Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, is-sanzjonijiet dissważivi, effettivi u proporzjonati li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ ksur tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar diterġenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol 34, p. 48).
Dispożittiv
1) Billi ma adottax, fit-terminu previst, sanzjonijiet skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar diterġenti, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt dan l-artikolu.
2) Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.