|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2789 |
19.5.2026 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2026/2789)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Speck Alto Adige/Südtiroler Markenspeck/Südtiroler Speck”
Numru ta’ Ref tal-UE: PGI-IT-0327-AM01 — 20.2.2026
1. Isem il-prodott
“Speck Alto Adige/Südtiroler Markenspeck/Südtiroler Speck”
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☐ |
DOP |
|
☑ |
IĠP |
|
☐ |
IĠ |
3. Settur
|
☑ |
Prodotti agrikoli |
|
☐ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
L-Italja
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Isem
Il-Ministeru għall-Agrikoltura, għas-Sovranità tal-Ikel u għall-Forestrija - id-Dipartiment għas-Sovranità tal-Ikel u għall-Isports Ekwestri
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-emendi tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-IĠP “Speck Alto Adige” ma humiex emendi tal-Unjoni peress li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143, jiġifieri dawn:
|
— |
ma jinkludux bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem; |
|
— |
ma jirriskjawx li jxejnu r-rabta maż-żona ġeografika msemmija fid-dokument uniku; u |
|
— |
ma jinvolvux restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. |
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Titolu
Emenda tal-Artikolu 4
Deskrizzjoni
Emenda 1
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, it-tielet paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 3.4 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emendi tneħħi l-kliem “u ppreservat bit-tmelliħ niexef” mis-sentenza li tirreferi għall-affumikazzjoni.
Raġuni: L-emenda hija xierqa sabiex jiġi identifikat il-pass eżatt fl-ipproċessar tal-prodott u titneħħa kwalunkwe ambigwità rigward dispożizzjonijiet sussegwenti tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott relatati mal-istadju tal-ippreservar bit-tmelliħ niexef speċifiku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 4
Deskrizzjoni
Emenda 2
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, it-tielet paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 3.4 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi “maturat” bi “ippreservar bit-tmelliħ niexef”.
Raġuni: L-emenda hija xierqa sabiex l-istadji differenti tal-ipproċessar jiġu ddefiniti b’mod iktar ċar.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 4
Deskrizzjoni
Emenda 3
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, ir-raba’ paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott; ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-perjodu massimu li matulu jseħħu t-tmelliħ u l-aromatizzazzjoni minn 4 sa 6 ijiem.
Raġuni: Iż-żieda hija meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-iskeda tax-xogħol u tal-organizzazzjoni tal-impriża, u biex tiġi evitata kwalunkwe ambigwità ħalli jiġu osservati l-iskali taż-żmien.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 4
Deskrizzjoni
Emenda 4
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, il-ħames paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott; ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tispeċifika li d-data tal-bidu tal-ipproċessar hija d-data li fiha l-laħam jiġi kkonsenjat fl-istabbiliment.
Raġuni: L-emenda tiċċara l-applikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-operaturi u għall-finijiet ta’ kontroll.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 5
Deskrizzjoni
Emenda 5
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 3, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott; ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi distinzjoni bejn it-tipi ta’ koxxa tal-majjal abbażi tal-iskop ta’ kummerċjalizzazzjoni maħsub: il-koxox maħsubin li jibqgħu sħaħ, il-koxox maħsubin biex jitqattgħu f’żewġ partijiet, il-koxox maħsubin għat-tfettit, il-koxox maħsubin biex jitqattgħu f’iktar minn żewġ partijiet.
