<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-303/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0303</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:479">EU:C:2021:479</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20210610">10.6.2021</DATE> – Kawża C‑303/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Ultimo Portfolio Investment (Luxembourg)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20210610">10 ta’ Ġunju 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumatur</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/48/KE</KEYWORD><KEYWORD>Riskju ta’ dejn eċċessiv</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ verifika tal-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur min-naħa tal-kreditur</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 23</KEYWORD><KEYWORD>Natura effettiva, proporzjonata u dissważiva tas-sanzjoni fil-każ ta’ ksur ta’ dan l-obbligu</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑303/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis‑Sąd Rejonowy w Opatowie I Wydział Cywilny (il-Qorti Distrettwali ta’ Opatów, l-Ewwel Sezzjoni Ċivili, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20190927">27 ta’ Settembru 2019</DATE>, li waslet il-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20200708">8 ta’ Lulju 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ultimo Portfolio Investment (Luxembourg) SA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">KM,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Prokuratura Okręgowa w Kielcach,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, C. Toader (Relatur) u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Ultimo Portfolio Investment (Luxembourg) SA, minn W. Kołosza, radca prawny,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Goddin u A. Szmytkowska, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 8 u 23 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE> dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="133" PAGE.FIRST="66" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 133, p. 66</REF.DOC.OJ>, u r-rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="207" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 207, p. 14</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="199" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 199, p. 40</REF.DOC.OJ>, u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="234" PAGE.FIRST="46" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 234, p. 46</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Ultimo Portfolio Investment (Luxembourg) SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Ultimo Portfolio Investment<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), ċessjonarju ta’ Aasa Polska SA, u KM, persuna fiżika, fir-rigward tal-ħlas ta’ kreditu li jirriżulta minn ftehim ta’ kreditu għall-konsum.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 26 u 47 tad-Direttiva 2008/48 jiddikjaraw:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(26)</NO.P><TXT>[…] Fis-suq ta’ kreditu li qed jikber huwa, b’mod partikolari, importanti li l-kredituri jiddeżistu milli a jimpenjaw ruħhom f’self irresponsabbli jew jagħtu kreditu qabel ma jivvalutaw l-affidabbilità finanzjarja, u l-Istati Membri għandhom jwettqu s-superviżjoni meħtieġa biex tiġi evitata tali mġieba u għandhom jiddeterminaw il-mezzi meħtieġa biex jissanzjonaw lil kredituri fil-każ fejn dan jiġri. […] [I]l-kredituri għandhom iġorru ir-responsabbiltà li jivverifikaw individwalment is-solvibbiltà tal-konsumatur. Għal dan il-għan huma għandhom ikunu permessi li jużaw informazzjoni provduta mill-konsumatur mhux biss matul it-tħejjija tal-ftehim ta’ kreditu konċernat, iżda anki matul relazzjoni kummerċjali li tkun ilha teżisti. L-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu wkoll struzzjonijiet u linji gwida adatti lill-kredituri. Il-konsumaturi għandhom jaġixxu wkoll bi prudenza u jirrispettaw l-obbligi kuntrattwali tagħhom.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(47)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjoniali adottati f’konformità ma’ din id-Direttiva u jiżguraw li jiġu implimentati. Filwaqt li l-għażla tal-penali tibqa’ fid-diskrezzjoni ta’ l-Istati Membri, il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Obbligu li tiġi vvalutata l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu, il-kreditur jivvaluta l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur abbażi ta’ informazzjoni suffiċjenti, fejn ikun il-każ miksuba<?PAGE NO="3"?> mill-konsumatur u, fejn ikun meħtieġ, abbażi ta’ konsultazzjoni tad-database rilevanti. L-Istati Membri fejn il-leġiżlazzjoni fil-preżent diġà tirrikjedi li l-kredituri jivvalutaw l-affidabilità finanzjarja tal-konsumaturi fuq il-bażi ta’ konsultazzjoni tad-database rilevanti jistgħu jżommu dan ir-rekwiżit.