sakemm l-istabbilimenti msemmija fil-paragrafu (1) jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu prodotti li joriġinaw minn stabbilimenti li jikkonformaw fil-Kapitolu I ta' l-Anness għandhom:
|
(a) |
ikunu mqiegħda biss fis-suq domestiku jew użati għal aktar proċessar fi stabbilimenti oħra li jikkonformaw elenkati fil-Kapitolu I ta' l-Anness, irrispettivament mid-data tal-bejgħ; |
|
(b) |
iġibu fuqhom marka ta' identifikazzjoni differenti minn dik prevista fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru. 853/2004. |
Artikolu 3
Twassil ta' ħalib li jikkonforma u li ma jikkonformax u proċessar fi stabbilimenti li jikkonformaw elenkati f'Kapitolu II ta' l-Anness
L-istabbilimenti li jikkonformaw elenkati f'Kapitolu II ta' l-Anness għal din id-Deċiżjoni jistgħu jirċievu u jipproċessaw ħalib nej li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I, Parti III, 3 u l-Kapitolu II, Parti III tas-Sezzjoni IX ta' l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 (‘ħalib li jikkonforma’) u ħalib li ma jikkonformax fuq linji separati tal-produzzjoni sakemm l-operaturi tan-negozji ta' l-ikel ta' stabbilimenti simili:
|
(a) |
jikkonformaw ma' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004; |
|
(b) |
juru l-kapaċità tagħhom li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin, inkluż jaħtru l-linji ta' produzzjoni separati:
|
Artikolu 4
Dmirijiet ta' l-awtoritajiet kompetenti fir-Rumanija fir-rigward ta' stabbilimenti li jikkonformaw elenkati fil-Kapitolu II ta' l-Anness
1. L-awtoritajiet kompetenti fir-Rumanija għandhom:
|
(a) |
jiżguraw li l-operaturi tan-negozji ta' l-ikel ta' stabbilimenti li jikkonformaw elenkati fil-Kapitolu II ta' l-Anness jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippermettu osservanza sewwa tal-proċeduri interni għas-separazzjoni tal-ħalib nej u l-prodotti tal-ħalib; |
|
(b) |
iwettqu testijiet u kontrolli għalgħarrieda fi stabbilimenti li jikkonformaw elenkati fil-Kapitolu II ta' l-Anness relatati ma' l-osservanza tagħhom tas-separazzjoni tal-ħalib nej u l-prodotti tal-ħalib; |
|
(ċ) |
iwettqu testijiet f'laboratorji approvati fuq ħalib nej u prodotti lesti fi stabbilimenti li jikkonformaw elenkati fil-Kapitolu II ta' l-Anness għal din id-Deċiżjoni sabiex jivverifikaw il-konformità tagħhom mal-kundizzjonijiet tal-Kapitolu II tas-Sezzjoni IX għall-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004, inkluż il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ħalib. |
2. Il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li joriġinaw minn stabbilimenti li jikkonformaw elenkati fil-Kapitolu II ta' l-Anness proċessati minn ħalib li ma jikkonformax jistgħu jitqiegħdu biss fis-suq domestiku jew użati għal aktar proċessar fi stabbilimenti oħra simili jew stabbilimenti elenkati fil-Kapitolu I u għandu jkollhom marka ta' identifikazzjoni differenti minn dawk provduti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
3. Huma biss il-prodotti tal-ħalib, magħmula fi stabbilimenti tal-ħalib li jikkonformaw u elenkati fil-Kapitolu II ta' l-Anness għal din id-Deċiżjoni u li jikkonformaw mal-paragrafi I ta' dan l-Artikolu u l-kundizzjonijiet ta' l-Anness III, Sezzjoni IX tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, li jistgħu jinbigħu bħala prodotti li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Konformità u rapporti
1. Ir-Rumanija għandha tiżguraw konformità gradwali mill-ażjendi fejn jiġi prodott il-ħalib, imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta' din id-Deċiżjoni, mal-kundizzjonijiet ta' l-Anness III, Sezzjoni IX, Kapitolu I, partijiet II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
2. Ir-Rumanija għandha tissottometti lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar il-progress li jkun sar fit-titjib tal-livell ta' dawn l-azjendi li jagħmlu prodotti tal-ħalib u tas-sistema tal-ġbir tal-ħalib.
Artikolu 6
Il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib prodotti skond id-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni preżenti għandhom jingħataw sostenn taħt it-Titolu I, Kapitoli II u III, minbarra l-Artikolu 11, u t-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 (1) jekk ikollhom il-marka ta' identifikazzjoni ta' forma ovali msemmija fl-Anness II, Sezzjoni I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
Artikolu 7
Applikabilità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika soġġetta għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.
Dan għandu jkun applikabbli sat-30 Ġunju 2008.
Artikolu 8
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 22 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1; verżjoni kkoreġġuta bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; verżjoni kkoreġġuta bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1662/2006 (ĠU L 320, 18.11.2006, p. 1).