Raġuni: L-emenda hija meħtieġa sabiex tipprovdi informazzjoni dwar il-produzzjoni speċifika għall-operaturi dwar l-ipproċessar tad-diversi tipi ta’ koxxa tal-majjal.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 5
Deskrizzjoni
Emenda 6
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 3, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott; ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tirrikjedi l-adozzjoni ta’ sistemi ta’ traċċar sabiex il-koxxa tal-majjal li tkun qed tiġi pproċessata tiġi llinkjata mad-diversi tipi previsti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Raġuni: Din l-emenda hija meħtieġa biex jiġi żgurat li l-manifatturi jipproċessaw it-tipi differenti ta’ koxxa tal-majjal b’mod korrett, sabiex jiġu ffaċilitati l-awtomonitoraġġ u l-kontrolli xierqa meta jiġu vverifikati r-rekwiżiti tal-koxox differenti għall-produzzjoni tal-IĠP “Speck Alto Adige”, f’konformità mal-proċeduri ta’ kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 5
Deskrizzjoni
Emenda 7
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 3, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott; ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tispeċifika li t-tnaqqis fil-piż minimu ta’ 35 % huwa rekwiżit għall-koxox tal-majjal maħsubin biex jibqgħu sħaħ, għall-koxox maħsubin biex jitqattgħu f’żewġ partijiet, u għall-koxox maħsubin għat-tfettit.
Raġuni: L-emenda hija meħtieġa minħabba li l-koxox tal-majjal maħsubin biex jibqgħu sħaħ, il-koxox maħsubin biex jitqattgħu f’żewġ partijiet u l-koxox maħsubin għat-tfettit ikollhom esponiment ikbar għall-arja minħabba l-forma anatomika tal-koxxa tal-majjal. Għalhekk iridu jiksbu tnaqqis fil-piż minimu ta’ 35 % sabiex jinkisbu l-karatteristiċi tal-IĠP.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 5
Deskrizzjoni
Emenda 8
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 4, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott; ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tispeċifika li, ladarba jkun inkiseb it-tnaqqis fil-piż minimu ta’ 35 % fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, jista’ jsir affinamento, forma ta’ maturazzjoni bl-użu ta’ rita tal-kisi għall-użu alimentari, għall-koxox tal-majjal maħsubin biex jibqgħu sħaħ, għall-koxox maħsubin biex jitqattgħu f’żewġ partijiet u għall-koxox maħsubin għat-tfettit.
Raġuni: L-emenda hija meħtieġa sabiex tipprovdi struzzjonijiet operazzjonali preċiżi lill-manifatturi dwar it-tipi ta’ koxxa tal-majjal li għaliha jista’ jsir l-affinamento sabiex jinkisbu l-karatteristiċi tal-IĠP.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 5
Deskrizzjoni
Emenda 9
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 4; ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi rekwiżit speċifiku għal tnaqqis fil-piż minimu ta’ 38 %, li għandu jinkiseb fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, skont il-klassijiet tal-piż differenti tal-koxox tal-majjal, għall-koxox maħsubin biex jitqattgħu f’iktar minn żewġ partijiet.
Raġuni: Ir-raġuni għal din l-emenda hija l-ħtieġa li tiġi standardizzata l-konsistenza tal-koxox tal-majjal maħsubin biex jitqattgħu f’iktar minn żewġ partijiet, billi jiġi previst tnaqqis fil-piż minimu ikbar minn għal tipi oħrajn ta’ koxxa. Dan minħabba li l-koxox tal-majjal li jitqattgħu f’iktar minn żewġ partijiet għandhom żona iktar limitata ta’ qoxra tal-majjal u kopertura tal-ġilda. Il-laħam għalhekk jirrikjedi perjodu ta’ maturazzjoni itwal.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 5
Deskrizzjoni
Emenda 10
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 4; ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tispeċifika li l-affinamento ma huwiex permess għall-koxox tal-majjal maħsubin biex jitqattgħu f’iktar mnn żewġ partijiet.
