31998L0068



Official Journal L 261 , 24/09/1998 P. 0032 - 0038


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/68/KE

ta’ l-10 ta’ Settembru 1998

li tippreskrivi d-dokument standard li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 95/53/KE u ċerti regoli għall-kontrolli meta jiġi ntrodott għalf għall-bhejjem fil-Komunità minn pajjiżi terzi

(Test b’relevanza għall-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 95/53/KE tal-25 ta’ Ottubru 1995 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ l-ispezzjonijiet uffiċjali fil-qasam tan-nutrizzjoni tal-bhejjem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,

Filwaqt li meta jiġu ntrodotti prodotti fit-territorju doganali tal-Komunità u ma jiġux rilaxxati biex ikkunu jistgħu jiċċirkolaw liberament fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jwettaq il-kontrolli, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-persuna konċernata b’dokument li jindika t-tip ta’ kontroll imwettaq u r-riżultati tiegħu;

Filwaqt li għandhom jiġu adottati regoli għall-kumpilazzjoni u t-tqassim tad-dokument;

Filwaqt li fid-definizzjoni tat-tfassil tad-dokument għandu jingħata każ tal-possibiltà fil-futur ta’ trasmissjoni elettronika eventwali ta’ l-informazzjoni miżmuma fih;

Filwaqt li dan il-metodu uniformi jippermetti li d-dokument jiġi miktub fl-lingwa uffiċjali waħda biss tal-Komunità;

Filwaqt li għandha tiġi stabbilita koperazzjoni mill-qrib bejn l-awtorità doganali u l-awtorità kompetenti fil-qasam ta’ nutrizzjoni tal-bhejjem sabiex ikun żgurat li l-proċeduri ta’ spezzjoni ma jiġux maqbuża;

Filwaqt li l-miżuri li għalihom hemm provdut f’din id-Direttiva huma skond ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Għalf għall-bhejjem,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Id-dokument li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 95/53/KE għandu jiġi miktub skond ma’ l-abbozz preskritt fl-Anness A. Id-dokument għandu jieħu folja waħda biss.

2. Għall-kumpilazzjoni tad-dokument ibbażata fuq l-abbozz preskritt fl-Anness A, ikunu applikabbli r-regoli preskritti fl-Anness B.

3. Id-dokument ibbażat fuq l-abbozz preskritt fl-Anness A għandu jinkiteb f’waħda mil-lingwi tal-Komunità li tkun aċċettabbli għall-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru minn fejn il-prodotti li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jiġu ntrodotti fit-territorju doganali tal-Komunità.

Jekk ikun hemm bżonn, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni tista’ teħtieġ mill-persuna konċernata li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 2(1) it-traduzzjoni tad-dokument ibbażata fuq l-abbozz preskritt fl-Anness A mimli skond l-Anness B f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru. It-traduzzjoni għandha tieħu post id-dettalji li jikkorrespondu fid-dokument in kwestjoni.

4. Kull bidla jew tħassir fuq id-dokument ibbażat fuq l-abbozz preskritt fl-Anness A mill-persuna mhux awtorizzata tagħmlu mhux validu.

Artikolu 2

1. Id-dokument ibbażat fuq l-abbozz preskritt fl-Anness A għandu jitqassam mill-awtorità kompetenti tal-post ta’ dħul lill-persuna konċernata fil-każijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 95/53/KE u preċiżament:

(a) meta l-prodotti jkunu ġejjin minn pajjiż terz u jkunu maħsuba sabiex jingħataw għal ċirkolazzjoni ħielsa fi Stat Membru minbarra f’dak li jkun wettaq il-kontrolli li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 5 u, fejn ikun addattat, fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/53/KE;

(b) meta prodotti mhux tal-Komunità jkunu ħerġin minn żona ħielsa, maħżen ħieles jew maħżen tal-Komunità u jkunu maħsuba sabiex jingħataw għal ċirkolazzjoni ħielsa fi Stat Membru minbarra dak fejn tkun tinsab iż-żona ħielsa, jew fejn ikunu jinsabu fil-maħżen ħieles jew il-maħżen tal-Komunità.

2. Jekk il-grupp ikun maqsum f’partijiet differenti, għandu jitqassam dokument ibbażat fuq l-abbozz preskritt fl-Anness A għal kull parti tiegħu.

3. Id-dokument ibbażat fuq l-abbozz preskritt fl-Anness A mimli skond l-Anness B għandu jakkompanja l-grupp li jirreferi għalih sa meta jingħata għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità u għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn il-prodotti jkunu mogħtija għal ċirkolazzjoni ħielsa flimkien ma’ kopja tar-riżultati ta’ l-analiżi tal-laboratorju, fejn ikunu disponibbli.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritàjiet doganali ma jawtorizzawx il-ħelsien tal-prodotti għal ċirkolazzjoni ħielsa fit-territorju doganali tal-Komunità sakemm ma tkunx ġiet provduta informazzjoni li, kemm fuq il-bażi tad-dokument ibbażat fuq l-abbozz preskritt fl-Anness A mimli skond l-Anness B u ta’ aktar kontrolli li jistgħu jsiru mill-awtoritajiet kompetenti, il-kontrolli fuq il-prodotti in kwistjoni jkunu ġew imwettqa skond l-Artikoli 5 u 7 tad-Direttiva 95/53/KE għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn il-prodotti jiġu mogħtija għal ċirkolazzjoni ħielsa.

5. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru minn fejn il-prodotti ikunu ġew mogħtija għal ċirkolazzjoni ħielsa fit-territorju doganali tal-Komunità għandha żżomm id-dokument ibbażat fuq l-abbozz preskritt fl-Anness A kif ukoll kopja tar-riżultati ta’ l-analiżi tal-laboratorju, fejn ikunu disponibbli, għal mill-inqas 18-il xahar.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 1999, jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni bihom, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ April 1999.