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
ANNESS
KAPITOLU I
Lista ta' stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib 'b'konformità mal-kundizzjonijiet strutturali tal-Komunità awtorizzati li jirċievu u jipproċessaw mingħajr separazzjoni ħalib li jikkonforma u li ma jikkonformax
|
1 |
AR 473 |
SC Octavian Impex SRL |
Dezna, Kontea ta' Arad, 317110 |
|
2 |
BT 17 |
SC Spicul 2 SRL |
Dorohoi, Kontea ta' Botosani, 715200 |
|
3 |
BT 176 |
SC Lacto Solomonescu SRL |
Miron Costin, Kontea ta' Botosani, 717466 |
|
4 |
BR 24 |
S.C. Lacta Prod SRL |
Braila, Kontea ta' Braila, 810224 |
|
5 |
CJ 7879 |
SC Comlact SRL |
Corusu, Kontea ta' Cluj, 407056 |
|
6 |
DB 59 |
SC Industrializarea Laptelui SA |
Targoviste, Kontea ta' Dambovita, 130062 |
|
7 |
NT 241 |
SC Pro Com Pascal SRL |
Pastraveni, Kontea ta' Neamt, 617300 |
|
8 |
NT 556 |
SC Stefanos SRL |
Trifesti, Kontea ta' Neamt, 617475 |
|
9 |
SB 237 |
SC Carpalat SRL |
Mandra, Kontea ta' Sibiu, 557124 |
|
10 |
SB 298 |
SC Gefa Impex SRL |
Talmaciu, Kontea ta' Sibiu, 555700 |
|
11 |
L 56 |
SC Camy Lact SRL |
Panaci-Vatra Dornei, Kontea ta' Suceava, 727405 |
|
12 |
VN 25 |
SC Vitaprod SRL |
Dumitresti, Kontea ta' Vrancea, 727110 |
|
13 |
BC 4826 |
S.C. Marlact SRL |
Buhoci, Kontea ta' Bacau, 607085 |
|
14 |
BH 4646 |
SC Abacus Trade SRL |
Toboliu, Kontea ta' Bihor, 417273 |
|
15 |
BH 2980 |
SC Cîmpaneii Prest SRL |
Mierlău, Kontea ta' Bihor, 417277 |
|
16 |
BT 342 |
SC Indagrovet SRL |
Coţuşca, Kontea ta' Botosani, 717090 |
|
17 |
BT 240 |
SC Geny Com SRL |
Vf. Câmpului, Kontea ta' Botosani, 717450 |
|
18 |
BT 205 |
SC Cicos SRL |
George Enescu, Kontea ta' Botosani, 717170 |
|
19 |
BR 215 |
S.C. Android Trading SRL |
Maxineni, Kontea ta' Braila, 817090 |
|
20 |
BZ 0627 |
SC Ianis Cos Lact SRL |
C.A. Rosetti, Kontea ta' Buzau, 127120 |
|
21 |
BZ 0298 |
SC Camen Tas SRL |
Smeeni, Kontea ta' Buzau, 127595 |
|
22 |
CJ 4185 |
SC Bonas Import Export SRL |
Dezmir, Kontea ta' Cluj, 407039 |
|
23 |
CV 56 |
SC Milk COM SRL |
Saramas, Kontea ta' Covasna, 527012 |
|
24 |
CV 690 |
SC Mark SRL |
Brates, Kontea ta' Covasna, 527050 |
|
25 |
CV 234 |
SC Zugo SRL |
Belin, Kontea ta' Covasna, 527030 |
|
26 |
HR 383 |
S.C. Lactate Harghita SA |
Cristuru Secuiesc, Kontea ta' Harghita, 535400 |
|
27 |
HR 70 |
S.C. Primulact SRL |
Miercurea Ciuc, Kontea ta' Harghita, 530242 |
|
28 |
NT 607 |
S.C. D. A Secuieni |
Secuieni, Kontea ta' Neamt, 617405 |
|
29 |
OT 2836 |
SC Bourella Maris SRL |
Babiciu, Kontea ta' Olt, 237015 |
|
30 |
PH 6448 |
SC Rusara Prodcom SRL |
Valea Calugareasca, Kontea ta' Prahova, 107620 |
|
31 |
PH 212 |
S.C. Vitoro SRL |
Ploiesti, Kontea ta' Prahova, 100537 |
|
32 |
PH 6067 |
S.C. Zoe Gab SRL |
Fulga, Kontea ta' Prahova, 107260 |
|
33 |
SJ 52 |
SC Sanolact |
Maeriste, Kontea ta' Salaj, 457235 |
|
34 |
SV 4162 |
SC Malinul SRL |
Malini, Kontea ta' Suceava, 727350 |
|
35 |
SV 5355 |
SC Lacto Zaharia |
Frumosu, Kontea ta' Suceava, 727260 |
|
36 |
SV 6394 |
SC Martin's European Food Products Comimpex SRL |
