02009R0669 — MT — 17.10.2019 — 038.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194 25.7.2009, p. 11) |
Emendat bi:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 669/2009
tal-24 ta’ Lulju 2009
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Is-Suġġett
Dan ir-Regolament jistipula r-regoli fir-rigward tal-livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu skont l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmijin fl-Anness I tiegħu, dwar l-importazzjoni tal-għalf u tal-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali li huma elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Aġġornament tal-Anness I
Biex il-lista tal-Anness I tiġi kkompilata u emendata regolarment, irid jiġi kkunsidrat mill-inqas wieħed minn dwan is-sorsi ta’ tagħrif:
(a) id-dejta li tirriżulta min-notifiki li jaslu permezz tal-RASFF;
(b) rapporti u informazzjoni li joħorġu mill-attivitajiet tal-Uffiċċju Veterinarju u tal-Ikel;
(c) rapporti u informazzjoni mibgħuta minn pajjiżi terzi;
(d) informazzjoni li titpartat bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurtà fl-Ikel;
(e) fejn hu xieraq, valutazzjonijiet xjentifiċi.
Il-lista tal-Anness I għandha tiġi riveduta regolarment, u mill-inqas darbtejn fis-sena.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) “dokument komuni tad-dħul (DKD)” tfisser id-dokument li jrid jimtela mill-operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu kif stipulat fl-Artikolu 6, u li hemm il-mudelli tiegħu fl-Anness II u fil-Parti 2 tal-Anness III, u mill-awtorità kompetenti li tikkonferma li tlestew il-kontrolli uffiċjali;
(b) “il-punt tad-dħul magħżul (PDM)” ifisser il-punt tad-dħul stipulat fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, f’wieħed mit-territorji msemmijin fl-Anness I tiegħu; ►M34 fil-każ ta' konsenji li jidħlu fl-Unjoni bi trasport bil-baħar jew tal-ajru minn pajjiż terz, li jitħattew l-art bl-għan li jitgħabbew fuq vapur jew inġenju tal-ajru ieħor rispettivament fl-istess port jew ajruport għat-tranżitu lejn port jew ajruport ieħor f'wieħed mit-territorji li għalihom saret referenza fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-punt tad-dħul magħżul ikun l-aħħar port jew ajruport; ◄
(c) “konsenja” tfisser kwantità ta’ kwalunkwe wieħed mill-prodotti tal-għalf jew tal-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali li huma elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, tal-istess klassi jew deskrizzjoni, inkluża fl-istess dokument(i), mibgħuta bl-istess mezz tat-trasport u li toriġina mill-istess pajjiż terz jew parti mill-pajjiż.
Artikolu 4
Rekwiżiti minimi għall-punti tad-dħul magħżulin
Bla ħsara għall-Artikolu 19, il-punti tad-dħul magħżulin għandu jkollhom għad-dispożizzjoni mill-inqas dawn li ġejjin:
(a) numru biżżejjed ta’ impjegati li għandhom il-kwalifiki xierqa u l-esperjenza biex iwettqu l-kontrolli preskritti fuq il-konsenji;
(b) faċilitajiet xierqa biex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tagħmel il-kontrolli meħtieġa;
(c) istruzzjonijiet dettaljati dwar it-teħid tal-kampjuni għall-analiżi u dwar kif il-kampjuni jintbagħtu għall-analiżi fil-laboratorju magħżul skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 (“il-laboratorju magħżul”);
(d) faċilitajiet fejn il-konsenji (u l-konsejni fil-kontejners) jiġu maħżunin f’kundizzjonijiet xierqa waqt iż-żmien tad-detenzjoni, fejn xieraq, sakemm jistennew ir-riżultati tal-analiżi msemmija fil-punt (c), u numru biżżejjed ta’ kmamar għall-ħażna li jinkludu l-imħażen tal-friża, għall-każi fejn il-konsenja jkollha bżonn tinżamm f’ temperaturi kkontrollati;
(e) tagħmir għall-ħatt u l-istrumenti meħtieġa biex jittieħdu l-kampjuni għall-analiżi;
(f) il-faċilitajiet biex, fejn hemm bżonn, il-ħatt u t-teħid tal-kampjuni għall-analiżi jsiru f’post kenni;
(g) laboratorju magħżul fejn issir l-analiżi msemmija fil-punt (c), f’post fejn il-kampjuni jkunu jistgħu jitwasslu f’qasir żmien.
Artikolu 5
Lista tal-punti tad-dħul magħżulin
L-Istati Membri għandhom iżommu fuq l-Internet, miftuħa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, lista aġġornata tal-punti tad-dħul magħżulin għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-indirizzi tal-Internet ta’ dawn il-listi lill-Kummissjoni.
Fuq is-sit tal-Internet tagħha, il-Kummissjoni għandha turi l-ħoloq elettroniċi nazzjonali li jwasslu għal dawn il-listi, għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Artikolu 6
Twissija bil-quddiem tal-wasla tal-konsenji
L-operaturi tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom javżaw bil-quddiem id-data u l-ħin tal-wasla mistennija tal-konsenja fil-punt tad-dħul magħżul u dwar in-natura tal-konsenja.
Għal dan il-għan iridu jimlew il-Parti I tad-dokument tad-dħul komuni u jibagħtu d-dokument lill-awtorità kompetenti fil-punt tad-dħul magħżul, mill-inqas ġurnata waħda tax-xogħol qabel ma tasal il-konsenja.
Artikolu 7
Il-Lingwa tad-dokumenti komuni tad-dħul
Id-dokumenti komuni tad-dħul għandhom jinkitbu fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mill-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru fejn jinstab il-punt tad-dħul magħżul.
Madankollu, Stat Membru jista’ jaċċetta li d-dokumenti komuni tad-dħul ikunu miktubin b’lingwa uffiċjali oħra tal-Komunità.
Artikolu 7a
Rekwiżiti għall-mili tad-dokument komuni tad-dħul elettroniku
1. Meta jintuża dokument komuni tad-dħul elettroniku, dan għandu jimtela fis-sistema TRACES u jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a) jikkonforma mal-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness III;
(b) ikun iffirmat bil-firma elettronika tal-operatur responsabbli mill-konsenja;
(c) ikun iffirmat bil-firma elettronika avvanzata jew kwalifikata tal-ispettur uffiċjali:
(i) jew fil-post tad-dħul magħżul; inkella
(ii) fil-post magħżul għall-importazzjoni; inkella
(iii) fil-post fejn isiru l-kontrolli, waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 19(1);
(d) ikollu fuqu s-siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tal-awtorità kompetenti li tkun ħarġitu u li jkun jagħmel parti minnha l-ispettur uffiċjali;
(e) ikun issiġillat b’siġill avvanzat jew kwalifikat mis-sistema Traces.
2. Kull waħda mill-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ittimbrata b’timbru temporali kwalifikat.
Artikolu 8
Livelli ogħla tal-kontrolli uffiċjali fil-punti tad-dħul magħżulin
1. L-awtorità kompetenti fil-punt tad-dħul magħżul għandha, mingħajr dawmien żejjed, tagħmel dan li ġej:
(a) kontrolli tad-dokumentazzjoni ta’ kull konsenja fi żmien żewġt iġranet tax-xogħol minn meta jaslu fil-PDM, sakemm ma jinħolqux xi ċirkostanzi inevitabbli u eċċezzjonali.
(b) kontrolli fiżiċi u tal-identità, li jinkludu l-analiżi fil-laboratorju, bil-frekwenza stipulata fl-Anness I u b’mod li l-operaturi tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom ma jkunux jistgħu ibassru jekk xi konsenja hijiex se tiġi kkontrollata jew le; ir-riżultati tal-kontrolli fiżiċi jeħtieġ li jkunu disponibbli kemm jista’ jkun malajr teknikament.