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Penali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-ustawa o kredycie konsumenckim (il-Liġi dwar il-Kreditu għall-Konsum, tat‑<DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE> (Dz. U. tal-2011, Nru 126, pożizzjoni 715), ittrasponiet id-Direttiva 2008/48 fid-dritt Pollakk. L-Artikolu 9 ta’ din il-liġi, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Liġi dwar il-Kreditu għall-Konsum<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Qabel ma jikkonkludi l-ftehim ta’ kreditu, il-kreditur għandu jevalwa l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-affidabbiltà finanzjarja hija evalwata fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-konsumatur jew fuq il-bażi tal-informazzjoni estratta mill-bażijiet ta’ data rilevanti jew mit-tagħrif għad-dispożizzjoni tal-kreditur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-konsumatur għandu jissottometti, fuq talba tal-kreditur, id-dokumenti u l-informazzjoni neċessarja għall-evalwazzjoni tal-affidabbiltà finanzjarja tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-kreditur ikun bank jew istituzzjoni oħra legalment awtorizzata li tagħti self, l-evalwazzjoni tal-affidabbiltà finanzjarja ssir konformement mal-Artikolu 70 tal-Liġi tad‑<DATE ISO="19970829">29 ta’ Awwissu 1997</DATE> dwar id-dritt bankarju u r-regoli l-oħra applikabbli għal dawn l-entitajiet, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-paragrafi 1 sa 3.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tal-ustawa – Kodeks Wykroczeń (il-Liġi dwar l-Adozzjoni tal-Kodiċi tal-Kontravenzjonijiet) tal‑<DATE ISO="19710520">20 ta’ Mejju 1971</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Kodiċi ta’ Kontravenzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) jiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-multa hija ta’ bejn 20 sa <FT TYPE="NUMBER">5000</FT> zloty [Pollakk (PLN)], sakemm il-liġi ma tipprovdix mod ieħor.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta piena ta’ detenzjoni tissanzjona kontravenzjoni mwettqa bil-għan li jinkiseb gwadann patrimonjali, din tkun akkumpanjata minn multa sakemm l-impożizzjoni ta’ multa ma tkunx xierqa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-multa hija ffissata billi jittieħed inkunsiderazzjoni d-dħul tal-awtur, is-sitwazzjoni personali u familjari tiegħu, is-sitwazzjoni patrimonjali tiegħu u l-prospetti ta’ dħul tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 45(1) ta’ dan il-kodiċi, il-ksur huwa preskritt sena wara li jkun twettaq u meta tkun inbdiet proċedura matul dan il-perijodu, il-ksur jiġi preskritt b’sentejn minn tmiem dan il-perijodu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 183c tal-imsemmi kodiċi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="138C.001A"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1a.</NO.PARAG><ALINEA>Kull min jikkonkludi ftehim ta’ kreditu għall-konsum ma’ konsumatur mingħajr ma josserva l-obbligu li tiġi evalwata l-affidabbiltà finanzjarja jeħel l-istess sanzjoni (multa).</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="138C.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-professjonist ikun entità li ma hijiex persuna fiżika, ir-responsabbiltà prevista fil-paragrafi 1 sa 3 taqa’ fuq id-direttur tiegħu jew fuq il-persuna li għandha s-setgħa tikkonkludi ftehimiet mal-konsumaturi.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 5 tal-Ustawa – Kodeks cywilny (il-Liġi li Tintroduċi l-Kodiċi Ċivili) tat‑<DATE ISO="19640423">23 ta’ April 1964</DATE>, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, qorti ċivili tista’, fuq talba ta’ parti jew <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, tiċħad it-talbiet tar-rikorrent billi tinvoka d-dispożizzjoni li tissanzjona l-abbuż ta’ dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 320 tal-Ustawa – Kodeks postępowania cywilnego (il-Liġi dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili) tas-<DATE ISO="19641117">17 ta’ Novembru 1964</DATE>, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Fil-każijiet partikolarment iġġustifikati, il-qorti tista’ tiddeċiedi t-tqassim f’diversi partijiet tal-eżekuzzjoni tal-provvista ta’ servizz ordnat u, fil-każ ta’ kunsinna ta’ proprjetà immobbli jew ta’ evakwazzjoni ta’ bini, tiffissa data xierqa għall-eżekuzzjoni ta’ din il-provvista ta’ servizz.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mit-talba għal deċiżjoni preliminari, fit‑<DATE ISO="20180523">23 ta’ Mejju 2018</DATE>, Aasa Polska, stabbilita f’Varsavja (il-Polonja), u KM ikkonkludew ftehim ta’ kreditu għall-konsum. L-ammont ta’ dan il-kreditu kien ta’ PLN <FT TYPE="NUMBER">5000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">1080</FT>) u l-ammont totali li kellu jiġi rrimborsat kien jammonta għal PLN 8 626.58 (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">1862</FT>). Din is-somma kienet komposta mill-kapital misluf, mill-interessi għall-perijodu kollu ta’ validità tal-ftehim, li kienet tammonta għal PLN 536.58 (madwar EUR 115), mill-ispejjeż għall-ipproċessar tal-fajl, li jammontaw għal PLN <FT TYPE="NUMBER">2490</FT> (madwar EUR 537), u minn spejjeż amministrattivi li jammontaw għal PLN 600 (madwar EUR 130). Dan is-self kellu jiġi rrimborsat f’24 pagament li kienu jammontaw għal PLN 408 (madwar EUR 88) bejn it‑<DATE ISO="20180622">22 ta’ Ġunju 2018</DATE> u t‑<DATE ISO="20200522">22 ta’ Mejju 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-kreditu li jirriżulta minn dan il-ftehim ġie ċedut minn Aasa Polska lil Ultimo Portfolio Investment, li s-sede tagħha tinsab fil-Lussemburgu (il-Lussemburgu).