Raġuni: Din l-istipulazzjoni hija meħtieġa minħabba li t-tnaqqis fil-piż minimu ta’ 38 % jiżgura li l-karatteristiċi tal-prodott finali jinkisbu mingħajr il-ħtieġa tal-affinamento.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 5
Deskrizzjoni
Emenda 11
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, l-aħħar paragrafu; ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tneħħi r-referenza għall-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Raġuni: L-emenda hija meħtieġa minħabba l-istruttura tal-artikolu l-ġdid tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 5
Deskrizzjoni
Emenda 12
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, l-aħħar paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 3.6 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi t-terminu addizzjonali “Riserva” riżervat għall-prodott tal-IĠP li jirriżulta mil-koxox tal-majjal maħsubin biex jibqgħu sħaħ, mil-koxox maħsubin biex jitqattgħu f’żewġ partijiet u mil-koxox maħsubin għat-tfettit, bil-karatteristiċi li ġejjin: fi tmiem il-perjodu tal-ipproċessar, dawn iridu jiżnu tal-inqas 4,3 kg u jkunu ġew ippreservati bit-tmelliħ niexef għal tal-inqas 28 ġimgħa bi tnaqqis fil-piż minimu ta’ 39 %, u jridu jkollhom il-karatteristiċi msemmija fl-Artikolu 6.
Raġuni: Permezz tal-introduzzjoni tat-terminu addizzjonali “Riserva”, l-emenda tagħmilha possibbli li jiġi enfasizzat it-titjib ġenerali fil-karatteristiċi fiżiċi u sensorji assoċjati mal-kulur, mas-sawra, mat-togħma u mal-aroma li jirriżultaw mill-perjodu tal-ippreservar bit-tmelliħ niexef minimu itwal għall-koxox tal-majjal li jiżnu tal-inqas 4,3 kg. Dan iwassal għal żieda fit-tnaqqis fil-piż minimu stabbilit għal 39 % għall-koxox tal-majjal maħsubin biex jibqgħu sħaħ, għall-koxox maħsubin biex jitqattgħu f’żewġ partijiet, u għall-koxox maħsubin għat-tfettit.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 5
Deskrizzjoni
Emenda 13
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, l-aħħar paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 3.6 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tistabbilixxi li, għall-koxox tal-majjal maħsubin biex jitqattgħu f’iktar minn żewġ partijiet, jista’ jintuża t-terminu addizzjonali “Riserva” għall-koxox li jiżnu tal-inqas 4,3 kg li ġew ippreservati bit-tmelliħ niexef għal tal-inqas 28 ġimgħa skont il-klassijiet tal-piż differenti, bi tnaqqis fil-piż minimu ta’ 40 % fil-perjodi ta’ pperservar bit-tmelliħ niexef minimi korrispondenti stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, u li għandhom il-karatteristiċi msemmija fl-Artikolu 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Raġuni: Ir-rekwiżit ta’ tnaqqis fil-piż minimu ta’ 40 % għall-koxox tal-majjal fil-kategorija “Riserva” li huma maħsuba biex jitqattgħu f’iktar minn żewġ partijiet huwa xieraq minħabba li għandhom żona iktar limitata ta’ qoxra tal-majjal u kopertura tal-ġilda. Il-laħam għalhekk jirrikjedi perjodu ta’ maturazzjoni itwal. Id-differenza ta’ żewġ punti perċentwali meta mqabbel mat-tnaqqis fil-piż minimu ta’ 38 % għall-koxox tal-istess tip li ma jappartjenux għall-kategorija “Riserva” twassal għal titjib ġenerali fil-proprjetajiet fiżiċi u sensorji assoċjati mal-kulur, mas-sawra, mat-togħma u mal-aroma.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 5
Deskrizzjoni
Emenda 14
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, l-aħħar paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 3.6 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal tabella li, għall-iskopijiet tal-użu tat-terminu addizzjonali “Riserva”, il-perjodi tal-ippreservar bit-tmelliħ niexef minimi f’ġimgħat huma stabbiliti għall-klassijiet tal-piż individwali tal-koxxa tal-majjal.