2. Wara li jintemmu l-kontrolli stipulati fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha:
(a) timla l-parti rilevanti tal-Parti II tad-dokument komuni tad-dħul; u l-uffiċjal risponsabbli tal-awtorità kompetenti għandu jittimbra u jiffirma l-oriġinal tad-dokument;
(b) tagħmel u żżomm kopja tad-dokument komuni tad-dħul iffirmat u ttimbrat.
Il-kopja oriġinali tad-dokument komuni tad-dħul trid tmur mal-konsenja tul il-vjaġġ tagħha sakemm tasal fid-destinazzjoni msemmija fid-DKD.
L-awtorità kompetenti fil-PDM tista’ tawtorizza li l-konsenja tkompli fi triqitha sakemm joħorġu r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi. Fejn tingħata l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti fil-PDM għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti fil-punt tad-destinazzjoni u għandhom isiru l-arranġamenti xierqa biex ikun żgurat li l-konsenja tibqa’ taħt il-kontroll kontinwu tal-awtoritajiet kompetenti u li ma tkunx tista’ titbagħbas bl-ebda mod sakemm joħorġu r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi.
F’każijiet fejn il-konsenja tkun ittrasportata qabel ma jkunu jistgħu jinħarġu r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi, għandha tinħareġ kopja ċċertifikata tad-DKD oriġinali għal dan l-għan.
Artikolu 9
Ċirkostanzi Partikolari
1. Fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza li l-awtoritajiet kompetenti ta’ ċerti punti tad-dħul magħżula li jridu jaħdmu f’sitwazzjonijiet diffiċli għal raġunijiet ġeografiċi, ikunu jistgħu jagħmlu l-kontrolli fiżiċi fl-istabbiliment ta’ operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel, sakemm jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) l-effiċjenza tal-kontrolli li jitwettqu fil-PDM ma tkunx affettwata ħażin;
(b) l-istabbiliment jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4 skont ir-rilevanza u li huwa approvat għal dan l-għan mill-Istat Membru;
(c) ikun hemm arranġamenti xierqa li jiggarantixxu li l-konsenja, mill-mument li tasal, tibqa’ l-ħin kollu taħt il-kontroll kontinwu tal-awtoritajiet kompetenti tal-PDM u li ma tistax tiġi mbagħbsa bl-ebda mod tul iż-żmien tal-kontrolli kollha.
2. B'deroga mill-Artikolu 8(1), f'ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista' tistipula dwar prodott li jkun elenkat fl-Anness I, li l-kontrolli fiżiċi u tal-identità jkunu jistgħu jsiru mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni tal-konsenja indikata fid-DKD, fuq il-post tal-istabbiliment tal-operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jekk dan ikun xieraq u jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 (b) u (c), dejjem jekk jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) jekk, meta jsiru t-testijiet ta' kampjuni fil-PDM ikun hemm riskju kbir li l-ikel jiġi kkontaminat jew li l-prodott ikun imħassar b'mod inaċċettabbli minħabba li l-prodott jitħassar malajr jew minħabba li l-pakketti jkunu ta' ċerta kwalità;
(b) isiru arranġamenti xierqa mill-awtoritajiet kompetenti fil-PDM u l-awtoritajiet kompetenti li jagħmlu l-kontrolli fiżiċi biex jaċċertaw li:
(i) il-konsenja ma tistax tiġi mbagħbsa bl-ebda mod waqt il-kontrolli kollha;
(ii) jiġu sodisfatti r-rekwiżiti kollha ta' rappurtar stipulati fl-Artikolu 15.
Artikolu 10
Ir-Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera
Ladarba, fejn hu meħtieġ li jsiru l-kontrolli, dawn ikunu saru kollha b’konformità mal-Artikolu 8(1) u r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi jkunu magħrufa u jkunu pożittivi, ir-rilaxx tal-konsenja għaċ-ċirkolazzjoni libera jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ dokument komuni tad-dħul jew l-ekwivalent tiegħu elettroniku, minn għand l-operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu, lill-awtoritajiet tad-dwana, mimli, kif meħtieġ, mill-awtorità kompetenti.
Artikolu 11
L-Obbligi tal-operaturi tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel
F’każi fejn il-karatteristiċi speċjali tal-konsenja jitolbu din il-ħtieġa, l-operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jew rappreżentant tiegħu, għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti:
(a) ir-riżorsi umani u l-loġistika biex il-konsenja tinħatt biex ikunu jistgħu jsiru l-kontrolli uffiċjali;
(b) it-tagħmir xieraq għat-teħid tal-kampjuni għall-analiżi fejn jirrigwarda t-trasport speċjali u/jew formoli tal-ippakkjar speċifiċi, meta dan it-teħid ta’ kampjuni ma jkunx jista’ jsir b’mod ġenerali bit-tagħmir standardizzat.
Artikolu 12
It-taqsim tal-konsenji
Il-konsenji m’ għandhomx jinqasmu qabel ma jkunu saru l-kontrolli uffiċjali fuq livell ogħla, u jkun imtela d-dokument komuni tad-dħul mill-awtorità kompetenti kif stipulat fl-Artikolu 8.
Fil-każ li wara dan il-konsenja tinqasam, kopja awtentika tad-dokument komuni tad-dħul trid tintbaghat ma’ kull parti tal-konsenja sakemm dawn jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera.
Artikolu 13
Nuqqas ta' konformità
1. Jekk il-kontrolli uffiċjali jistabbilixxu li hemm nuqqas ta' konformità, l-uffiċjal risponsabbli tal-awtorità kompetenti għandu jimla l-Parti III tad-dokument komuni tad-dħul u għandha tittieħed azzjoni skont l-Artikoli 19, 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.
2. Meta l-awtorità kompetenti fil-punt tad-dħul magħżul ma tippermettix l-introduzzjoni ta' konsenja ta' għalf u ikel elenkati fl-Anness I minħabba nuqqas ta' konformità mal-livelli massimi ta' residwi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005, hija għandha tinnotifika immedjatament it-tali rifjut mal-fruntiera f'konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.
Artikolu 14
Miżati
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġbir tal-miżati li jirriżultaw minħabba l-livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali stipulat f’dan ir-Regolament skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, u l-kriterji stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.
2. Il-miżati msemmijin fil-paragrafu 1 iridu jitħallsu mill-operaturi tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel li huma risponsabbli għall-konsenja, jew mir-rappreżentanti tagħhom.
Artikolu 15
Rapporti lill-Kummissjoni
1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport dwar il-konsenji lill-Kummissjoni bi skop li ssir evalwazzjoni kontinwa tal-għalf u tal-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I.
Huma għandhom jissottomettu rapport darbtejn fis-sena sa tmiem ix-xahar ta' wara kull semestru.
2. Ir-rapport għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a) id-dettalji ta’ kull konsenja, li jinkludu:
(i) id-daqs fir-rigward tal-piż nett tal-konsenja;
(ii) isem il-pajjiż tal-oriġini ta’ kull konsenja;
(b) in-numru ta’ konsenji li minnhom ittieħdu l-kampjuni għall-analiżi;
(c) ir-riżultati tal-kontrolli kif stipulat fl-Artikolu 8(1);
3. Il-Kummissjoni għandha tiġbor ir-rapporti li tirċievi skont il-paragrafu 2 u tpoġġihom għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.
4. L-iskeda ta' obbligi ta' rappurtar stipulati fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti meta l-Istati Membri jkunu rreġistraw fi TRACES id-dokumenti komuni tad-dħul maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament matul il-perjodu tar-rappurtar stabbilit fil-paragrafu 1.
