European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1447

5.12.2023

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2721 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2722 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

(C/2023/1447)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2721 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 (3) kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2722 (4), dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni, l-entitajiet u l-korpi għandhom jibqgħu fil-lista tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 u r-Regolament (UE) 2020/1998. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni, l-entitajiet u l-korpi jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għall-possibbiltà li jagħmlu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2020/1998, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill qabel il-31 ta' Lulju 2024, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex id-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, skont l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999, tal-lista tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi deżinjati.


(1)   ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.

(2)   ĠU L 2023/2721, 5.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2721/oj

(3)   ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.

(4)   ĠU L 2023/2722, 5.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2722/oj


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1447/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)