Raġuni: Iż-żieda fl-għadd ta’ ġimgħat għall-ippreservar bit-tmelliħ niexef, fir-rigward tal-klassijiet tal-piż differenti tal-koxox, twassal għal żieda fit-tnaqqis fil-piż flimkien ma’ tnaqqis fil-valur “aw” medju. Dan il-parametru jiżgura konsistenza ikbar tal-prodott, minbarra stabbiltà mikrobijoloġika ikbar. Iż-żieda fl-għadd minimu ta’ ġimgħat għall-ippreservar bit-tmelliħ niexef, iż-żieda fit-tnaqqis fil-piż u t-tnaqqis fl-attività tal-ilma jwasslu għal titjib ġenerali fil-proprjetajiet fiżiċi u sensorji assoċjati mal-kulur, mas-sawra, mat-togħma u mal-aroma, kif previst fl-Artikolu 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 5
Deskrizzjoni
Emenda 15
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, l-aħħar paragrafu tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott; ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tispeċifika li l-affinamento ma huwiex permess għall-prodott maħsub biex jiġi kklassifikat bħala “Riserva”.
Raġuni: Din l-istipulazzjoni hija meħtieġa minħabba li l-perjodu tal-ippreservar bit-tmelliħ niexef itwal u t-tnaqqis fil-piż ikbar jiżguraw kontenut ta’ ndewwa iktar baxx għal dan it-tip ta’ prodott. L-affinamento għalhekk ma huwiex xieraq biex jinkisbu l-karatteristiċi tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 6
Deskrizzjoni
Emenda 16
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6, il-paragrafu 8, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 3.6 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tistabbilixxi li, għall-koxox tal-majjal maħsubin għall-produzzjoni tal-prodott li għalih jintuża t-terminu “Riserva”, il-punteġġi għad-deskritturi individwali jridu jammontaw għal tal-inqas 85 mill-100 punt totali disponibbli fil-valutazzjoni.
Raġuni: Il-punteġġ ogħla ta’ 85 mill-100 punt totali disponibbli għall-valutazzjoni għall-kategorija “Riserva” huwa relatat ma’ punti ogħla b’mod sinifikanti mogħtija għad-deskritturi sensorji pożittivi “L-iżvilupp tal-kulur aħmar”, “Is-sawra tal-laħam dgħif” u “Kulur mhux uniformi”.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 7
Deskrizzjoni
Emenda 17
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott; ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tħassar l-Artikolu 7 (Kontrolli).
Raġuni: It-tħassir huwa aġġornament meħtieġ biex l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tinġieb f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE kurrenti, peress li ma għadux obbligatorju li jiġu inklużi d-dettalji tal-korp ta’ kontroll skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2024/1143.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8
Deskrizzjoni
Emenda 18
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott; ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tibdel l-“Artikolu 8” biex isir l-“Artikolu 7”.
Raġuni: L-emenda hija meħtieġa minħabba l-istruttura tal-artikolu l-ġdid tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8
Deskrizzjoni
Emenda 19
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 1, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott; ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: Fl-Artikolu 7 tat-test il-ġdid tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, l-emenda tissostitwixxi r-referenza għat-tnaqqis fil-piż minimu ta’ 35 % bir-referenza għat-tnaqqis fil-piż minimu kif stabbilit fl-Artikolu 5, li jispeċifika li jridu jinkisbu l-karatteristiċi msemmija fl-Artikolu 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Raġuni: Din l-emenda hija meħtieġa biex jitqiesu l-piżijiet minimi differenti stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott għad-diversi tipi ta’ koxxa tal-majjal u għall-kategorija “Riserva”.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8
Deskrizzjoni
Emenda 20
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 4, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott; ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tispeċifika li l-projbizzjoni fuq l-użu ta’ termini deskrittivi oħrajn għandha tinftiehem bħala li tirreferi għal dawk li aktarx iqarrqu bil-konsumatur dwar il-karatteristiċi attwali tal-prodott.
Raġuni: L-emenda hija xierqa sabiex tippermetti li d-diversi manifatturi juru aħjar il-karatteristiċi tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8
Deskrizzjoni
Emenda 21
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 10, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott; ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi l-IĠP Alto Adige Speck” bl-“IĠP Speck Alto Adige”.