Artikolu 16
Emenda għad-Deċiżjoni 2006/504/KE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/504/KE hija emendata skont dan li ġej:
(1) fl-Artikolu 1, is-subparagrafi (a) (iii), (iv) u (v) għandhom jitħassru,
(2) fl-Artikolu 5, l-paragrafu 2 (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:
“(a) kull konsenja ta’ ħwejjeġ tal-ikel mill-Brażil”,
(3) fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 huwa mħassar.
Artikolu 17
Revoka tad-Deċiżjoni 2005/402/KE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/402/KE hija rrevokata.
Artikolu 18
Applikabilità
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-25 ta’ Jannar 2010.
Artikolu 19
Miżuri tranżitorji
1. Sat-13 ta' Diċembru 2019, jekk punt tad-dħul magħżul ma jkunx mgħammar bil-faċilitajiet meħtieġa biex isiru l-kontrolli fiżiċi u tal-identità, kif stipulat fl-Artikolu 8(1)(b), dawn il-kontrolli jistgħu jsiru f'punt ta' kontroll ieħor fl-istess Stat Membru, li jkun awtorizzat għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti, qabel ma l-merkanzija tiġi ddikjarata għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera, sakemm dan il-punt ta' kontroll jissodisfa r-rekwiżiti minimi stipulati fl-Artikolu 4.
2. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, permezz ta’ pubblikazzjoni elettronika fuq il-websajt tagħhom, lista tal-punti ta’ kontroll awtorizzati skont il-paragrafu 1.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali soġġett għal żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul
|
Għalf u ikel (użu maħsub) |
Kodiċi NM (1) |
Subdiviżjoni TARIC |
Pajjiż tal-oriġini |
Periklu |
Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%) |
|
— Karawett, bil-qoxra |
— 1202 41 00 |
|
Il-Bolivja (BO) |
Aflatossini |
50 |
|
— Karawett, bla qoxra |
— 1202 42 00 |
||||
|
— Butir tal-karawett |
— 2008 11 10 |
||||
|
— Karawett, ippreparat jew ippreservat mod ieħor (Għalf u ikel) |
— 2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98 |
||||
|
— Bżar (Piper) (Ikel - imnixxef, la mfarrak u lanqas mitħun) |
ex 0904 11 00 |
10 |
Il-Brażil (BR) |
Salmonella (2) |
20 |
|
Goġi (wolfberries) (Lycium barbarum L.) (Ikel – frisk, imkessaħ jew imnixxef) |
ex 0813 40 95 ; ex 0810 90 75 |
10 10 |
Iċ-Ċina (CN) |
20 |
|
|
Bżar ħelu (Capsicum annuum) (Ikel – imfarrak jew mitħun) |
ex 0904 22 00 |
11 |
Iċ-Ċina (CN) |
Salmonella (2) |
20 |
|
Te, kemm jekk imħawwar jew le (Ikel) |
0902 |
|
Iċ-Ċina (CN) |
20 |
|
|
Brunġiel (Solanum melongena) (Ikel – frisk jew imkessaħ) |
0709 30 00 |
|
Ir-Repubblika Dominicana (DO) |
Residwi tal-pestiċidi (3) |
20 |
|
— Bżar ħelu (Capsicum annuum) |
— 0709 60 10 ; 0710 80 51 |
|
Ir-Repubblika Dominicana (DO) |
50 |
|
|
— Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) |
— ex 0709 60 99 ; ex 0710 80 59 |
20 20 |
|||
|
— Fażola asparagu (Vigna unguiculata ssp. sesquipedalis, vigna unguiculata ssp. unguiculata) (Ikel – frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
— ex 0708 20 00 ; ex 0710 22 00 |
10 10 |
|||
|
— Bżar ħelu (Capsicum annuum) |
— 0709 60 10 ; 0710 80 51 |
|
L-Eġittu (EG) |
20 |
|
|
— Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) (Ikel – frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
— ex 0709 60 99 ; ex 0710 80 59 |
20 20 |
|||
|
Żerriegħa tal-ġulġlien (Ikel – frisk jew imkessaħ) |
1207 40 90 |
|
L-Etjopja (ET) |
Salmonella (2) |
50 |
|
— Ġellewż, bil-qoxra |
— 0802 21 00 |
|
Il-Georgia (GE) |
Aflatossini |
50 |
|
— Ġellewż, bla qoxra |
— 0802 22 00 |
|
|||
|
— Dqiq, grixa u trab tal-ġellewż |
— ex 1106 30 90 |
40 |
|||
|
— Ġellewż, ippreparat jew ippreservat mod ieħor (Ikel) |
— ex 2008 19 19 ; ex 2008 19 95 ; ex 2008 19 99 |
30 20 30 |
|||
|
Żejt tal-palm (Ikel) |
1511 10 90 ; 1511 90 11 ; |
|
Il-Ghana (GH) |
Koloranti tas-Sudan (9) |
50 |
|
ex 1511 90 19 ; |
90 |
||||
|
1511 90 99 |
|
||||
|
Okra (Ikel – frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0709 99 90 ; ex 0710 80 95 |
20 30 |
L-Indja (IN) |
10 |
|
|
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) (Ikel – frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0709 60 99 ; ex 0710 80 59 |
20 20 |
L-Indja (IN) |
20 |
|
|
Fażola (Vigna spp., Phaseolus spp.) (Ikel – frisk jew imkessaħ) |
0708 20 |
|
Il-Kenja (KE) |
Residwi tal-pestiċidi (3) |
5 |
|
Karfus (Apium graveolens) (Ikel – ħaxix aromatiku frisk jew imkessaħ) |
ex 0709 40 00 |
20 |
Il-Kambodja (KH) |
50 |
|
|
Fażola asparagu (Vigna unguiculata ssp. sesquipedalis, vigna unguiculata ssp. unguiculata) (Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0708 20 00 ; ex 0710 22 00 |
10 10 |
Il-Kambodja (KH) |
50 |
|
|
Ġdur (Brassica rapa ssp. rapa) (Ikel – ippreparat jew ippreservat fil-ħall jew fl-aċidu aċetiku) |
ex 2001 90 97 ; |
11 ; 19 |
Il-Libanu (LB) |
Rodamina B |
50 |
|
Ġdur (Brassica rapa ssp. rapa) Ikel – ippreparat jew ippreservat fis-salmura jew fl-aċidu ċitriku, mhux iffriżat) |
ex 2005 99 80 |
93 |
Il-Libanu (LB) |
Rodamina B |
50 |
|
Bżar (ħelu jew mhux) (Capsicum spp.) (Ikel – imnixxef, mixwi, imfarrak jew mitħun) |
0904 21 10 ; |
|
Is-Sri Lanka (LK) |
Aflatossini |
50 |
|
ex 0904 21 90 ; |
20 |
||||
|
ex 0904 22 00 ; |
11 ; 19 |
||||
|
ex 2008 99 99 |
79 |
||||
|
— Karawett, bil-qoxra |
— 1202 41 00 |
|
Il-Madagascar (MG) |
Aflatossini |
50 |
|
— Karawett, bla qoxra |
— 1202 42 00 |
||||
|
— Butir tal-karawett |
— 2008 11 10 |
||||
|
— Karawett, ippreparat jew ippreservat mod ieħor (Għalf u ikel) |
— 2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98 |
||||
|
Jackfruit (Artocarpus heterophyllus) (Ikel – frisk) |
ex 0810 90 20 |
20 |
Il-Malasja MY |
Residwi tal-pestiċidi (3) |
20 |
|
Żerriegħa tal-ġulġlien (Ikel – frisk jew imkessaħ) |
1207 40 90 |
|
In-Niġerja (NG) |
Salmonella (2) |
50 |
|
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) (Ikel – frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0709 60 99 ; ex 0710 80 59 |
20 20 |
Il-Pakistan (PK) |
Residwi tal-pestiċidi (3) |
20 |
|
Lampun (Ikel – iffriżat) |
ex 0811 20 11 ; ex 0811 20 19 ; 0811 20 31 |
10 10 |
Is-Serbja (RS) |
Norovajrus |
10 |
|
Żerriegħa tal-ġulġlien (Ikel – frisk jew imkessaħ) |
1207 40 90 |
|
Is-Sudan (SD) |
Salmonella (2) |
50 |
|
Żrieragħ tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus spp.) u l-prodotti li ġejjin minnhom (Ikel) |
ex 1207 70 00 ; ex 1208 90 00 ; ex 2008 99 99 |