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fid-data tal-konklużjoni tal-imsemmi ftehim, KM kienet debitriċi tad-dejn li rriżulta minn 23 ftehim ta’ kreditu u ta’ self, li jammontaw għal PLN <FT TYPE="NUMBER">261850</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">56500</FT>), fejn l-ammont totali tal-pagamenti ta’ kull xahar li jirriżultaw minn dawn id-debiti kien ta’ PLN <FT TYPE="NUMBER">8198</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">1770</FT>), u l-konjuġi tagħha kienet ukoll debitur tad-dejn li jirriżulta minn 24 ftehim ta’ kreditu u ta’ self. Id-dejn li rriżulta minn dawn il-ftehimiet kollha laħaq is-somma ta’ PLN <FT TYPE="NUMBER">457830</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">98840</FT>) u l-pagamenti ta’ kull xahar korrispondenti kienu jammontaw għal PLN 9 974.35 (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">2153</FT>). F’din l-istess data, KM kienet impjegata bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ xogħol u kienet tirċievi salarju ta’ PLN <FT TYPE="NUMBER">2300</FT> nett (madwar EUR 500). Il-konjuġi tagħha, li, minħabba raġunijiet ta’ saħħa, ma kienx jaħdem, ma kien jirċievi ebda dħul.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Is-Sąd Rejonowy w Opatowie I Wydział Cywilny (il-Qorti Distrettwali ta’ Opatów, l-Ewwel Sezzjoni Ċivili, il-Polonja), adita fl‑<DATE ISO="20190404">4 ta’ April 2019</DATE> minn Ultimo Portfolio Investment, ċessjonarja ta’ dejn ta’ PLN 7 139.76 (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">1540</FT>), flimkien mal-interessi legali, tindika li l-ftehim inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġie konkluż permezz ta’ intermedjarju tal-kreditu u li, qabel il-konklużjoni ta’ dan il-ftehim, Aasa Polska la vverifikat is-sitwazzjoni patrimonjali ta’ KM u lanqas ma vverifikat l-ammont tad-dejn ta’ din tal-aħħar, fejn, matul il-laqgħa qabel il-konklużjoni tal-imsemmi ftehim, ma saret ebda mistoqsija dwar din is-sitwazzjoni lanqas fir-rigward tal-ammont ta’ dħul u ta’ dejn tal-unità domestika kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, din il-qorti tesponi li, għalkemm fl‑<DATE ISO="20190614">14 ta’ Ġunju 2019</DATE> hija ordnat lil Ultimo Portfolio Investment tipprovdilha elementi addizzjonali dwar l-azzjonijiet meħuda mill-kreditur sabiex tevalwa l-affidabbiltà finanzjarja ta’ KM, ebda informazzjoni ma ġiet ikkomunikata lilha dwar dan is-suġġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesponi li, skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/48 l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu, il-kreditur jivvaluta l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur fuq il-bażi ta’ ammont suffiċjenti ta’ informazzjoni, jekk ikun il-każ, ipprovduta minn dan tal-aħħar u, fejn ikun meħtieġ, billi jikkonsulta l-bażi ta’ data xierqa. Barra minn hekk, bis-saħħa tal-Artikolu 23 ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri għandhom jadottaw sistema ta’ sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi f’każ ta’ ksur ta’ dan l-obbligu, billi jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li dawn jiġu applikati. Issa, skont din il-qorti, id-dritt Pollakk fis-seħħ ma jiggarantixxix l-osservanza ta’ dawn ir-rekwiżiti imposti mill-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Għalhekk, l-imsemmija qorti tirrileva li l-Artikolu 138c (1a) u (4) tal-Kodiċi tal-Kontravenzjonijiet jissanzjona n-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li tiġi eżaminata s-solvenza tal-konsumatur biss bl-impożizzjoni tal-multa prevista fl-Artikolu 24 ta’ dan il-kodiċi. Barra minn hekk, bis-saħħa tal-Artikolu 45 ta’ dan il-kodiċi, din il-multa tiġi preskritta malajr. Hija tindika wkoll li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tipprevedix ir-responsabbiltà ta’ dawk li jsellfu bħala persuni ġuridiċi li jkunu kkonkludew ftehimiet ta’ self, iżda biss dik ta’ persuni fiżiċi, bħall-amministratur jew il-persuna awtorizzata mill-kreditur biex tikkonkludi ftehim mal-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk is-sanzjoni prevista mill-Kodiċi ta’ Kontravenzjonijiet tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti mid-Direttiva 2008/48, u tesprimi dubji dwar in-natura effettiva, proporzjonata u dissważiva ta’ din is-sanzjoni fil-każ ta’ ksur tal-obbligu ta’ verifika mill-kreditur tal-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Sąd Rejonowy w Opatowie I Wydział Cywilny (il-Qorti Distrettwali ta’ Opatów, l-Ewwel Sezzjoni Ċivili) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Is-sanzjoni għar-responsabbiltà għal kontravvenzjonijiet prevista fl-Artikolu 138c (1[a]) tal-[Kodiċi tal-Kontravenzjonijiet]) għan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu tal-evalwazzjoni tal-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur previst fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva [2008/48] tikkostitwixxi implimentazzjoni xierqa u suffiċjenti tar-rekwiżit ta’ stabbiliment fid-dritt nazzjonali ta’ sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi għall-ksur, min-naħa tal-kreditur, tal-obbligu ta’ evalwazzjoni tal-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur impost fuq Stat Membru permezz tal-Artikolu 23 [tal-istess direttiva]?