Brussell, 1.7.2026

COM(2026) 335 final

ANNESS

tal-

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, dwar emenda tal-Anness XX (L-ambjent) tal-Ftehim ŻEE





(CBAM)


ANNESS

ABBOZZ TA’ DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

ta’ […]

li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)Ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (is-‘‘CBAM’’) 1 għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)Ir-Regolament (UE) 2025/2083 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ottubru 2025 li jemenda r-Regolament (UE) 2023/956 fir-rigward tas-simplifikazzjoni u tat-tisħiħ tas-CBAM 2 għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)Filwaqt li r-Regolament (UE) 2023/956 jippresupponi l-użu ta’ data u sistemi doganali fl-Unjoni Doganali tal-UE li huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE, il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu l-ħtieġa li l-Istati tal-EFTA jimpenjaw ruħhom li jadattaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom biex jiżguraw li s-CBAM jopera b’mod uniformi fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha.

(4)Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 b’mod omoġenju fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha, id-determinazzjoni tal-oriġini tal-merkanzija u l-klassifikazzjoni tal-merkanzija li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 iridu jiġu allinjati fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha. Fl-Unjoni, dan huwa definit f’konformità mar-regoli tal-oriġini mhux preferenzjali abbażi tal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, u l-kodiċijiet NM fin-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni. L-Istati tal-EFTA għandhom, meta jimplimentaw dan ir-Regolament fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettiva tagħhom, jadottaw regoli korrispondenti li għandhom ikunu sostanzjalment identiċi mar-regoli applikabbli fl-Unjoni, filwaqt li jiżguraw omoġeneità sħiħa fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati tal-EFTA bi kwalunkwe bidla fir-regoli tal-oriġini mhux preferenzjali, fil-kodiċijiet NM u fis-subdiviżjonijiet addizzjonali Taric, rilevanti għad-determinazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956. L-Istati tal-EFTA għandhom jiżguraw li r-regoli tal-oriġini mhux preferenzjali u l-klassifikazzjoni tal-merkanzija rilevanti għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom jikkorrispondu kontinwament mar-regoli applikabbli fl-Unjoni u jiżguraw applikazzjoni uniformi u simultanja. F’konformità mal-Artikolu 109(1) tal-Ftehim ŻEE, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA timmonitorja t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 fl-Istati tal-EFTA kif meħtieġ biex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha.

(5)Id-dħul mill-bejgħ taċ-ċertifikati tas-CBAM lid-dikjaranti tas-CBAM stabbiliti fl-Istati tal-EFTA għandu jakkumula għall-Istati tal-EFTA.

(6)Il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu l-importanza tal-iskambju effiċjenti u awtomatiku ta’ informazzjoni sabiex jissodisfaw l-obbligi skont ir-Regolament (UE) 2023/956 u jipprevedu implimentazzjoni kif previst bir-Regolament u jaqblu li jikkooperaw fi skambji effiċjenti ta’ data. L-awtoritajiet doganali tal-Istati tal-EFTA għandhom jirrapportaw id-data doganali meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tar-Regolament (UE) 2023/956 lir-Reġistru tas-CBAM, f’format identiku għal dak użat mill-Istati Membri tal-UE skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, l-Anness 21-03.

(7)Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità ġiet inkorporata fil-Ftehim ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 146/2007. L-Artikolu 25 tad-Direttiva, kif inkorporat fil-Ftehim ŻEE fil-punt 21al, tal-Anness XX, jikkostitwixxi l-bażi legali għall-konklużjoni tal-ftehimiet imsemmija fil-punt a tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) 2023/956. Il-premessa 17 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 146/2007, li tikkonċerna n-nondiskriminazzjoni tal-Istati tal-EFTA u l-operaturi tagħhom, tapplika wkoll għall-applikazzjoni ta’ tali ftehimiet skont ir-Regolament CBAM.

(8)Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 21azt (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3098) tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

‘‘21azu.32023 R 0956: Ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 52), kif emendat bi:

-    32025 R 2083: ir-Regolament (UE) 2025/2083 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ottubru 2025 (ĠU L, 2025/2083, 17.10.2025).