10 10 50 |
Sierra Leone (SL) |
Aflatossini |
50 |
|
— Karawett, bil-qoxra |
— 1202 41 00 |
|
Is-Senegal (SN) |
Aflatossini |
50 |
|
— Karawett, bla qoxra |
— 1202 42 00 |
||||
|
— Butir tal-karawett |
— 2008 11 10 |
||||
|
— Karawett, ippreparat jew ippreservat mod ieħor (Għalf u ikel) |
— 2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98 |
||||
|
Ġdur (Brassica rapa ssp. rapa) (Ikel – ippreparat jew ippreservat fil-ħall jew fl-aċidu aċetiku) |
ex 2001 90 97 ; |
11 ; 19 |
Is-Sirja (SY) |
Rodamina B |
50 |
|
Ġdur (Brassica rapa ssp. rapa) Ikel – ippreparat jew ippreservat fis-salmura jew fl-aċidu ċitriku, mhux iffriżat) |
ex 2005 99 80 |
93 |
Is-Sirja (SY) |
Rodamina B |
50 |
|
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) (Ikel – frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0709 60 99 ; ex 0710 80 59 |
20 20 |
It-Tajlandja (TH) |
10 |
|
|
— Berquq imnixxef |
— 0813 10 00 |
|
It-Turkija (TR) |
Sulfiti (16) |
10 |
|
— Berquq ippreparat jew ippreservat mod ieħor (15) (Ikel) |
— 2008 50 61 |
||||
|
Għeneb imnixxef (inkluż l-għeneb imnixxef imqatta' jew mgħaffeġ f'pejst, mingħajr trattament ieħor) (Ikel) |
0806 20 |
|
It-Turkija (TR) |
Okratossina A |
5 |
|
Lumi (Citrus limon, Citrus limonum) (Ikel – frisk, imkessaħ jew imnixxef) |
0805 50 10 |
|
It-Turkija (TR) |
Residwi tal-pestiċidi (3) |
10 |
|
Rummien (Ikel – frisk jew imkessaħ) |
ex 0810 90 75 |
30 |
It-Turkija (TR) |
10 |
|
|
Bżar Ħelu (Capsicum annuum) (Ikel – frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
0709 60 10 ; 0710 80 51 |
|
It-Turkija (TR) |
10 |
|
|
Lewż tal-berquq mhux ipproċessati sħaħ, mitħunin, ikkrekkjati, imqattgħin, imqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali (19) (20) (Ikel) |
ex 1212 99 95 |
20 |
It-Turkija (TR) |
Ċjanur |
50 |
|
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) (Ikel – frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0709 60 99 ex 0710 80 59 |
20 20 |
L-Uganda (UG) |
Residwi tal-pestiċidi (3) |
20 |
|
Żerriegħa tal-ġulġlien (Ikel – frisk jew imkessaħ) |
1207 40 90 |
|
L-Uganda (UG) |
Salmonella (2) |
50 |
|
— Karawett, bil-qoxra |
— 1202 41 00 |
|
L-Istati Uniti (US) |
Aflatossini |
10 |
|
— Karawett, bla qoxra |
— 1202 42 00 |
||||
|
— Butir tal-karawett |
— 2008 11 10 |
||||
|
— Karawett, ippreparat jew ippreservat mod ieħor (Għalf u ikel) |
— 2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98 |
||||
|
— Pistaċċi, bil-qoxra |
— 0802 51 00 |
|
L-Istati Uniti (US) |
Aflatossini |
10 |
|
— Pistaċċi, bla qoxra |
— 0802 52 00 |
||||
|
— Pistaċċi, inkaljati (Ikel) |
— ex 2008 19 13 ; ex 2008 19 93 |
20 20 |
|||
|
— Berquq imnixxef |
— 0813 10 00 |
|
L-Użbekistan (UZ) |
Sulfiti (16) |
50 |
|
— Berquq ippreparat jew ippreservat mod ieħor (15) (Ikel) |
— 2008 50 61 |
||||
|
— Weraq tal-kosbor |
— ex 0709 99 90 |
72 |
Il-Vjetnam (VN) |
50 |
|
|
— Ħabaq (sagru, komuni) |
— ex 1211 90 86 |
20 |
|||
|
— Nagħniegħ |
— ex 1211 90 86 |
30 |
|||
|
— Tursin (Ikel – ħaxix aromatiku frisk jew imkessaħ) |
— ex 0709 99 90 |
40 |
|||
|
Okra (Ikel – frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0709 99 90 ex 0710 80 95 |
20 30 |
Il-Vjetnam (VN) |
50 |
|
|
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) (Ikel – frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0709 60 99 ; ex 0710 80 59 |
20 20 |
Il-Vjetnam (VN) |
50 |
|
|
(1) Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu taħt kwalunkwe kodiċi tan-NM, il-kodiċi tan-NM jiġi mmarkat bl-ittri “ex”. quddiemu. (2) Il-metodu ta' referenza EN ISO 6579-1 jew metodu vvalidat abbażi tiegħu f'konformità mal-protocol stabbilit f'EN ISO 16140-2. (3) Ir-residwi ta' mill-inqas dawk il-pestiċidi elenkati fil-programm ta' kontroll adottat skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) li jistgħu jiġu analizzati b'metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa GC-MS, u dawk ibbażati fuq il-kromatografija likwida/spettrometrija tal-massa LC-MS (il-pestiċidi jridu jiġu ssorveljati fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew fuqhom biss). (4) Residwi ta' amitraz. (5) Residwi ta' nikotina. (6) Residwi ta' tolfenpyrad. (7) Ir-residwi tal-aċefat, tal-aldikarb (is-somma tal-aldikarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala aldikarb), tal-amitraz (amitraz li jinkludi l-metaboliti li fihom il-frazzjoni ta' 2,4-dimetilanilina mogħtija bħala amitraz), tad-diafentjuron, tad-dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), tad-ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u tal-metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb). (8) Ir-residwi tad-dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), tad-dinotefuran, tal-folpet, tal-prokloraż (is-somma tal-prokloraż u tal-metaboliti tiegħu li fihom frazzjoni ta' 2,4,6-triklorofenol mogħtija bħala prokloraż), tat-tijofanat metil u tat-triforina. (9) Għall-fini ta' dan l-Anness, “Koloranti tas-Sudan” tirreferi għas-sustanzi kimiċi li ġejjin: (i) Sudan I (Numru CAS 842-07-9); (ii) Sudan II (Numru CAS 3118-97-6); (iii) Sudan III (Numru CAS 85-86-9); (iv) Scarlet Red; jew Sudan IV (Numru CAS 85-83-6). (10) Ir-residwi tad-diafentjuron. (11) Ir-residwi tal-karbofuran. (12) Ir-residwi tal-fentoat. (13) Ir-residwi tal-klorbufam. (14) Ir-residwi tal-formetanat (is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanat), tal-protijofos u tat-triforina. (15) Kontrolli fiżiċi u tal-identità jistgħu jitwettqu mill-awtorità kompetenti tal-post ta' destinazzjoni kif indikat fis-CED, skont l-Artikolu 9(2) ta' dan ir-Regolament. (16) Metodi ta' referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981. (17) Ir-residwi tal-Prokloraż. (18) Ir-residwi tad-diafentjuron, tal-formetanat (is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanat), u tat-tijofanat metil. (19) “Prodotti mhux ipproċessati” kif definit fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1). (20) “It-tqegħid fis-suq” u “l-konsumatur finali” kif definiti fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1). (21) Ir-residwi tad-ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram), tal-fentoat u tal-quinalfos. |
|||||
ANNESS II
DOKUMENT KOMUNI TAD-DĦUL (DKD)
Noti biex iservu ta’ gwida għad-DKD
Ġenerali: Imla d-dokument komuni tad-dħul b’ittri kbar. In-noti jidhru ħdejn in-numru tal-kaxxa rilevanti.