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Ultimo Portfolio Investment u l-Gvern Pollakk jikkunsidraw essenzjalment, prinċipalment, li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija inammissibbli, peress li l-qorti tar-rinviju, li hija qorti ċivili, adita b’tilwima f’materji ċivili, ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi, jekk ikun il-każ, piena ta’ multa kontra kreditur professjonali bis-saħħa il-Kodiċi tal-Kontravenzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn din tal-aħħar u l-qrati nazzjonali taħt l-Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti nazzjonali adita bil-kawża u li għandha tassumi r-responsabbiltà għad-deċiżjoni ġudizzjarja li tkun ser tingħata, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, peress li d-domandi magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta li tiddeċiedi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali li hija tiddefinixxi taħt ir-responsabbiltà tagħha, kuntest li ma huwiex id-dmir tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika l-eżattezza tiegħu, igawdu minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Iċ-ċaħda mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali hija possibbli biss jekk jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma jkollha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140910">10 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kušionová</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑34/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2189">EU:C:2014:2189</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Hawnhekk, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar is-sens u l-portata ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, f’dan il-każ l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48, li tiegħu hija titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdilha interpretazzjoni. Il-qorti tar-rinviju, b’mod suffiċjenti u bi preċiżjoni, esponiet iċ-ċirkustanzi ta’ fatt li wasslu għall-kawża prinċipali kif ukoll il-kuntest ġuridiku tal-kawża prinċipali li minnu jirriżulta li d-domanda magħmula ma hijiex ta’ natura ipotetika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm Ultimo Portfolio Investment u l-Gvern Pollakk isostnu b’mod partikolari li, skont ir-regoli ta’ proċedura Pollakki, qorti ċivili li tiddeċiedi fuq kawża ċivili ma tistax tapplika s-sanzjonijiet previsti mill-Kodiċi tal-Kontravenzjonijiet u li s-sanzjoni stabbilita fl-Artikolu 138c (1a) ta’ dan il-kodiċi tista’ tiġi deċiża biss minn qorti kriminali, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari, għandha biss is-setgħa li tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ test tal-qorti tal-Unjoni Ewropea, minn fatti li huma indikati lilha mill-qorti nazzjonali. Min-naħa l-oħra, hija esklużivament il-qorti tar-rinviju li għandha tinterpreta l-leġiżlazzjoni nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210311">11 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Firma Z</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑802/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:195">EU:C:2021:195</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-eżami tan-natura effettiva, proporzjonata u dissważiva tas-sanzjonijiet preskritti f’dan l-artikolu, f’każ, b’mod partikolari, ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li tiġi eżaminata l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur, previst fl-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, għandu jitwettaq billi tittieħed inkunsiderazzjoni biss id-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali speċifikament adottata fl-okkażjoni tat-traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/48, jirriżulta li, qabel il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kreditu, il-kreditur huwa obbligat li jevalwa l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur, fejn dan l-obbligu jista’ jinkludi, jekk ikun il-każ, il-konsultazzjoni tal-bażijiet ta’ data rilevanti. Dan l-obbligu huwa intiż ukoll li jirresponsabbilizza lill-kreditur u li jevita li jagħti kreditu lil konsumaturi li ma humiex finanzjarjament affidabbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>CA Consumer Finance</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑449/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2464">EU:C:2014:2464</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190606">6 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Schyns</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑58/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:467">EU:C:2019:467</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200305">5 