Ir-Regolament, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, għandu jinqara bl-adattamenti li ġejjin:

(a)Fl-Artikolu 1(1) u (2), il-kliem ‘‘, jew fit-territorji tal-Istati tal-EFTA’’ għandhom jiddaħħlu wara l-kliem ‘‘fit-territorju doganali tal-Unjoni’’.

(b)Fl-Artikolu 2:

(i)fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-proċeduri ekwivalenti f’konformità mal-leġiżlazzjoni doganali nazzjonali rispettiva tagħhom” għandhom jiddaħħlu wara r-referenza għall-Artikolu 256 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(ii)fil-paragrafi 1, 2 u 7, il-kliem ‘‘jew fit-territorji doganali tal-Istati tal-EFTA’’ għandhom jiddaħħlu wara l-kliem ‘‘fit-territorju doganali tal-Unjoni’’;

(iii)fil-paragrafu 2, għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“Dan ir-Regolament japplika wkoll għal:

(a)    prodotti pproċessati mill-merkanzija elenkata fl-Anness I li joriġinaw minn pajjiż terz li jkunu qed jirriżultaw mill-proċedura ta’ proċessar attiv imsemmija fl-Artikolu 256 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, meta jinġiebu fit-territorju doganali ta’ Stat tal-EFTA, dment li jkunu importati lejn wieħed mit-territorji doganali tal-Istati tal-EFTA, u

(b)    fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, għall-prodotti pproċessati mill-merkanzija elenkati fl-Anness I li joriġinaw f’pajjiż terz li jirriżultaw mill-proċeduri ekwivalenti f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettiva tagħhom, meta jinġiebu fit-territorju doganali tal-Unjoni dment li jiġu importati f’dak it-territorju doganali.”

(iv)fil-paragrafu 4, għandhom jiddaħħlu s-subparagrafi li ġejjin:

“B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal merkanzija li qabel kienet rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Unjoni jew ta’ Stat tal-EFTA, dment li d-dikjarant doganali jindika fid-dikjarazzjoni doganali sussegwenti li l-merkanzija kienet ġiet rilaxxata qabel għal ċirkolazzjoni libera.

Fuq talba tal-awtorità doganali fejn tkun qed tiġi importata l-merkanzija, id-dikjarant doganali għandu jagħmel disponibbli dokumentazzjoni jew informazzjoni li tagħti prova li l-merkanzija kienet ġiet rilaxxata qabel għal ċirkolazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Unjoni jew ta’ Stat tal-EFTA. Id-dikjarant doganali għandu jġorr ir-responsabbiltà għad-disponibbiltà ta’ din il-prova fil-ħin tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali.”;

(v)fil-paragrafu 5:

(i)    il-kliem “jew fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, ir-regoli korrispondenti f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettiva tagħhom” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013”;

(ii)    għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

   “Mhux aktar tard minn 45 jum qabel id-dħul fis-seħħ fl-Unjoni tal-emendi tar-regoli tal-oriġini mhux preferenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 952/2013, l-Unjoni għandha tinnotifika lill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA bl-emendi proposti. L-Istati tal-EFTA għandhom fi żmien 45 jum minn meta jirċievu n-notifika jemendaw ir-regoli korrispondenti tagħhom fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettiva tagħhom, bil-ħsieb ta’ applikazzjoni uniformi u simultanja ta’ dawn l-emendi. Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jiġi infurmat b’dawn id-deċiżjonijiet u għandu jippubblika perjodikament lista tad-deċiżjonijiet fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”;

(vi)fil-paragrafu 12, għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“Mal-konklużjoni mill-Unjoni ta’ ftehim imsemmi f’dan l-Artikolu, ma għandha ssir l-ebda distinzjoni bejn id-dikjaranti tas-CBAM stabbiliti fl-UE u dawk fl-Istati tal-EFTA. L-Unjoni għandha żżomm lill-Istati tal-EFTA infurmati fi stadju bikri rigward in-negozjati u l-konklużjoni ta’ ftehimiet skont dan l-Artikolu għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 9.”

