14.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/12


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.10561 – CINTRA / ABERTIS / ITINERE / BIP & DRIVE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 395/11)

1.   

Fis-7 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Cintra Infraestructuras España, S.L. (“Cintra”, Spanja), li tappartjeni għall-Grupp Ferrovial (Spanja),

—

Abertis Autopistas España, S.A. (“Abertis”, Spanja), ikkontrollata minn Atlantia S.p.A (“Atlantia”, l-Italja) u Actividad de Construcción y Servicios, S.A. (“ACS”, Spanja),

—

Itínere Infraestructuras (“Itínere”, Spanja), ikkontrollata minn Corsair Capital LLC (“Corsair”, l-Istati Uniti),

—

Bip & Drive E.D.E. S.A. (“Bip & Drive”, Spanja).

Cintra, Abertis u Itínere se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Bip & Drive.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Cintra hija attiva fil-kostruzzjoni, it-titjib, il-manutenzjoni u l-ġestjoni tat-toroq u tal-awtostradi u ġġestixxi l-konċessjonijiet tat-toroq b’pedaġġ fi Spanja. Din tappartjeni għall-Grupp Ferrovial, grupp diversifikat li jopera internazzjonalment fil-kostruzzjoni, fil-konċessjonijiet infrastrutturali, fit-telekomunikazzjoni u fis-servizzi. Il-grupp ta’ kumpaniji Cintra, immexxi minn Cintra, huwa s-sussidjarju ta’ żviluppaturi tal-infrastruttura tat-trasport ta’ Ferrovial,

—

Abertis tappartjeni għall-Grupp Abertis li jġestixxi l-infrastruttura tal-mobbiltà u tat-telekomunikazzjoni madwar id-dinja kollha. Fl-UE, Abertis hija attiva l-aktar fi Spanja u Franza, u sa ċertu punt, fl-Italja. Abertis hija kkontrollata b’mod konġunt minn Atlantia u ACS. Fl-Ewropa, Atlantia ġġestixxi l-awtostradi (Spanja u l-Portugall) u l-ajruporti (l-Italja u Franza) taħt konċessjoni u toffri servizzi ta’ mobbiltà. ACS twettaq attivitajiet ta’ kostruzzjoni, konċessjonijiet u servizzi u hija attiva fl-Ewropa, fl-Amerka u fl-Asja,

—

Itínere ġġestixxi l-konċessjonijiet tal-awtostradi fi Spanja. Hija kkontrollata minn Corsair, ditta ta’ investiment iffukata fuq kumpaniji tal-infrastruttura li qed jikbru fl-Amerika ta’ Fuq u fl-Ewropa. Minbarra Itínere, Corsair ma għandha l-ebda attività oħra fi Spanja,

—

BIP &Drive hija distributur ta’ apparat elettroniku għall-ħlas ta’ pedaġġ għall-awtostradi Spanjoli, speċjalment tagħmir abbord.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10561 – CINTRA / ABERTIS / ITINERE / BIP & DRIVE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir- “Regolament dwar l-Għaqdiet”).