Parti I Din il-Parti trid timtela mill-operatur kummerċjali tal-għalf u tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.
Kaxxa I.1. Il-konsenjatur: l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna fiżika jew ġuridika (operatur kummerċjali tal-għalf u tal-ikel) li qed tibgħat il-konsenja. Huwa rakkomandat li tingħata informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew l-indirizz elettroniku.
Kaxxa I.2. Informazzjoni relatata man-numru ta’ referenza tad-DKD li għandha tiġi pprovduta mill-awtorità kompetenti tal-punt tad-dħul deżinjat (PDD). L-operatur kummerċjali tal-għalf u tal-ikel għandu jindika l-punt tad-dħul deżinjat fejn għandha tasal il-konsenja.
Kaxxa I.3. Id-destinatarju: l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna fiżika jew ġuridika (operatur kummerċjali tal-għalf u tal-ikel) li lilha hija indirizzata l-konsenja. Huwa rrakkomandat li tingħata informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew indirizz elettroniku.
Kaxxa I.4. Il-persuna responsabbli għall-konsenja: il-persuna (l-operatur kummerċjali tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentant tiegħu jew il-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni f’ismu) li tkun inkarigata mill-konsenja meta din tiġi ppreżentata fil-PDD u li tagħmel id-dikjarazzjonijiet neċessarji lill-awtorità kompetenti fil-PDD f’isem l-importatur. Daħħal l-isem u l-indirizz sħiħ. Huwa rrakkomandat li tingħata informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew l-indirizz elettroniku.
Kaxxa I.5. Il-pajjiż tal-oriġini: dan jirreferi għall-pajjiż terz minn fejn qed toriġina, titkabbar, tinħasad jew tiġi prodotta il-komodità.
Kaxxa I.6. Il-pajjiż minn fejn intbagħtet il-konsenja: dan jirreferi għall-pajjiż terz minn fejn ġiet mgħobbija l-konsenja fuq il-mezz tat-trasport għall-aħħar parti tal-vjaġġ lejn l-Unjoni.
Kaxxa I.7. Importatur: l-isem u l-indirizz sħiħ. Huwa rrakkomandat li tingħata informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew indirizz elettroniku.
Kaxxa I.8. Il-post tad-destinazzjoni: indirizz tal-konsenja fl-Unjoni. Huwa rrakkomandat li tingħata informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew indirizz elettroniku.
Kaxxa I.9. Wasla fil-PDD: daħħal id-data ta’ meta hu mistenni li tasal il-konsenja fil-PDD.
Kaxxa I.10. Id-dokumenti: daħħal id-data tal-ħruġ u n-numru ta’ dokumenti uffiċjali li ntbagħtu mal-konsenja, kif xieraq.
Kaxxa I.11. Agħti d-dettalji kollha tal-mezz tat-trasport għall-wasla tal-konsenja: għall-inġenji tal-ajru agħti n-numru tat-titjira; għall-bastimenti l-isem tal-vapur; għall-vetturi tat-triq in-numru tar-reġistrazzjoni fin-numru tat-trejler, jekk xieraq, għall-ferroviji l-identità tal-ferrovija u n-numru tal-vagun.
Referenzi dokumentati: in-numru tal-polza tal-ajru, il-polza ta' kargu jew in-numru kummerċjali għall-ferrovija jew għall-vettura tat-triq.
Kaxxa I.12. Deskrizzjoni tal-komodità: agħti deskrizzjoni dettaljata tal-komodità (inkluż għall-għalf, it-tip ta’ għalf).
Kaxxa I.13. Kodiċi tal-komodità: uża l-kodiċi li jidentifika l-komodità kif elenkata fl-Anness I (inkluża s-suddiviżjoni TARIC, jekk applikabbli).
Kaxxa I.14. Piż gross: piż kumplessiv f’kg. Dan huwa ddefinit bħala l-massa aggregata tal-prodotti u tal-kontenituri immedjati u l-imballaġġ kollu tagħhom, imma mingħajr il-kontenituri għat-trasport u tagħmir ieħor tat-trasport.
Piż nett: il-piż tal-prodott innifsu f’kg, mingħajr l-imballaġġ. Dan huwa ddefinit bħala l-massa tal-prodotti nfushom mingħajr kontenituri immedjati jew bla ebda imballaġġ.
Kaxxa I.15. In-numru tal-pakketti.
Kaxxa I.16. Temperatura: immarka l-kaxxa li turi t-temperatura adegwata tat-trasport/tal-ħażna.
Kaxxa I.17. Tip ta’ pakketti: identifika t-tip ta’ imballaġġ tal-prodotti.
Kaxxa I.18. Komodità maħsuba għal: immarka l-kaxxa xierqa skont, jekk il-prodott huwiex maħsub għall-konsum mill-bniedem mingħajr klassifikazzjoni minn qabel jew trattament fiżiku ieħor (f’dan il-każ immarka “għall-konsum mill-bniedem”) jew huwiex maħsub għall-konsum mill-bniedem wara dan it-trattament (f’dan il-każ immarka “għall-aktar ipproċessar”), jew jekk hu maħsub bħala “għalf” (f’dan il-każ immarka “għalf”).
Kaxxa I.19. Niżżel in-numri kollha ta’ identifikazzjoni u tas-siġill tal-kontenitur fejn rilevanti.
Kaxxa I.20. Trasferiment lejn punt ta’ kontroll: Matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), il-PDD għandu jimmarka din il-kaxxa biex jippermetti t-trasferiment lejn punt ta’ kontroll ieħor.
Kaxxa I.21. Mhux applikabbli.
Kaxxa I.22. Għall-importazzjoni: din il-kaxxa għandha tiġi mmarkata jekk il-konsenja tkun maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni (Artikolu 8).
Kaxxa I.23. Mhux applikabbli.
Kaxxa I.24. Immarka l-mezz ta’ trasport adegwat.
Parti II Din il-Parti trid timtela mill-awtorità kompetenti.
Kaxxa II.1. Uża l-istess numru ta’ referenza li jidher fil-Kaxxa I.2.
Kaxxa II.2. Għall-użu tas-servizzi tad-dwana, jekk ikun meħtieġ.
Kaxxa II.3. Verifika tad-dokumenti: trid timtela għall-konsenji kollha.
Kaxxa II.4. L-awtorità kompetenti tal-PDD għandha tindika jekk il-konsenja ntgħażlitx għall-kontrolli fiżiċi, li matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1) jistgħu jsiru f’punt ta’ kontroll differenti.
Kaxxa II.5. L-awtorità kompetenti tal-PDD għandha tindika, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), wara verifika sodisfaċenti tad-dokumenti, lejn liema punt ta’ kontroll tista’ tiġi ttrasportata l-konsenja sabiex isiru l-kontrolli fiżiċi u tal-identità.