Raġuni: L-emenda tikkoreġi żball fit-test billi ddaħħal l-isem reġistrat korrett.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8
Deskrizzjoni
Emenda 22
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 10, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott; ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tistabbilixxi l-kulur tal-kliem “SÜDTIROL” billi tispeċifika l-kulur Pantone tiegħu.
Raġuni: L-emenda hija maħsuba biex tagħmel il-logo tal-IĠP iktar konsistenti mal-politiki tal-promozzjoni u tal-iżvilupp taż-żona li l-IĠP tirreferi għaliha.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8
Deskrizzjoni
Emenda 23
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 10, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 3.6 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi l-kulur aħdar tal-kelma “SÜDTIROL” bil-griż fil-mudell tal-logo tal-IĠP.
Raġuni: L-iskop ta’ din l-emenda huwa li l-logo tal-IĠP jiġi kkoordinat aħjar mal-politiki tal-promozzjoni u tal-iżvilupp taż-żona li l-IĠP tirreferi għaliha.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8
Deskrizzjoni
Emenda 24
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 11, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott; ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tnaqqas il-wisa’ minimu tal-logo tal-IĠP minn 4 cm għal 3,5 cm.
Raġuni: L-emenda hija adattament meħtieġ għall-formati l-ġodda u d-daqsijiet tal-pakketti tal-bejgħ, f’konformità mal-ħtieġa ta’ impatt ambjentali iktar baxx u, għalhekk, mal-użu mnaqqas tal-materjali tal-imballaġġ li wara jridu jintremew. Madankollu, id-daqs minimu ta’ 3,5 cm jiżgura rappreżentazzjoni ottimali tal-logo u tal-leġibbiltà tiegħu.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8
Deskrizzjoni
Emenda 25
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 12, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott; ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi r-referenza għar-Regolament (KE) Nru 1898/2006 b’referenza għar-Regolament (UE) 2024/1143, li jirrikjedi l-użu tas-simbolu tal-UE għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.
Raġuni: L-emenda hija aġġornament meħtieġ abbażi tar-regoli tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ, kif imsemmi fl-Artikolu 37(3) tar-Regolament (UE) 2024/1143.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 8
Deskrizzjoni
Emenda 26
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 14, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 3.6 tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda żżid it-terminu “Riserva” bħala wieħed mit-termini addizzjonali li jistgħu jintużaw, u torbtu mar-rekwiżiti tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 5 u mal-karatteristiċi msemmija fl-Artikolu 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Raġuni: Din l-emenda hija meħtieġa sabiex jiġi rregolat il-mod li bih jintuża t-terminu addizzjonali “Riserva” fit-tikkettar tal-prodott.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emenda tal-Artikolu 9
Deskrizzjoni
Emenda 27
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 9 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott; ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tibdel l-“Artikolu 9” biex isir l-“Artikolu 8”.
Raġuni: L-emenda hija meħtieġa minħabba l-istruttura tal-artikolu l-ġdid tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Jiddaħħal l-Artikolu 9 ġdid
Deskrizzjoni
Emenda 28
L-emenda tikkonċerna ż-żieda tal-Artikolu 9; ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.
Deskrizzjoni: Iddaħħal l-Artikolu 9 “Prova tal-oriġini” li jiddikjara li huwa meħtieġ li jiġu mmonitorjati l-partijiet kollha rreġistrati fis-sistema ta’ kontroll tal-IĠP u li jitqiegħdu taħt il-kontroll tal-korp ta’ kontroll, billi jiġu identifikati l-kategoriji tagħhom.