(vii)għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

‘‘13. Għall-fini li tkun tista’ ssir applikazzjoni uniformi u simultanja tal-kodiċijiet tal-komoditajiet għall-identifikazzjoni tal-merkanzija li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika dan li ġej:

Mhux aktar tard minn 45 jum qabel id-dħul fis-seħħ fl-Unjoni tal-emendi tal-kodiċijiet NM skont ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 li huma elenkati fl-Anness I, l-Unjoni għandha tinnotifika lill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA bl-emendi proposti. L-Istati tal-EFTA għandhom fi żmien 45 jum minn meta jirċievu n-notifika jemendaw il-kodiċijiet tal-komoditajiet korrispondenti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom applikabbli għall-importazzjonijiet fit-territorji doganali tal-Istati tal-EFTA tal-merkanzija li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jiġi infurmat b’dawn id-deċiżjonijiet u għandu jippubblika perjodikament lista tad-deċiżjonijiet fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Meta l-Unjoni tuża l-kodiċijiet tal-komoditajiet Taric skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 b’massimu ta’ 10 ċifri biex tidentifika l-merkanzija fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati tal-EFTA għandhom jintroduċu kodiċijiet korrispondenti b’ċifri addizzjonali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom applikabbli għall-importazzjonijiet fit-territorji doganali tal-Istati tal-EFTA tal-merkanzija li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Mhux aktar tard minn 45 jum qabel id-dħul fis-seħħ fl-Unjoni ta’ tali kodiċijiet tal-komoditajiet Taric, l-Unjoni għandha tinnotifika lill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA b’dawk il-kodiċijiet tal-komoditajiet Taric, u l-Istati tal-EFTA għandhom, fi żmien 45 jum minn meta jirċievu n-notifika, jintroduċu l-emendi meħtieġa fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, applikabbli għall-importazzjonijiet fit-territorji doganali tal-Istati tal-EFTA tal-merkanzija fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

L-Unjoni għandha tinnotifika lill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA mingħajr dewmien żejjed bir-referenzi tad-dokument doganali elettroniku, ir-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni, u l-eżenzjonijiet applikabbli li huma rilevanti għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi aġġornamenti għal tali elementi tad-data. L-Istati tal-EFTA għandhom jinnotifikaw ukoll lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni korrispondenti ta’ tali elementi, filwaqt li jiżguraw l-allinjament u l-interoperabbiltà.

Il-merkanzija importata fit-territorji doganali tal-Istati tal-EFTA għandha tiġi kklassifikata f’konformità mal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali rispettivi tagħhom li għandhom jikkorrispondu b’mod identiku għall-kodiċijiet tal-komoditajiet applikabbli fl-Unjoni għall-merkanzija fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”

(c)Fl-Artikolu 3:

(i)fil-punt (4), il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-proċeduri ekwivalenti f’konformità mal-leġiżlazzjoni doganali nazzjonali rispettiva tagħhom” għandu jiddaħħal wara l-kliem “l-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013”;

(ii)fil-punt (6), il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, it-territorji doganali tal-Istati tal-EFTA kif definit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettivi tagħhom” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013”;

(iii)fil-punt (7), il-kliem ‘‘jew fit-territorji doganali tal-Istati tal-EFTA’’ għandhom jiddaħħlu wara l-kliem ‘‘fit-territorju doganali tal-Unjoni”;

(iv)fil-punt (10), il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-prezz tal-merkanzija nnifisha meta tinbiegħ għall-esportazzjoni lejn territorju doganali tal-Istati tal-EFTA, esklużi l-kostijiet tat-trasport u tal-assigurazzjoni, sakemm ma jkunux inklużi fil-prezz u mhux indikati separatament fuq il-fattura, u kwalunkwe taxxa u imposta oħra kif aċċertabbli mill-awtoritajiet doganali minn kwalunkwe dokument rilevanti” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “l-Artikolu 1, il-punt (48), tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446”;

