17.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/69

tas-16 ta' Jannar 2018

dwar il-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Carne de Morucha de Salamanca” (IĠP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 54(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (2) jipprevedi li l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 49 sa 52 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tapplika mutatis mutandis għall-kanċellazzjoni ta' reġistrazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 54(1) ta' dak ir-Regolament.

(2)

L-applikazzjoni ta' Spanja għall-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) “Carne de Morucha de Salamanca” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), skont l-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 flimkien mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Carne de Morucha de Salamanca” (IĠP) jenħtieġ li tiġi kkanċellata mir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

(4)

Skont l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 dawn il-kanċellazzjonijiet huma adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2) ta' dak ir-Regolament.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Politika dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Carne de Morucha de Salamanca” (IĠP) hija b'dan imħassra.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat-18 ta' Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-istabbiliment ta' simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti u fir-rigward ta' ċerti regoli dwar il-ksib, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji oħrajn (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17).

(3)   ĠU C 201, 24.6.2017, p. 5.