L-awtorità kompetenti tal-PDD għandha tindika wkoll jekk il-konsenja tkunx awtorizzata għat-trasport ulterjuri previst fl-Artikolu 8. It-trasport ulterjuri jista' jiġi awtorizzat biss jekk il-kontrolli tal-identità jkunu twettqu fil-PDD u jekk ir-riżultat tagħhom ikun sodisfaċenti. Il-Kaxxa II.11 għandha għalhekk timtela fl-istess waqt meta jiġi awtorizzat it-trasport ulterjuri, filwaqt li l-Kaxxa II.12 għandha timtela ladarba jkunu disponibbli r-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju.
Kaxxa II.6. Indika b'mod ċar l-azzjoni li trid tittieħed f’każ fejn il-konsenja tiġi rrifjutata minħabba r-riżultat mhux sodisfaċenti tal-verifiki tad-dokumenti. L-indirizz tal-istabbiliment ta’ destinazzjoni fil-każ ta’ “Dispaċċ mill-ġdid”, “Qerda”, “Trasformazzjoni” u “Użu għal skop ieħor” irid jiddaħħal fil-Kaxxa II.7.
Kaxxa II.7. Agħti, kif xieraq, in-numru tal-approvazzjoni u l-indirizz (jew l-isem tal-vapur u tal-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn ikun meħtieġ kontroll ulterjuri tal-konsenja, pereżempju għall-Kaxxa II.6, “Dispaċċ mill-ġdid”, “Qerda”, “Trasformazzjoni” jew “Użu għal skop ieħor”.
Kaxxa II.8. Agħmel it-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-PDD hawnhekk.
Kaxxa II.9. Firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti tal-PDD.
Kaxxa II.10. Mhux applikabbli.
Kaxxa II.11. L-awtorità kompetenti tal-PDD jew, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll, għandha tindika r-riżultati tal-kontrolli tal-identità hawnhekk.
Kaxxa II.12. L-awtorità kompetenti tal-PDD jew, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll, għandha tindika r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi hawnhekk.
Kaxxa II.13. L-awtorità kompetenti tal-PDD jew, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll, għandha tindika r-riżultati tat-test tal-laboratorju hawnhekk. Imla f’din il-kaxxa l-kategorija tas-sustanza jew tal-patoġenu li għalih sar it-test tal-laboratorju.
Kaxxa II.14. Din il-kaxxa trid tintuża għall-konsenji kollha li jridu jiġu rilaxxati fiċ-ċirkolazzjoni libera fi ħdan l-Unjoni.
Kaxxa II.15. Mhux applikabbli.
Kaxxa II.16. Indika b'mod ċ-ċar l-azzjoni li trid tittieħed f’każ fejn il-konsenja tiġi rrifjutata minħabba r-riżultat mhux sodisfaċenti tal-kontrolli fiżiċi jew tal-identità. L-indirizz tal-istabbiliment ta’ destinazzjoni fil-każ ta’ “Dispaċċ mill-ġdid”, “Qerda”, “Trasformazzjoni” u “Użu għal skop ieħor” irid jiddaħħal fil-Kaxxa II.18.
Kaxxa II.17. Ir-raġunijiet għar-rifjut: uża, kif xieraq, biex iżżid l-informazzjoni rilevanti. Immarka l-kaxxa t-tajba.
Kaxxa II.18. Agħti, kif xieraq, in-numru tal-approvazzjoni u l-indirizz (jew isem il-vapur u l-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn ikun meħtieġ kontroll ulterjuri tal-konsenja, pereżempju, għall-Kaxxa II.16, “Dispaċċ mill-ġdid”, “Qerda”, “Trasformazzjoni” jew “Użu għal skop ieħor”.
Kaxxa II.19. Imla din il-kaxxa meta jinkiser is-siġill irreġistrat oriġinarjament malli jinfetaħ il-kontenitur. Trid tinżamm lista konsolidata tas-siġilli kollha li ntużaw għal dan l-iskop.
Kaxxa II.20. Agħmel it-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-PDD hawnhekk jew, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), tal-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll.
Kaxxa II.21. Il-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti tal-PDD jew, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), tal-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll.
Parti III Din il-Parti trid timtela mill-awtorità kompetenti.
Kaxxa III.1. Dettalji dwar id-dispaċċ mill-ġdid: l-awtorità kompetenti tal-PDD jew, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll, għandha tindika l-mezz tat-trasport użat, id-dettalji tal-identifikazzjoni tiegħu, il-pajjiż ta’ destinazzjoni u d-data tad-dispaċċ mill-ġdid malli jsiru magħrufa.
Kaxxa III.2. Is-segwitu: indika l-Unità tal-Awtorità Kompetenti Lokali responsabbli, kif xieraq, għas-sorveljanza f’każ ta’ “Qerda”, “Trasformazzjoni” jew “Użu għal skop ieħor” tal-konsenja. Dik l-awtorità għandha tirrapporta r-riżultat tal-wasla tal-konsenja u l-korrispondenza tal-konsenja f’din il-kaxxa.
Kaxxa III.3. Il-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti tal-PDD jew, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-uffiċjal responsabbli għall-punt tal-kontroll, f’każ ta’ “Dispaċċ mill-ġdid”. Il-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti lokali f’każ ta’ “Qerda”, “Trasformazzjoni” jew “Użu għal skop ieħor”.
ANNESS III
PARTI 1
Noti ta’ gwida dwar id-dokument komuni tad-dħul - il-mudell 2 (CED2)
Ġenerali
Il-Parti I trid timtela mill-operatur ta’ negozju tal-ikel u tal-għalf jew mir-rappreżentant tiegħu, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.
Il-Partijiet II u III jridu jimtlew mill-awtorità kompetenti.
L-entrati speċifikati f’din il-Parti huma d-dizzjunarji tad-data għall-verżjoni elettronika tas-CED2.
Il-kopji fuq il-karta ta’ CED2 elettroniku jeħtieġ li jkollhom tikketta unika ottika li tinqara mill-magni u li twassal għall-verżjoni elettronika permezz ta’ iperlink.
Meta kaxxa tippermettilek tagħżel aktar minn alternattiva waħda, l-alternattivi li tagħżel biss ikunu jidhru fil-verżjoni elettronika tas-CED2.
Meta kaxxa ma tridx timtela bilfors, il-kontenut tagħha jiġi jidher bħala tipa ingassata.
Is-sekwenzi, id-daqs u l-forma tal-kaxxi fil-mudell tas-CED2 huma indikattivi.
Meta jkun meħtieġ timbru, l-ekwivalent elettroniku tiegħu huwa siġill elettroniku.