(v)fil-punt (14), il-kliem “jew l-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati tal-EFTA responsabbli għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali u kwalunkwe awtorità oħra tal-Istati tal-EFTA bis-setgħa skont il-liġi nazzjonali li tapplika ċerta leġiżlazzjoni doganali” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “l-Artikolu 5, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013”;

(vi)fil-punt (15), il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, id-dokumentazzjoni rilevanti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446” u l-kliem “jew rappreżentant doganali f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013”;

(vii)fil-punt (16), il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, id-dikjarant kif definit f’konformità mal-leġiżlazzjoni doganali nazzjonali rispettiva tagħhom” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “ir-Regolament (UE) Nru 952/2013”;

(viii)fil-punt (18), il-kliem ‘‘mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali’’ għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem ‘‘mill-Ftehim ŻEE jew mil-liġi nazzjonali”;

(ix)fil-punt (20), il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-identifikatur korporattiv nazzjonali rilevanti f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettiva tagħhom” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013”.

(d)Fl-Artikoli 4, 5(1), 5(5), 26(2) u 26(4), il-kliem ‘‘jew fit-territorji doganali tal-Istati tal-EFTA’’ għandhom jiddaħħlu wara l-kliem ‘‘fit-territorju doganali tal-Unjoni’’.

(e)Fl-Artikolu 5:

(i)fil-paragrafu 1a:

a)    il-kliem “jew rappreżentant doganali f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-ewwel żewġ istanzi tal-kliem “ir-rappreżentant doganali indirett”;

b)    il-kliem “jew rappreżentant doganali f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara t-tielet istanza tal-kliem “ir-rappreżentant doganali indirett”;

c)    il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettiva tagħhom” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013”;

(ii)fil-paragrafi 2 u 2a, il-kliem “jew rappreżentant doganali f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “ir-rappreżentant doganali indirett”;

(iii)fil-paragrafu 2, għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“Id-dikjaranti tas-CBAM stabbiliti fl-Istati tal-EFTA għandhom jirreġistraw numru EORI qabel ma jimportaw il-merkanzija elenkata fl-Anness I fit-territorju doganali tal-Unjoni fil-każijiet li ġejjin:

a)    id-dikjarazzjoni doganali tiġi ppreżentata f’isem l-importatur, jew

b)    id-dikjarazzjoni doganali tiġi ppreżentata minn rappreżentant doganali indirett bl-użu tan-numru tal-awtorizzazzjoni tas-CBAM tal-importatur.”;

(iv)fil-paragrafu 5, għandu jiddaħħal dan li ġej:

“(i)kwalunkwe identifikatur korporattiv użat f’Parti Kontraenti oħra.”;

(v)fil-paragrafu 7, għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“L-operaturi ekonomiċi li jkunu ġew assenjati identifikatur korporattiv użat f’Parti Kontraenti oħra jridu jinfurmaw lill-awtorità kompetenti rilevanti kif xieraq.”

(f)Fl-Artikoli 5(5)(b), 14(2)(b), 17(4)(b) u 25(2), il-kliem ‘‘jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-identifikatur korporattiv rilevanti f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom’’ għandhom jiddaħħlu wara l-kliem ‘‘numru EORI’’.

(g)fl-Artikolu 6:

(i)fil-paragrafu 3, il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-proċeduri korrispondenti f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettiva tagħhom” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “l-Artikolu 256 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013”;

(ii)fil-paragrafu 3, il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, ir-regoli korrispondenti f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettiva tagħhom” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “l-Artikolu 205 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013”;

(iii)fil-paragrafu 4, il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, ir-regoli korrispondenti f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettiva tagħhom” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “l-Artikolu 259 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013”;

(iv)fil-paragrafu 4, il-kliem ‘‘jew fit-territorji doganali tal-Istati tal-EFTA’’ għandhom jiddaħħlu wara l-kliem ‘‘fit-territorju doganali tal-Unjoni”;

(v)fil-paragrafu 5, il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, ir-regoli korrispondenti f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettiva tagħhom” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “l-Artikolu 203 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013”.

