|
9.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 244/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2021/1127
tal-1 ta’ Lulju 2021
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2021)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tal-25 ta’ Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 10(1) tal-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fit-13 ta’ Ottubru 2020 il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1548 (2), li ħatret lis-Sur Mihai-Florin BULGARIU bħala Kap tal-Missjoni ta’ EU BAM Rafah mill-1 ta’ Novembru 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021. |
|
(3) |
Fit-28 ta’ Ġunju 2021 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1065 (3), li testendi l-mandat ta’ EUBAM Rafah mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022. |
|
(4) |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Mihai-Florin BULGARIU bħala Kap tal-Missjoni ta’ EU BAM Rafah sat-30 ta’ Ġunju 2022, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Mihai-Florin BULGARIU bħala Kap tal-Missjoni ta’ EU BAM Rafah huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2021.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(1) ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/1548 tat-13 ta’ Ottubru 2020 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntiera għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/2/2020) (ĠU L 354, 26.10.2020, p. 5).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1065 tat-28 ta’ Ġunju 2021 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 229, 29.6.2021, p. 11).