|
PARTI I – DESKRIZZJONI TAL-KONSENJA |
|
|
Kaxxa |
Deskrizzjoni |
|
I.1. |
Konsenjatur/Esportatur |
|
|
Indika l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna ġuridika jew fiżika (l-operatur tan-negozju tal-ikel u tal-għalf) li qed jibgħat il-konsenja. Huwa rakkomandat li jingħataw in-numri tat-telefown u tal-faks jew l-indirizz tal-posta elettronika. |
|
I.2 |
Referenza tas-CED |
|
|
Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku allokat mit-TRACES (imtenni fil-Kaxxi II.2 u III.2). |
|
I.3 |
Referenza lokali |
|
|
Agħti l-kodiċi alfanumeriku uniku allokat mill-awtorità kompetenti. |
|
I.4 |
Punt tad-dħul magħżul |
|
|
Agħżel isem il-punt tad-dħul magħżul (DPE) jew isem il-post tal-kontroll fejn rilevanti. |
|
I.5 |
Kodiċi tal-punt tad-dħul magħżul |
|
|
Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku allokat mit-TRACES lill-punt tad-dħul magħżul jew lill-post tal-kontroll, skont liema japplika. |
|
I.6 |
Destinatarju/Importatur |
|
|
Indika l-isem u l-indirizz sħiħ. Huwa rakkomandat li jingħataw in-numri tat-telefown u tal-faks jew l-indirizz tal-posta elettronika. |
|
I.7 |
Post tad-destinazzjoni |
|
|
Agħti l-indirizz destinatarju fl-Unjoni. Huwa rakkomandat li jingħataw in-numri tat-telefown u tal-faks jew l-indirizz tal-posta elettronika. |
|
I.8 |
Operatur responsabbli mill-konsenja |
|
|
Din hija l-persuna (operatur ta’ negozju tal-ikel u tal-għalf jew ir-rappreżentant tiegħu, jew il-persuna li qed tagħmel id-dikjarazzjoni f’ismu) li hija inkarigata mill-konsenja meta din titressaq fil-Punt tad-Dħul Magħżul u li tagħmel id-dikjarazzjonijiet meħtieġa lill-awtorità kompetenti fil-punt tad-dħul magħżul f’isem l-importatur. Daħħal l-isem u l-indirizz sħiħ. Huwa rakkomandat li jingħataw in-numri tat-telefown u tal-faks jew l-indirizz tal-posta elettronika. |
|
I.9 |
Dokumenti ta’ akkumpanjament |
|
|
Daħħal id-data tal-ħruġ u l-għadd ta’ dokumenti uffiċjali li qed jakkompanjaw il-konsenja, kif xieraq. Referenza tad-dokument kummerċjali: in-numru tal-polza tal-vjeġġ bl-ajru, in-numru tal-polza tal-kargu jew in-numru kummerċjali tal-ferrovija jew tal-vettura tat-triq. |
|
I.10 |
Avviż minn qabel |
|
|
Agħti d-data u l-ħin meta hija mistennija li tasal il-konsenja fil-punt tad-dħul magħżul fejn rilevanti. |
|
I.11 |
Pajjiż tal-oriġini |
|
|
Dan jirreferi għall-pajjiż terz minn fejn joriġina, jew fejn jitkabbar, jinħasad jew jiġi prodott il-prodott primarju. |
|
I.12 |
Ma japplikax |
|
I.13 |
Mezz tat-trasport |
|
|
Agħti d-dettalji kollha tal-mezzi tat-trasport tal-wasla: fil-każ tal-inġenji tal-ajru, in-numru tat-titjira; għall-bastimenti, isem il-bastiment; għall-vetturi tat-triq, in-numru tat-targa, flimkien man-numru tat-trejler fejn hu rilevanti, għall-ferroviji, l-identità tat-tren u n-numru tal-vagun. |
|
I.14 |
Pajjiż minn fejn intbagħtet il-konsenja |
|
|
Dan jirreferi għall-pajjiż terz fejn tgħabbiet il-konsenja fuq il-mezz tat-trasport finali għall-vjaġġ lejn l-Unjoni. |
|
I.15 |
Ma japplikax |
|
I.16 |
Kundizzjonijiet tat-trasport |
|
|
Agħżel it-temperatura x-xierqa għal waqt it-trasport. |
|
I.17 |
Nru tal-kontejner/tas-siġill |
|
|
Agħti n-numri tal-identifikazzjoni tas-siġilli u tal-kontejners kollha meta rilevanti. Għas-siġill uffiċjali, agħti n-numru uffiċjali tas-siġill kif indikat fiċ-ċertifikat uffiċjali u mmarka “siġill uffiċjali” jew indika xi siġill ieħor skont dak li hemm imsemmi fid-dokumenti ta’ akkumpanjament. |
|
I.18 |
Iċċertifikat bħala jew għal |
|
|
Agħżel l-użu maħsub tal-prodott primarju kif speċifikat fiċ-ċertifikat uffiċjali (fejn meħtieġ) jew fid-dokument kummerċjali. Immarka l-kaxxa rilevanti skont jekk il-prodott primarju huwiex iddestinat għall-konsum mill-bniedem mingħajr selezzjoni preċedenti jew trattament fiżiku ieħor (f’dan il-każ immarka “konsum mill-bniedem”) jew jekk ikun maħsub għall-konsum mill-bniedem wara dan it-trattament (f’dan il-każ immarka “ipproċessar ulterjuri”), jew jekk ikun maħsub għall-użu bħala “prodott tal-għalf” (f’dan il-każ immarka “prodotti tal-għalf”) jew oħrajn. |
|
I.19 |
Ma japplikax |
|
I.20 |
Għat-trasferiment lejn |
|
|
Waqt il-perjodu tranżizzjonali stipulat fl-Artikolu 19(1), il-punt tad-dħul magħżul irid jagħżel din il-kaxxa biex jippermetti t-trasferiment għal punt ta’ kontroll ieħor wara verifika tad-dokumenti sodisfaċenti fid-DPE. |
|
I.21 |
Għat-tkomplija tal-vjaġġ |
|
|
Indika l-post preferut fejn tiġi ttrasportata l-konsenja magħżula biex tgħaddi mill-verifiki tal-identità u fiżiċi jekk dan jiġi awtorizzat mid-DPE, sakemm jaslu r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi, f’konformità mal-Artikolu 8. |
|
I.22 |
Ma japplikax |
|
I.23 |
Għas-suq intern |
|
|
Immarka din il-kaxxa meta l-konsenja tkun maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni (l-Artikolu 8). |
|
I.24 |
Ma japplikax |
|
I.25 |
Ma japplikax |
|
I.26 |
Ma japplikax |
|
I.27 |
Mezz tat-trasport wara d-DPE |
|
|
Agħżel il-mezz xieraq tat-trasport fil-każ ta’ trasferiment lejn punt ta’ kontroll jew tkomplija tal-vjaġġ (ara n-nota ta’ gwida fil-Kaxxa I.13). |
|
I.28 |
Ma japplikax |
|
|
|
|
I.29 |
Ma japplikax |
|
|
|
|
I.30 |
Ma japplikax |
|
I.31 |
Deskrizzjoni tal-konsenja |
|
|
Agħti deskrizzjoni dettaljata tal-prodotti (għall-għalf dan jinkludi t-tip ta’ għalf). Uża l-kodiċi biex tidentifika l-prodotti kif elenkati fl-Anness I (inkluż, meta japplika, is-subdiviżjoni tat-TARIC). Identifika t-tip ta’ imballaġġ. |
|
I.32 |
Għadd totali ta’ pakketti |
|
|
Indika l-għadd totali ta’ pakketti fil-konsenja, meta rilevanti. |
|
I.33 |
Kwantità totali |
|
|
Indika l-għadd ta’ unitajiet jew il-volum, skont kif japplika. |
|
I.34 |
Piż nett totali/piż gross totali (f’kg) |
|
|
Piż nett: il-piż tal-prodott f’kg, mingħajr il-piż tal-pakkett. Dan huwa ddefinit bħala l-massa tal-prodotti waħedhom, mingħajr kontenituri immedjati jew imballaġġ ieħor. Piż gross: il-piż b’kollox f’kg. Dan huwa ddefinit bħala l-massa aggregata tal-prodotti u tal-kontenituri immedjati u l-imballaġġ tagħhom mingħajr il-piż tal-kontejners tat-trasport u ta’ tagħmir ieħor tat-trasport. |
|
I.35 |
Dikjarazzjoni |
|
|