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>OPR‑Finance</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑679/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:167">EU:C:2020:167</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Sa fejn huwa intiż li jipproteġi lill-konsumaturi mir-riskji ta’ dejn eċċessiv u ta’ insolvenza, dan l-obbligu huwa, għal dawn il-konsumaturi, ta’ importanza fundamentali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190606">6 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Schyns</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑58/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:467">EU:C:2019:467</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200305">5 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>OPR‑Finance</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑679/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:167">EU:C:2020:167</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 ta’ din id-direttiva jipprevedi, minn naħa, li s-sistema ta’ sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva għandha tiġi ddefinita b’mod li s-sanzjonijiet ikunu effettivi, proporzjonati kif ukoll dissważivi u, min-naħa l-oħra, li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha li huma neċessarji sabiex jiżguraw li dawn jiġu applikati. F’dawn il-limiti, l-għażla tal-imsemmija sistema ta’ sanzjonijiet titħalla għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140910">10 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kušionová</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑34/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2189">EU:C:2014:2189</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200305">5 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>OPR‑Finance</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑679/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:167">EU:C:2020:167</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minkejja li d-domandi tal-qorti tar-rinviju jirrigwardaw, f’dan il-każ, l-unika sanzjoni li tirriżulta mill-Artikoli 24 u 138c tal-Kodiċi tal-Kontravenzjonijiet ikkunsidrati flimkien, mill-osservazzjonijiet bil-miktub sottomessi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta, bla ħsara għal konferma mill-qorti tar-rinviju li d-dritt Pollakk jipprevedi ċertu numru ta’ sanzjonijiet oħra, b’mod partikolari sanzjonijiet ċivili, li l-qrati nazzjonali jistgħu jiddeċiedu f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li tiġi vverifikata l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għalkemm huwa minnu li multa tista’ tikkostitwixxi sanzjoni dissważiva, id-dgħufija tal-<HT TYPE="ITALIC">quantum</HT> tagħha tista’ madankollu tirrendi din is-sanzjoni insuffiċjenti. Bl-istess mod, il-fatt li l-persuni fiżiċi biss huma suġġetti għal tali sanzjoni jista’ juri nuqqasijiet tal-leġiżlazzjoni kkonċernata (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200304">4 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Bank BGŻ BNP Paribas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑183/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:153">EU:C:2020:153</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Barra minn hekk, sabiex sanzjoni tkun effettiva u dissważiva, huwa importanti li dawk li wettqu l-ksur jiġu mċaħħda mill-vantaġġi ekonomiċi li jirriżultaw mill-ksur li wettqu (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210211">11 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>K. M. (Sanzjonijiet imposti fuq il-kaptan tal-bastiment)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑77/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:112">EU:C:2021:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fl-aħħar nett, u fuq kollox, tali sanzjoni ma hijiex ta’ natura li tiżgura b’mod suffiċjentement effettiv il-protezzjoni tal-konsumaturi kontra r-riskji ta’ dejn eċċessiv u ta’ insolvenza li<?PAGE NO="8"?> d-Direttiva 2008/48 tixtieq li tikseb, jekk din ma jkollhiex effett fuq is-sitwazzjoni ta’ konsumatur li lilu jkun ingħata kreditu bi ksur tal-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200305">5 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>OPR‑Finance</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑679/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:167">EU:C:2020:167</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fit-tieni lok, jeħtieġ li jitfakkar li, bis-saħħa tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, id-direttiva, filwaqt li torbot lil kull Stat Membru destinatarju fir-rigward tar-riżultat li għandu jintlaħaq, tħalli f’idejn il-qrati nazzjonali l-kompetenza fir-rigward tal-forma u tal-mezzi (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Radlinger u Radingerová</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑377/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:283">EU:C:2016:283</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>B’hekk, it-traspożizzjoni ta’ direttiva ma tirrikjedix neċessarjament azzjoni leġiżlattiva f’kull Stat Membru. B’mod partikolari, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-eżistenza ta’ prinċipji ġenerali jew ta’ regoli ġenerali tista’ tirrendi superfluwa t-traspożizzjoni