(h)Fl-Artikolu 12, għandha tiddaħħal is-sentenza li ġejja:

‘‘Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tassisti u tinvolvi lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA kif xieraq biex tiżgura l-istess livell ta’ kooperazzjoni u tippromwovi skambju adegwat ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA u l-Istati Membri tal-UE kif ukoll bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.’’

(i)Fl-Artikolu 13:

(i)fil-paragrafu 1, il-kliem ‘‘jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA,’’ għandhom jiddaħħlu wara l-kelma ‘‘il-Kummissjoni’’;

(ii)fil-paragrafu 2:

(a)    il-kliem “u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “il-Kummissjoni”;

(b)    għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

   “Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, ma għandhiex tapplika l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew”.

(iii)il-kliem ‘‘mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali’’ għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem ‘‘mill-Ftehim ŻEE jew mil-liġi nazzjonali”.

(j)Fl-Artiklu 14(1), il-kliem ‘‘u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,’’ għandhom jiddaħħlu wara l-kliem ‘‘l-awtoritajiet kompetenti’’.

(k)Fl-Artikolu 15(2), il-kliem “u, fir-rigward tad-dikjaranti tas-CBAM stabbiliti fl-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati”.

(l)Fl-Artikolu 17:

(i)fil-paragrafu 2(d), il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-identifikatur korporattiv rilevanti f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “ir-Regolament (UE) Nru 952/2013”;

(ii)fil-paragrafu 4(b), jiddaħħlu l-kliem li ġejjin: “u, jekk rilevanti, kwalunkwe identifikatur korporattiv użat f’Parti Kontraenti oħra.”;

(iii)fil-paragrafu 7a, il-kliem ‘‘jew, fir-rigward tal-importaturi stabbiliti fl-Istati tal-EFTA u l-importazzjonijiet fit-territorji doganali tal-Istati tal-EFTA, sal-31 ta’ Marzu 2027’’ għandhom jiddaħħlu wara l-kliem ‘‘il-31 ta’ Marzu 2026’’.

(m)Fl-Artikolu 19:

(i)fil-paragrafu 1, għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“Meta twettaq kompiti ta’ rieżami fir-rigward tad-dikjaranti tas-CBAM stabbiliti fl-Istati tal-EFTA, il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA infurmata dwar kwalunkwe irregolarità li tappartjeni għad-dikjaranti tas-CBAM stabbiliti fl-Istati tal-EFTA. Barra minn hekk, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ tirrieżamina d-dikjarazzjonijiet tas-CBAM li jappartjenu għad-dikjaranti tas-CBAM stabbiliti fl-Istati tal-EFTA.”;

(ii)fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, għandhom jiddaħħlu s-sentenzi li ġejjin:

“Kwalunkwe awditu fil-bini tad-dikjaranti tas-CBAM stabbiliti fl-Istati tal-EFTA għandu jitwettaq mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. L-uffiċjali tal-Kummissjoni u persuni oħra awtorizzati minnha jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw bħala osservaturi.”.

(n)Fl-Artikolu 20(2):

(i)fit-tieni subparagrafu, il-kliem ‘‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ, fir-rigward tad-dikjaranti tas-CBAM stabbiliti fl-Istati tal-EFTA,’’ għandhom jiddaħħlu wara l-kelma ‘‘il-Kummissjoni’’;

(ii)għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

‘‘Soġġett għall-konklużjoni mill-Istati tal-EFTA u mill-Kummissjoni f’isimha stess u f’isem l-Istati Membri ta’ ftehim li bih l-Istati tal-EFTA jissieħbu fil-ftehim ta’ akkwist konġunt biex jakkwistaw pjattaforma ċentrali komuni, l-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta skont dan il-paragrafu.’’.