Bosanci, Kontea ta' Suceava, 727045 |
|
37 |
TL 1328 |
SC Izacos Lact SRL |
Topolog, Kontea ta' Tulcea, 827220 |
|
38 |
VN 35 |
SC Monaco SRL |
Vrâncioaia, Kontea ta' Vrancea, 627445 |
|
39 |
AG 6 |
SC Bradet SRL |
Bradulet, Kontea ta' Arges, 117145 |
|
40 |
L 57 |
SC Hochland Romania SRL |
Sovata, Kontea ta' Mures, 545500 |
|
41 |
AG 4 |
S.C. Dincudana SRL |
Bradu, Kontea ta' Arges, 117148 |
|
42 |
BH 1705 |
SC Dorlact SRL |
Beznea, Kontea ta' Bihor, 417081 |
|
43 |
CS 116 |
SC Fabrica de Produse Lactate |
Oravita, Kontea ta' Caras Severin, 325600 |
|
44 |
NT 900 |
S.C. Complex Agroalimentar SRL |
Bicaz, Kontea ta' Neamt, 615100 |
|
45 |
TL 965 |
SC Mineri SRL |
Mineri, Kontea ta' Tulcea, 827211 |
|
46 |
CJ 41 |
SC Kazal SRL |
Dej, Kontea ta' Cluj, 405200 |
|
47 |
L 40 |
SC Napolact SA |
Huedin, Kontea ta' Cluj, 405400 |
|
48 |
SM 3876 |
S.C. Schwaben Molkerei |
Carei, Kontea ta' Satu Mare, 445100 |
KAPITOLU II
Lista ta' stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib'b'konformità mal-kundizzjonijiet strutturali tal-Komunità awtorizzati li jirċievu u jipproċessaw separatament ħalib li jikkonforma u li ma jikkonformax
|
1 |
AB 3508 |
SC Unichim Romania SRL |
Unirea, Kontea ta' Alba, 517785 |
|
2 |
L 81 |
SC Raraul SA |
Campulung Moldovenesc, Kontea ta' Suceava, 725100 |
|
3 |
AG 5 |
S.C. Lactag SA Fabrica Costesti |
Costesti, Kontea ta' Arges, 115200 |
|
4 |
BC 6100 |
SC Depcoinf MBD SRL |
Targu Trotus, Kontea ta' Bacau, 607630 |
|
5 |
BT 60 |
SC Five Continents Group SRL |
Rachiti, Kontea ta' Botosani, 717310 |
|
6 |
BR 65 |
S.C. Brailact SRL |
Braila, Kontea ta' Braila, 810224 |
|
7 |
L 35 |
S.C. Danone PDPA Romania SRL |
Bucuresti, 032451 |
|
8 |
CT 30 |
SC Niculescu Prod SRL |
Cumpana, Kontea ta' Constanta, 907105 |
|
9 |
CT 15 |
SC Nic Costi Trade SRL |
Dorobantu, County Constanta, 907211 |
|
10 |
L 9 |
SC Covalact SA |
Sfantu Gheorghe, Kontea ta' Covasna, 520076 |
|
11 |
L 22 |
SC Dorna Lactate SA |
Dorna Candrenilor – Floreni, Kontea ta' Suceava, 727190 |
|
12 |
L 53 |
S.C. Friesland România SA |
Carei, Kontea ta' Satu Mare, 445100 |
|
13 |
TR 78 |
SC Interagro SRL |
Zimnicea, Kontea ta' Teleorman, 145400 |
|
14 |
VS 2196 |
SC Ilvas SA |
Vaslui, Kontea ta' Vaslui, 730040 |
|
15 |
SV 001 |
SC La Dorna Agri SA |
Dorna Candreni, Kontea ta' Suceava, 727190 |
|
16 |
SV 6352 |
SC La Dorna Chesse SA |
Dorna Arini, Kontea ta' Suceava, 727200 |
|
17 |
BH 5206 |
SC Prolacta SRL |
Copacel, Kontea ta' Bihor, 417205 |
|
18 |
BZ 0098 |
SC Meridian Agroind |
Ramnicu Sarat, Kontea ta' Buzau, 125300 |
|
19 |
CT 299 |
SC Nascu SRL |
Indepenta, Kontea ta' Constanta, 907145 |
|
20 |
CT 294 |
SC Suflaria Import Export SRL |
Cheia, Kontea ta' Constanta, 907277 |
|
21 |
MM 4758 |
SC Milk-Humana SRL |
Baia Mare, Kontea ta' Maramures, 430306 |
|
22 |
MM 521 |
SC Oblaza SRL |
Birsana, Kontea ta' Maramures, 437035 |
|
23 |
MM 725 |
SC Avi Seb Impex SRL |
Tirgu Lapus, Kontea ta' Maramures, 435600 |
|
24 |
TL 855 |
SC Deltalact SA |
Tulcea, Kontea ta' Tulcea, 820009 |