permezz ta’ miżuri leġiżlattivi jew regolatorji addizzjonali speċifiċi, bil-kundizzjoni, madankollu, li dawn il-prinċipji effettivament jiggarantixxu effettivament l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-direttiva u li, fil-każ fejn id-dispożizzjoni inkwistjoni tal-imsemmija direttiva tkun intiża li toħloq drittijiet għall-individwi, is-sitwazzjoni legali li tirriżulta minn dawn il-prinċipji tkun suffiċjentement preċiża u ċara, u li l-benefiċjarji jingħataw il-possibbiltà li jkunu jafu d-drittijiet kollha tagħhom kif ukoll, jekk ikun il-każ, li jinvokawhom quddiem il-qrati nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091203">3 ta’ Diċembru 2009</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Belġju</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑475/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:751">EU:C:2009:751</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li sabiex jiġi ddeterminat jekk leġiżlazzjoni nazzjonali timplimentax b’mod suffiċjenti l-obbligi li jirriżultaw minn direttiva speċifika, ma għandhiex tittieħed inkunsiderazzjoni biss il-leġiżlazzjoni adottata speċifikament għall-finijiet tat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva iżda għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll ir-regoli ġuridiċi kollha disponibbli u applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>B’hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li għalkemm l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48 jirrikjedi li s-sanzjonijiet ikunu dissważivi, il-qrati għandhom ukoll igawdu minn setgħa diskrezzjonali li tippermettilhom jagħżlu, skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, il-miżura proporzjonata għall-gravità tan-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu kkonstatat (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Home Credit Slovakia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑42/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:842">EU:C:2016:842</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200305">5 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>OPR‑Finance</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑679/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:167">EU:C:2020:167</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għaldaqstant il-qrati nazzjonali għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni r-regoli kollha tad-dritt nazzjonali u jinterpretawhom, kull fejn huwa possibbli, fid-dawl tal-formulazzjoni u tal-għan ta’ din id-direttiva, sabiex jiksbu riżultat kompatibbli mal-għanijiet li din tixtieq tilħaq (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>LCL Le Crédit Lyonnais</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑565/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:190">EU:C:2014:190</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200305">5 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>OPR‑Finance</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑679/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:167">EU:C:2020:167</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li l-leġiżlatur nazzjonali, bħal f’dan il-każ, ippreveda, sabiex jissanzjona ksur tal-obbligu li tiġi vverifikata l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur, minbarra sanzjoni mdaħħla fil-Kodiċi tal-Kontravenzjonijiet, sanzjonijiet ta’ dritt ċivili li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-konsumatur ikkonċernat, dawn is-sanzjonijiet għandhom, fid-dawl tal-importanza partikolari mogħtija mid-Direttiva 2008/48 lill-protezzjoni tal-konsumaturi, jiġu implimentati b’osservanza tal-prinċipju ta’ effettività (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200305">5 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>OPR‑Finance</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑679/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:167">EU:C:2020:167</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, u bla ħsara għall-verifiki li l-qorti tar-rinviju għandha twettaq, jirriżulta li fost id-dispożizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali hemm ir-revoka tad-dritt għall-interessi, it-tqassim tal-eżekuzzjoni tal-ftehim f’partijiet li ma jipproduċux interessi u n-nullità ta’ ċerti klawżoli fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal‑<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE> dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288), jew id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE> dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 149, p. 22</REF.DOC.OJ>, u r-rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="114" PAGE.FIRST="86" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 114, p. 86</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Qabel kollox, fir-rigward tar-revoka tad-dritt għall-interessi, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li dan it-tip ta’ sanzjoni, previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, għandu jitqies li huwa proporzjonat, fis-sens tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48, f’dak li jirrigwarda