|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5039 |
12.9.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12147 - APOLLO FUNDS / KELVION GROUP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/5039)
1.
Fl-4 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Apollo Capital Management, L.P., ikkontrollata minn Apollo Global Management, Inc. (“Apollo Funds”, l-Istati Uniti tal-Amerika) |
|
— |
Kelvion Thermal Solutions Holding GmbH u Mangrove GermanCo I GmbH (“Kelvion Group’, Germany”) |
Apollo Funds se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Kelvion Group kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Apollo Funds hija maniġer tal-assi alternattivi li toffri servizzi ta’ mmaniġġjar tal-investiment u ta’ ppjanar finanzjarju lill-investituri individwali u istituzzjonali, |
|
— |
Kelvion Group huwa fornitur globali ta’ soluzzjonijiet tal-iskambju tas-sħana u t-tkessiħ. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12147 — APOLLO FUNDS / KELVION GROUP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5039/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)