Id-dikjarazzjoni trid tkun iffirmata mill-persuna fiżika responsabbli mill-konsenja: Jiena, l-operatur sottoskritt responsabbli mill-konsenja li d-dettalji tagħha ngħataw hawn fuq, niċċertifika li fl-aħjar għarfien u twemmin tiegħi, id-dikjarazzjonijiet li saru fil-Parti I ta’ dan id-dokument huma veri u sħaħ, u naċċetta li nikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar il-kontrolli uffiċjali, inkluż li nħallas għall-kontrolli uffiċjali, u għall-miżuri uffiċjali konsegwenti f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-liġi dwar l-ikel u l-għalf. |
|
PARTI II – KONTROLLI |
|
|
Kaxxa |
Deskrizzjoni |
|
II.1. |
CED preċedenti |
|
|
F’din il-kaxxa indika l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat mit-TRACES għas-CED li ntuża qabel it-trasferiment lejn post tal-kontroll jew qabel ma tkompla l-vjaġġ. |
|
II.2 |
Referenza tas-CED |
|
|
Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-Kaxxa I.2. |
|
II.3 |
Verifika tad-dokumenti |
|
|
Trid timtela għall-konsenji kollha. |
|
II.4 |
Verifika tal-identità |
|
|
L-awtorità kompetenti tal-punt tad-dħul magħżul, jew, waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-post tal-kontroll, trid tindika r-riżultati tal-verifiki tal-identità. |
|
II.5 |
Verifika fiżika |
|
|
L-awtorità kompetenti tad-DPE trid tindika jekk il-konsenja ntgħażlitx għall-verifiki fiżiċi li, waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 19(1), jistgħu jitwettqu f’post tal-kontroll differenti. L-awtorità kompetenti tad-DPE, jew, waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-post tal-kontroll, trid tindika r-riżultati tal-verifiki fiżiċi. |
|
II.6 |
Test tal-laboratorju |
|
|
L-awtorità kompetenti tad-DPE, jew, waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-post tal-kontroll, hawnhekk trid tindika r-riżultati tat-test tal-laboratorju. Imla f’din il-kaxxa l-kategorija tas-sustanza jew tal-patoġenu li sar it-test tal-laboratorju għaliha/għalih. |
|
II.7 |
Ma japplikax |
|
II.8 |
Ma japplikax |
|
II.9 |
Aċċettabbli għat-trasferiment lejn |
|
|
L-awtorità kompetenti tad-DPE trid tindika, waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 19(1), wara verifika sodisfaċenti tad-dokumenti, lejn liema post tal-kontroll tista’ tiġi ttrasportata l-konsenja biex jitwettqu l-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi. |
|
II.10 |
Aċċettabbli biex tkompli l-vjaġġ lejn |
|
|
L-awtorità kompetenti tad-DPE trid tindika jekk il-konsenja hijiex awtorizzata biex tkompli l-vjaġġ stipulat fl-Artikolu 8. It-tkomplija tal-vjaġġ tista’ tiġi awtorizzata biss jekk ikunu twettqu l-verifiki tal-identità fid-DPE u jekk ir-riżultat tagħhom ikun sodisfaċenti. Għaldaqstant, il-Kaxxa II.4 trid timtela fl-istess ħin li tiġi awtorizzata t-tkomplija tal-vjaġġ, filwaqt li l-Kaxxa II.5 trid timtela ladarba jkun disponibbli r-riżultat tat-test tal-laboratorju. |
|
II.11 |
Ma japplikax |
|
II.12 |
Aċċettabbli għas-suq intern |
|
|
Din il-kaxxa trid tintuża għall-konsenji kollha li se jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni. |
|
II.13 |
Ma japplikax |
|
II.14 |
Ma japplikax |
|
II.15 |
Ma japplikax |
|
II.16 |
Mhux aċċettabbli |
|
|
Indika b’mod ċar id-data sa meta trid tittieħed l-azzjoni fil-każ li l-konsenja ma tiġix aċċettata minħabba li r-riżultati tal-verifiki ma jkunux sodisfaċenti. |
|
II.17 |
Raġuni għar-rifjut |
|
|
Immarka l-kaxxa rilevanti. |
|
II.18 |
Dettalji tad-destinazzjonijiet ikkontrollati (II.9, II.10 u II.16) |
|
|
Agħti, skont ir-rilevanza, in-numru tal-approvazzjoni u l-indirizz (jew isem il-bastiment u l-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn hu meħtieġ aktar kontroll tal-konsenja. |
|
II.19 |
Konsenja ssiġillata mill-ġdid |
|
|
Uża din il-kaxxa meta s-siġill oriġinali rreġistrat fuq konsenja jkun tħassar mal-ftuħ tal-kontejner. Trid tinżamm lista kkonsolidata tas-siġilli kollha li jkunu ntużaw għal dan l-iskop. |
|
II.20 |
L-identifikazzjoni tad-DPE jew tal-post tal-kontroll |
|
|
Hawnhekk daħħal it-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti tad-DPE jew, waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 19(1), tal-awtorità kompetenti tal-post tal-kontroll. |
|
II.21 |
Uffiċjal li jiċċertifika |
|
|
Il-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti tad-DPE jew, waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 19(1), tal-awtorità kompetenti tal-post tal-kontroll: Jiena, l-ispettur uffiċjali tad-DPE/tal-post tal-kontroll hawn sottoskritt, niċċertifika li l-verifiki fuq din il-konsenja twettqu skont ir-rekwiżiti tal-Unjoni. |
|
II.22 |
Miżati tal-ispezzjoni |
|
|
Din il-kaxxa tista’ tintuża biex tindika l-miżati tal-ispezzjoni. |
|
II.23 |
Referenza tad-dokument tad-dwana |
|
|
Għall-użu mis-servizzi tad-dwana, jekk ikun hemm bżonn. |
|
II.24 |
CED sussegwenti |
|
|
F’din il-kaxxa indika l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat mit-TRACES għas-CED li ntuża wara t-trasferiment lejn post tal-kontroll jew wara li tkompla l-vjaġġ. |
|
PARTI III – SEGWITU |
|
|
Kaxxa |
Deskrizzjoni |
|
III.1 |
CED preċedenti |
|
Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-Kaxxa II.1. |
|
|
III.2 |
Referenza tas-CED |
|
Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-Kaxxa I.2. |
|
|
III.3 |
CED sussegwenti |
|
Indika l-kodiċi alfanumeriku ta’ CED wieħed jew iżjed indikati fil-Kaxxa II.24. |
|
|
III.4 |
Dettalji dwar l-ispedizzjoni lura |
|
L-awtorità kompetenti tad-DPE jew, waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-post tal-kontroll, trid tindika l-mezz tat-trasport li ntuża u d-dettalji tal-identifikazzjoni tiegħu, il-pajjiż tad-destinazzjoni u d-data tal-ispedizzjoni lura malli dawn ikunu magħrufa. L-indikazzjoni tal-isem tal-BIP tal-ħruġ jew tad-DPE hija fakultattiva. |
|
|
III.5 |
Segwitu |
|
Indika l-Unità tal-Awtorità Kompetenti Lokali responsabbli, kif xieraq skont il-każ, mis-superviżjoni fil-każ ta’ “Qerda”, “Trasformazzjoni” jew “Użu għal skop ieħor” tal-konsenja. Dik l-awtorità trid tirrapporta r-riżultat tal-wasla tal-konsenja u l-korrispondenza tal-konsenja f’din il-kaxxa. |
|
|
III.6 |
Uffiċjal li jiċċertifika |
|
Fil-każ ta’ “spedizzjoni lura”, dan jirreferi għall-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti tad-DPE jew, waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 19(1), tal-uffiċjal responsabbli tal-post tal-kontroll. Fil-każ ta’ “qerda”, “trasformazzjoni” jew “użu għal skop ieħor”, dan jirreferi għall-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti lokali. |
|
PARTI 2
Mudell tas-CED2