European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/90559

17.9.2024

Rettifika tar-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 330 tat-23 ta’ Diċembru 2022 )

Fil-paġna 38, l-Artikolu 46, il-paragrafu 1,

minflok:

“1.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika, sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Jannar 2026, u għandha taġġorna regolarment minn hemm ’il quddiem, linji gwida dwar:”

,

aqra:

“1   . Il-Kummissjoni għandha tippubblika, sa mhux aktar tard mit-13 ta’ Jannar 2026, u għandha taġġorna regolarment minn hemm ’il quddiem, linji gwida dwar:”

;

Fil-paġna 39, l-Artikolu 47, il-paragrafu 4,

minflok:

“4.   L-ewwel atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati sat-12 ta’ Lulju 2023.”

,

aqra:

“4.   L-ewwel atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati sat-13 ta’ Lulju 2023.”

;

Fil-paġna 42, l-Artikolu 50, il-paragrafu 2,

minflok:

“2.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 49(1) u (5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mit-12 ta’ Jannar 2025.”

,

aqra:

“2.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 49(1) u (5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mit-13 ta’ Jannar 2025.”

;

Fil-paġna 42, l-Artikolu 50, il-paragrafu 3, l-ewwel sentenza,

minflok:

“3.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 49(9) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mit-12 ta’ Jannar 2025.”

,

aqra:

“3.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 49(9) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mit-13 ta’ Jannar 2025.”

;

Fil-paġna 43, l-Artikolu 52, il-paragrafu 2,

minflok:

“2.   Sat-13 ta’ Lulju 2026 u kull tliet snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-prattika tagħha ta’ implimentazzjoni u infurzar ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 4, 5, 6 u 9, u l-livelli limiti tan-notifika stabbiliti fl-Artikolu 20(3), l-Artikolu 28(1) u (2), u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi rilevanti, fejn il-Kummissjoni tqis xieraq. Fil-kuntest tar- rieżami tagħha, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-iżviluppi fir-relazzjonijiet internazzjonali rigward is-sistemi ta’ kontroll tas-sussidji ta’ pajjiżi terzi.”

,

aqra:

“2.   Sal-14 ta’ Lulju 2026 u kull tliet snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-prattika tagħha ta’ implimentazzjoni u infurzar ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 4, 5, 6 u 9, u l-livelli limiti tan-notifika stabbiliti fl-Artikolu 20(3), l-Artikolu 28(1) u (2), u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi rilevanti, fejn il-Kummissjoni tqis xieraq. Fil-kuntest tar- rieżami tagħha, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-iżviluppi fir-relazzjonijiet internazzjonali rigward is-sistemi ta’ kontroll tas-sussidji ta’ pajjiżi terzi.”

;

Fil-paġna 43, l-Artikolu 53, il-paragrafi 1 sa 4,

minflok:

“1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal sussidji barranin mogħtija fil-ħames snin qabel it-12 ta’ Lulju 2023 fejn tali sussidji barranin ifixklu s-suq intern wara t-12 ta’ Lulju 2023.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, dan ir-Regolament għandu japplika għal kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin mogħtija fit-tliet snin qabel it-12 ta’ Lulju 2023 fejn tali kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin ikunu ngħataw lil impriża li tinnotifika konċentrazzjoni jew tinnotifika kontribuzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku skont dan ir-Regolament.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal konċentrazzjonijiet li għalihom ġie konkluż il-ftehim, tħabbret l-offerta pubblika, jew inkiseb interess ta’ kontroll qabel it-12 ta’ Lulju 2023.

4.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal kuntratti ta’ akkwist pubbliku li ngħataw jew proċeduri li nbdew qabel it-12 ta’ Lulju 2023.”

,

aqra:

“1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal sussidji barranin mogħtija fil-ħames snin qabel it-13 ta’ Lulju 2023 fejn tali sussidji barranin ifixklu s-suq intern wara t-13 ta’ Lulju 2023.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, dan ir-Regolament għandu japplika għal kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin mogħtija fit-tliet snin qabel it-13 ta’ Lulju 2023 fejn tali kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin ikunu ngħataw lil impriża li tinnotifika konċentrazzjoni jew tinnotifika kontribuzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku skont dan ir-Regolament.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal konċentrazzjonijiet li għalihom ġie konkluż il-ftehim, tħabbret l-offerta pubblika, jew inkiseb interess ta’ kontroll qabel it-13 ta’ Lulju 2023.

4.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal kuntratti ta’ akkwist pubbliku li ngħataw jew proċeduri li nbdew qabel it-13 ta’ Lulju 2023.”

;

Fil-paġna 44, l-Artikolu 54, il-paragrafi 2 sa 4,

minflok:

“2.   Huwa għandu japplika mit-12 ta’ Lulju 2023.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 47 u 48 għandhom japplikaw mill-11 ta’ Jannar 2023 u l-Artikoli 14(5), (6) u (7) għandhom japplikaw mit-12 ta’ Jannar 2024.

4.   B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 21 u 29 għandhom japplikaw mit-12 ta’ Ottubru 2023.”

,

aqra:

“2.   Huwa għandu japplika mit-13 ta’ Lulju 2023.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 47 u 48 għandhom japplikaw mit-12 ta’ Jannar 2023 u l-Artikoli 14(5), (6) u (7) għandhom japplikaw mit-13 ta’ Jannar 2024.

4.   B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 21 u 29 għandhom japplikaw mit-13 ta’ Ottubru 2023.”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2560/corrigendum/2024-09-17/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)