32000D0084



Official Journal L 026 , 02/02/2000 P. 0018 - 0020


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-21 ta’ Diċembru 1999

li temenda d-Deċizjoni 1999/276/KE li tippreskrivi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u l-akwakultura li joriġinaw mill-Mauritius

(notifikata bid-dokument numru C(1999) 4755)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2000/84/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet ta’ saħħa għall-produzzjoni u t-tqeghid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha,

Billi:

(1) l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/276/KE tat-23 ta’ April 1999 li tippreskrivi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u l-akwakultura li joriġinaw mil-Mauritius [3], tgħid illi "Servizzi Uffiċjali Veterinarji (SUV) tal-Ministeru ta’ l-Agrikoltura, Sajd u Kooperattivi" għandha tkun l-awtorità kompetenti fil-Mauritius sabiex tivverifika u tiċċertifika l-konformità ta’ prodotti tas-sajd u l-akwakultura mar-rekwiziti tad-Direttiva 91/493/KEE;

(2) wara ristrutturar fl-amministrazzjoni tal-Mauritius, l-awtorità kompetenti dwar iċ-ċertifikati ta’ saħħa għal prodotti tas-sajd (SUV) tbiddlet għal Diviżjoni tas-Servizzi Veterinarji (DSV) tal-Ministeru ta’ l-Agrikoltura, Teknoloġija ta’ l-Ikel u Riżorsi Naturali. Din l-awtorità ġdida hija kapaċi li tivverifika b’mod effettiv l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ. Huwa għaldaqstant neċessarju li tkun modifikata n-nomina ta’ l-awtorità kompetenti fid-Deċizjoni 1999/276/KE u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa inkluż fl-Anness A ta’ din id-Deċizjoni;

(3) il-mizuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 1999/276/KE għandha tkun modifikata kif ġej:

1. L-Artikolu 1 għandu jkun sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 1

Id-Diviżjoni tas-Servizzi Veterinarji (DSV) tal-Ministeru ta’ l-Agrikoltura, Teknoloġija ta’ l-Ikel u Rizorsi Naturali ghandha tkun l-awtorità kompetenti fil-Mauritius sabiex tivverifika u tiċċertifika l-konformità ta’ prodotti tas-sajd u l-akwakultura mar-rekwiziti tad-Direttiva 91/493/KEE."

2. Il-punt 2 ta’ l-Artikolu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"2. Iċ-Ċertifikati għandhom juru l-isem, kariga u firma tar-rappreżentant tad-DSV u t-timbru uffiċjali ta’ dan ta’ l-aħħar f’kulur differenti minn dak ta’ endorsjar iehor."

3. L-Anness A għandu jiġi sostitwit bl-Anness ma’ dan.

Artikolu 2

Din id-Deċizjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1999.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] ĠU L 108, tas-27.4.1999, p. 52.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------