Raġuni: L-introduzzjoni ta’ dan l-Artikolu hija meħtieġa sabiex l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tinġieb f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ, kif previst fl-Artikolu 20 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/26.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli
“Speck Alto Adige/Südtiroler Markenspeck/Südtiroler Speck”
Numru ta’ Ref tal-UE: PGI-IT-0327-AM01 — 20.2.2026
1. Isem/Ismijiet
“Speck Alto Adige/Südtiroler Markenspeck/Südtiroler Speck”
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☐ |
DOP |
|
☑ |
IĠP |
|
☐ |
IĠ |
3. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita
L-Italja
4. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu
4.1. Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
16 — PREPARATI TA’ LAĦAM, TA’ ĦUT JEW TA’ KRUSTAĊJI, MOLLUSKI JEW INVERTEBRATI AKKWATIĊI OĦRAJN, JEW TA’ INSETTI
4.2. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu li għalih japplika l-isem reġistrat
L-i“Speck Alto Adige” (bit-Taljan), l-i“Südtiroler Markenspeck”/l-i“Südtiroler Speck” (bil-Ġermaniż) jiġi prodott mill-koxox tal-majjal mingħajr għadam immellħa u mħawra b’mod moderat, affumikati f’temperatura kiesħa f’bini speċjali b’temperatura massima ta’ 20 °C u ppreservati bit-tmelliħ niexef kif xieraq f’konformità mad-drawwiet u mat-tradizzjonijiet lokali. Għandu l-kwalitajiet organolettiċi speċifiċi tiegħu.
Meta jinħareġ għall-konsum, l-i“Speck Alto Adige”/l-i“Südtiroler Markenspeck”/l-i“Südtiroler Speck” għandu kulur kannella fuq barra, filwaqt li l-flieli tiegħu huma ħomor b’partijiet bojod jagħtu fir-roża. Għandu aroma pjaċevoli ta’ affumikazzjoni u ta’ ħwawar u togħma intensa karatteristika. Il-karatterisitiċi kimiċi, fiżikokimiċi u mikrobijoloġiċi tiegħu huma kif ġej:
Total tal-proteini ta’ 20 % jew iktar;
Proporzjon ta’ ilma għall-proteini ta’ 2,0 jew inqas;
Proporzjon ta’ xaħam għall-proteini ta’ 1,5 jew inqas;
Klorur tas-sodju ta’ 5 % jew inqas;
Nitrat tal-potassju inqas minn 150 mg/kg;
Nitrat tas-sodju inqas minn 50 mg/kg;
Kontenut ta’ mikrobi mesofiliċi f’konformità mal-istandard UNI ISO 4833 (2003);
Batterji tal-aċidu lattiku f’livell massimu ta’ 1 × 108 unitajiet li jiffurmaw kolonja/gramma (CFU/g).
4.3. Derogi dwar l-akkwist ta’ għalf (għal prodotti li joriġinaw mill-annimali deżinjati b’Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta biss) u restrizzjonijiet fuq l-akkwist ta’ materja prima (għal prodotti proċessati deżinjati b’Indikazzjoni Ġeografika Protetta biss)
-
4.4. Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika definita
L-i“Speck Alto Adige IĠP”/l-i“Südtiroler Markenspeck g.g.A.” /l-i“Südtiroler Speck g.g.A.” irid jiġi mirqum bl-użu tal-metodu tradizzjonali, bir-ramp jew le, immellaħ niexef u mħawwar, affumikat f’temperatura li ma taqbiżx 20 °C u ppreservat bit-tmelliħ niexef f’temperatura ambjentali ta’ 10 °C sa 16 °C b’livell ta’ umdità ta’ bejn 55 % u 90 %.
4.5. Regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ, it-tfettit, it-taħkik, eċċ. tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat
L-i“Speck Alto Adige”/l-i“Südtiroler Markenspeck”/l-i“Südtiroler Speck” jista’ jiġi rilaxxat għall-konsum waħdu jew ippakkjat f’vakwu jew f’atmosfera modifikata u jista’ jkun sħiħ, imqatta’ jew imfettet.
L-i“Speck Alto Adige”/l-i“Südtiroler Markenspeck”/l-i“Südtiroler Speck” jista’ jitqatta’, jitfettet u jiġi ppakkjat biss fiż-żona tal-produzzjoni identifikata fil-punt 4 sabiex jiġi żgurat li l-konsumatur finali jirċievi prodott li t-togħma karatteristika u l-aromi l-iktar delikati fih ikunu ġew ippreservati.