Id-dispożizzjonijiet għandu jkunu fihom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati b’riferenza bħal din mal-pubblikazzjoni uffiċjali. Dettalji tar-riferenza għandhom jiġu preskritti mill-Istat Membru.

2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu it-test tad-dispożizzjonijiet primarji tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fl-oqsma koperti b’din id-Direttiva lill-Kummissjoni.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Settembru 1998.

FL-isem il-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

--------------------------------------------------

L-ANNESS A

DOKUMENT LI JINDIKA L-KONTROLLI FUQ PRODOTTI WŻATI FL-NUTRIZZJONI TA’ BHEJJEM INTRODOTTI FIL-KE MINGĦAND PAJJIŻI TERZI

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS B

REGOLI FID-DETTALL GĦALL-KUMPILAZZJONI TAD-DOKUMENT LI HEMM RIFERENZA GĦALIH FL-ANNESS A

A. Informazzjoni li għandha x’taqsam mal-grupp ippreżentat

1. Fornitur/esportatur

Ikteb l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna jew kumpannija konċernata.

2. Numru ta’ serje

Ikteb in-numru progressiv mogħti lid-dokument mill-awtorità kompetenti.

3. Destinatarju

Ikteb l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna jew kumpannija għal min huma ndirizzati l-oġġetti.

4. Dokument doganali

Ikteb in-numru tad-dokument doganali.

5. Dokument li jkun ma l-oġġetti

Ikteb riferenza għad-dokument li jakkompanja l-grupp.

5.1 Immarka b’salib fil-kaxxa addattata. Immarka b’salib fl-’1. ġ…ħ Iva’ jekk jkunu ġew meħuda kampjuni għal testijiet fil-laboratorju kif hemm riferenza fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 96/25/KE.

6. Min għamel id-dikjarazzjoni/rappreżentant

Ikteb l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna jew kumpannija konċernata. Jekk dak li jagħmel id-dikjarazzjoni u l-esportatur/fornitur ikunu l-istess persuna, daħħal ‘fornitur’ jew ‘esportatur’.

7. Oriġini

Daħħal l-isem u l-indirizz ta’ l-istabbiliment jew il-post ta’ oriġini.

7.1 Daħħal l-approvazzjoni jew in-numru ta’ reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, fejn ikun applikabbli.

8. Deskrizzjoni ta’ l-oġġetti

Immarka b’salib fil-kaxxa addattata:

’[] 8.1’ - għal addittivi/taħlitiet lesti minn qabel

’[] 8.2’ - għal għalf

’[] 8.3’ - għal għalf għall-bhejjem kompost

’[] 8.4’ - għal prodotti li hemm riferenza għalihom f’direttiva 82/471/KEE

’[] 8.5’ - għal għalf għall-bhejjem għal għanijiet nutrizzjonali partikolari

’[] 8.6’ - għal prodotti oħra u speċifika:

9. Kodiċi NM

Daħħal il-Kodiċi NM.

10. L-ebda pakkett

Daħħal il-kwantità ta’ pakketti jew, fil-każ ta’ oġġetti mhux ippakkjati, il-kelma ‘f'daqqa’, kif addattat.

11. Piż gross (kg)

Daħħal il-piż gross imfisser f’kilogrammi.

12. Piż nett (kg)

Daħħal il-piż nett imfisser f’kilogrammi.

B. Kontrolli mwettqa

13. Kontrolli li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 95/53/KE

13.1 Immarka b’salib.

13.2 Immarka b’salib fil-kaxxa addattata.

14. Kontrolli li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/53/KE

14.1 Immarka b’salib fil-kaxxa addattata.

14.2 Immarka b’salib fil-kaxxa addattata. Immarka b’salib ’1. […] Iva’, jekk ikunu saru testijiet fil-laboratorju u r-riżulatati jkunu disponibbli. F’dan il-każ egħmeż kopja awtentika tar-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju u speċifika t-tip ta’ analiżi mitluba b’riferenza għad-Direttiva relevanti li tippreskrivi metodi ta’ analiżi tal-Komunità għall-kontroll uffiċjali ta’ għalf għall-bhejjem jew li tispeċifika t-tip ta’ analiżi.

14.3 Immarka b’salib fil-kaxxa addattata. Immarka b’salib ’1. […] Iva’, jekk ikunu ttieħdu kampjuni għal testijiet fil-laboratorju u r-riżulatati jkunu għadhom mhux disponibbli. F’dan il-każ speċifika t-tip ta’ analiżi mitluba b’riferenza għad-Direttiva relevanti li tippreskrivi metodi ta’ analiżi tal-Komunità għall-kontroll uffiċjali ta’ għalf għall-bhejjem jew li tispeċifika t-tip ta’ analiżi.

Ċ. Tisħiħ

15. Identifikazzjoni sħiħa ta’ l-awtorità kompetenti tal-post ta’ dħul u timbru uffiċjali

Ikteb l-isem ta’ l-uffiċċju ta’ l-awtorità kompetenti tal-post ta’ dħul u t-timbru uffiċċjali, li għandu jiġi applikat f’kulur differenti minn dak użat fid-dokument.

16. L-uffiċċjal awtorizzat

Daħħal id-data, il-firma ta’ l-uffiċjal awtorizzat ta’ l-awtorità kompetenti u l-isem sħiħ b’ittri kapitali.

D. Rimarki addizzjonali [1]

17. Merfugħ għall-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni

Din il-parti tad-dokument hija disponibbli għall-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni għal rimarki eventwali.

[1] Mhux obbligatorja.

--------------------------------------------------