l-każijiet ta’ ksur, mill-kreditur, ta’ obbligu li għandu importanza essenzjali fil-kuntest ta’ din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Home Credit Slovakia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑42/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:842">EU:C:2016:842</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Issa, kif ġie rrilevat fil-punti 29 u 30 ta’ din is-sentenza, l-obbligu li tiġi vverifikata l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur, previst fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/48, għandu tali importanza essenzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Sussegwentement, għal dak li jirrigwarda t-tqassim tal-eżekuzzjoni tal-ftehim, dan jista’ jippermetti li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tal-konsumatur u li jiġi evitat li dan tal-aħħar jiġi espost għal konsegwenzi partikolarment dannużi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190326">26 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Abanca Corporación Bancaria u Bankia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑70/17 u C‑179/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:250">EU:C:2019:250</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, sabiex tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48, il-qorti tar-rinviju tista’ tipproċedi b’applikazzjoni konġunta tagħha mad-Direttiva 93/13, biex twassal, jekk ikun il-każ, għall-konklużjoni li l-klawżoli dwar l-ispejjeż eċċessivi ma jorbtux lill-konsumatur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Profi Credit Polska</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑84/19, C‑222/19 u C‑252/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:631">EU:C:2020:631</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>B’dan il-mod, hija għandha tivverifika jekk l-applikazzjoni tas-sanzjoni prevista mid-Direttiva 93/13 hijiex inqas vantaġġuża għall-konsumatur minn sempliċi sanzjoni tar-revoka tad-dritt għall-interessi, prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali b’eżekuzzjoni tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48 (ara, f’dan is-sens, id-digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101116">16 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Pohotovosť</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑76/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:685">EU:C:2010:685</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fl-istess sens, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-konstatazzjoni tan-natura żleali ta’ prattika kummerċjali, fis-sens tad-Direttiva 2005/29, tikkostitwixxi element fost oħrajn li fuqu l-qorti kompetenti tista’ tibbaża l-evalwazzjoni tagħha tan-natura inġusta, fis-sens tad-Direttiva 93/13, tal-klawżoli tal-kuntratt relatati ma’ din il-prattika li jinsabu fil-kuntratt li jorbot lill-professjonist mal-konsumatur (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Pereničová u Perenič</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑453/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:144">EU:C:2012:144</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll ta’ dik odjerna, BNP Paribas Personal Finance, C‑776/19 sa C‑782/19, punt 76).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżami tan-natura effettiva, proporzjonata u dissważiva tas-sanzjonijiet previsti f’din id-dispożizzjoni, fil-każ, b’mod partikolari, ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li tiġi eżaminata l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur prevista fl-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, għandu jitwettaq billi jittieħdu inkunsiderazzjoni, konformement mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, mhux biss id-dispożizzjoni adottata speċifikament, fid-dritt nazzjonali, għat-traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva, iżda wkoll id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan id-dritt, billi dawn jiġu interpretati, kull fejn possibbli, fid-dawl tal-formulazzjoni u tal-għanijiet tal-istess direttiva, b’tali mod li l-imsemmija sanzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE> dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżami tan-natura effettiva, proporzjonata u dissważiva tas-sanzjonijiet previsti f’din id-dispożizzjoni, fil-każ, b’mod partikolari, ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li tiġi eżaminata l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur prevista fl-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, għandu jitwettaq billi jittieħdu inkunsiderazzjoni, konformement mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, mhux biss id-dispożizzjoni adottata speċifikament, fid-dritt nazzjonali, għat-traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva, iżda wkoll id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan id-dritt, billi dawn jiġu interpretati, kull fejn possibbli, fid-dawl tal-formulazzjoni u tal-għanijiet tal-istess direttiva, b’tali mod li l-imsemmija sanzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tagħha.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>