4.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat
L-isem tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Speck Alto Adige”/“Südtiroler Markenspeck”/“Südtiroler Speck”, ma jistax jiġi tradott f’lingwi oħrajn.
Irid jidher fuq it-tikketta b’ittri ċari u li jistgħu jinqraw li jistgħu jingħarfu b’mod ċar mill-kitba l-oħra kollha fuq it-tikketta u jrid jiġi segwit mill-frażi “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” u/jew l-abbrevjazzjoni “IĠP”, li trid tiġi tradotta fil-lingwa li biha qed jiġi kkummerċjalizzat il-prodott.
It-tikketti kollha jridu jinkludu l-logo tal-IĠP “Speck Alto Adige”/“Südtiroler Markenspeck”/“Südtiroler Speck”.
It-terminu “Riserva” jista’ jintuża fit-tikkettar, fid-deskrizzjoni u fil-preżentazzjoni tal-prodott li jirriżulta mill-koxox tal-majjal maħsubin biex jibqgħu sħaħ, mill-koxox maħsubin biex jitqattgħu f’żewġ partijiet u mill-koxox maħsbuin għat-tfettit, li, fl-aħħar tal-perjodu tal-ipproċessar, jiżnu tal-inqas 4,3 kg u jkunu ġew ippreservati bit-tmelliħ niexef għal tal-inqas 28 ġimgħa mill-bidu tal-ipproċessar, u jilħqu tnaqqis fil-piż minimu ta’ 39 % skont il-klassijiet tal-piż differenti fil-perjodi tal-ippreservar bit-tmelliħ niexef korrispondenti stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Il-koxox tal-majjal maħsubin biex jitqattgħu f’iktar minn żewġ partijiet iridu jiksbu tnaqqis fil-piż minimu ta’ 40 % sabiex jużaw it-terminu addizzjonali “Riserva”. Sabiex jintuża t-terminu addizzjonali “Riserva”, il-karatteristiċi tal-i“Speck Alto Adige IĠP”/tal-i“Südtiroler Markenspeck g.g.A.” /tal-i“Südtiroler Speck g.g.A.” huma stabbiliti u jiġu vvalutati abbażi tad-deskritturi, tar-rekwiżiti speċifiċi u tal-piżijiet fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Il-kliem addizzjonali “prodotto di montagna” jista’ jidher fuq it-tikketta meta l-produzzjoni sseħħ fiż-żoni li jinsabu tal-inqas 600 m ’il fuq mil-livell tal-baħar u għaldaqstant ġeografikament ikklassifikati bħala żoni muntanjużi.
4.7. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika
Il-koxox tal-majjal jistgħu jiġu pproċessati biss minn impriżi li jinsabu fil-provinċja awtonoma ta’ Bolzano-Alto Adige.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta kawżali mal-oriġini ġeografika hija bbażata fuq
|
☑ |
reputazzjoni |
|
☐ |
kwalità nominali |
|
☐ |
karatteristiċi oħra |
Sommarju tar-rabta
Iż-żona tal-produzzjoni tal-IĠP “Speck Alto Adige”/“Südtiroler Markenspeck” /“Südtiroler Speck” tinsab kollu kemm hi fl-għoljiet jew fil-muntanji. Minħabba l-preżenza ta’ żifef u rjieħ varjabbli li jonfħu minn bejn l-għadd kbir ta’ widien tal-Alpi, il-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona huma moderatament xotti; barra minn hekk, din tgawdi minn iktar minn 300 jum ta’ xemx fis-sena.
Barra minn hekk, din iż-żona tal-fruntiera dejjem kienet il-punt ta’ tlaqqigħ bejn il-kulturi tal-Mediterran u tal-Ewropa ċentrali, u b’hekk kien biss hawn li setgħu jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-iżvilupp ta’ metodu tal-ippreservar tal-laħam tal-majjal distintiv ħafna li jikkombina l-affumikazzjoni tipika tal-Ewropa ċentrali u l-ippreservar bit-tmelliħ niexef tal-Mediterran.
Għall-kuntrarju tal-prieżet taż-żona tal-Wied Po, l-i“Speck Alto Adige”/l-i“Südtiroler Markenspeck”/l-i“Südtiroler Speck” jiġi prodott minn koxxa tal-majjal mingħajr għadam, miftuħa u mġebbda li sussegwentement tiġi affumikata u ppreservata bit-tmelliħ niexef. L-apparenza tagħha hija kkaratterizzata mill-kulur kannella ta’ barra tagħha li jirriżulta mill-proċess tal-affumikazzjoni. Meta tinqata’, il-parti ta’ laħam dgħif hija ħamra filwaqt li l-parti tal-laħam bil-grass ikollha kulur abjad jagħti fir-roża delikat. L-i“Speck Alto Adige”/l-i“Südtiroler Markenspeck”/l-i“Südtiroler Speck” għandu l-aroma tipika ta’ laħam ippreservat bit-tmelliħ niexef, li hija kkaratterizzata minn ħjiliet ta’ affumikazzjoni pjaċevoli. It-togħma tal-laħam hija intensa għalkemm mhux mielħa.
Ir-rabta kawżali bejn l-i“Speck Alto Adige”/l-i“Südtiroler Markenspeck”/l-i“Südtiroler Speck” u ż-żona li fiha jiġi prodott hija bbażata fuq il-kundizzjonijiet mikroklimatiċi speċifiċi fl-Alto Adige, li ġew influwenzati mill-esperjenza distintiva u unika tal-enklava storika/kulturali tat-Tirol tan-Nofsinhar. Dan it-territorju tal-fruntiera ilu minn żminijiet antiki żona ta’ tranżizzjoni storika, etnika, ekonomika u kulturali bejn l-Ewropa fuq in-naħa tat-Tramuntana u n-Nofsinhar tal-Alpi, u għalhekk kien miftuħ għak kontribut mill-esperjenza taż-żewġ żoni ta’ żvilupp. Iż-żifef u l-irjieħ li jkunu ġejjin mit-Tramuntana u min-Nofsinhar tas-sistema tal-muntanji li jonfħu fl-Alto Adige u li jiltaqgħu fil-widien tagħha għamlu l-klima partikolarment xierqa għall-ippreservar bit-tmelliħ niexef tal-i“Speck Alto Adige”/tal-i“Südtiroler Markenspeck”/tal-i“Südtiroler Speck”, u ħeġġu l-istabbiliment ta’ din il-forma tal-ipproċessar tal-laħam li l-għeruq tagħha jistgħu jiġu traċċati għat-tradizzjoni Alpina tal-farms u l-irziezet tagħhom. It-teknika tal-ippreservar permezz tal-użu assertiv tal-affumikazzjoni, ta’ oriġini mit-Tramuntana, żviluppat flimkien mal-użu tal-melħ u t-tnixxif gradwali u bil-mod f’kundizzjonijiet naturali, teknika li oriġinat fil-Wied Po. Ir-riżultat huwa prodott b’togħma bilanċjata ħafna li hija iktar moderata minn tal-prieżet nejjin b’affumikazzjoni f’temperatura kiesħa tal-Ewropa tat-Tramuntana u iktar qawwija mill-prieżet ħelwin taż-żona tal-Mediterran. Huwa mmaturat b’mod perfett u arrikkit bl-aromi u bl-essenzi lokali li jinġarru kemm permezz tal-arja li tiċċirkola waqt l-ippreservar bit-tmelliħ niexef kif ukoll il-ħwawar li jintużaw matul l-istadji tal-ipproċessar inizjali. Dawn huma r-raġunijiet addizzjonali għaliex ir-reputazzjoni tal-i“Speck Alto Adige”/tal-i“Südtiroler Markenspeck”/tal-i“Südtiroler Speck” hija dik ta’ prodott li huwa simbolu taż-żona ġeografika ta’ oriġini tiegħu.
Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2789/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)