(o)Fl-Artikolu 25:

(i)fil-paragrafu 1, tiddaħħal is-sentenza li ġejja: “Għal dan l-għan u sakemm l-Istati tal-EFTA jikkonnettjaw mas-CSW-CERTEX tal-UE, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet doganali tal-Istati tal-EFTA jkunu jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni meħtieġa rigward l-awtorizzazzjonijiet tas-CBAM mir-reġistru tas-CBAM fuq bażi ta’ kull ġimgħa.”;

(ii)fil-paragrafu 2,

(a)il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, perjodikament u jekk prattikabbli awtomatikament” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “awtomatikament”;

(b)il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-funzjonalità rilevanti magħmula disponibbli mill-Kummissjoni fir-reġistru tas-CBAM, biex tittella’ data dwar it-tranżazzjonijiet doganali fl-istruttura u l-format applikabbli” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “ir-Regolament (UE) Nru 952/2013”;

(c)il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kodiċijiet tal-komoditajiet korrispondenti f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-kodiċi NM bi tmien ċifri”

(d)jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiskambjaw regolarment informazzjoni dwar l-identitajiet tad-dikjaranti tas-CBAM u tal-importaturi awtorizzati tagħhom għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”;

(iii)fil-paragrafu 4, il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, ir-rekwiżiti ekwivalenti f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettiva tagħhom” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013”;

(iv)fil-paragrafu 5, il-kliem “ir-Regolament (KE) Nru 515/97” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “il-Protokoll 11 tal-Ftehim ŻEE”.

(p)Fl-Artikolu 25a(1), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“Meta twettaq kompiti ta’ monitoraġġ fir-rigward ta’ importaturi stabbiliti fl-Istati tal-EFTA skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA infurmata dwar kwalunkwe irregolarità li tappartjeni għall-importaturi stabbiliti fl-Istati tal-EFTA u tista’ titlob informazzjoni rilevanti mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA sa fejn dan ikun meħtieġ għall-kompiti tal-Kummissjoni skont dan l-Artikolu. Barra minn hekk, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA timmonitorja s-soll uniku bbażat fuq il-massa fir-rigward tal-importaturi stabbiliti fl-Istati tal-EFTA.”

(q)Fl-Artikolu 27:

(i)fil-paragrafu 1, it-tieni sentenza, tal-paragrafu 4 u l-paragrafu 5, il-kliem ‘‘jew, fir-rigward tal-importaturi stabbiliti fl-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’’ għandhom jiddaħħlu wara l-kelma ‘‘il-Kummissjoni’’;

(ii)fil-paragrafu 2, il-punt (a), il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, taħt il-kodiċijiet tal-komoditajiet nazzjonali li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness I,” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “li mhumiex elenkati fl-Anness I”;

(r)Fl-Artikolu 36:

(i)fil-paragrafu 2, il-punt (a), għandhom jiddaħħlu s-sentenzi li ġejjin: “Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-Artikoli 5, 14, 16 u 17 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Settembru 2026. L-Artikoli 10 u 10a għandhom japplikaw mill-1 ta’ Diċembru 2026.”

(ii)fil-paragrafu 2, il-punt (b), il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, mill-1 ta’ Jannar 2027” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “l-1 ta’ Jannar 2026.”

(s)Fil-paragrafu 1 tal-Anness I, il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kodiċijiet tal-komoditajiet korrispondenti f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettiva tagħhom” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “ir-Regolament (UE) Nru 2658/87”.

(t)Fl-intestatura tal-Anness II, għandha tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Għall-Istati tal-EFTA, il-merkanzija għandha tiġi identifikata mill-kodiċijiet tal-komoditajiet korrispondenti f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettiva tagħhom.”

(u)Fil-paragrafu 1 tal-Anness III, għandhom jitħassru l-kliem “l-Iżlanda” u “in-Norveġja”.

(v)Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal-Liechtenstein.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2023/956 u (UE) 2025/2083 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […] jew fl-14-il jum ta’ wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE 3*, skont liema minnhom jiġi l-aħħar.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, […].

   Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

   Il-President

   […]

   Is-Segretarji

   Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

   […]



Dikjarazzjoni mill-Iżlanda u n-Norveġja għad-Deċiżjoni Nru xx/2026 [din id-deċiżjoni] li tinkorpora r-Regolament (UE) 2023/956 fil-Ftehim ŻEE

Ir-Regolament (UE) 2023/956 japplika għall-merkanzija miġjuba fi gżira artifiċjali, struttura fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma, jew kwalunkwe struttura oħra fuq il-blata kontinentali jew fiż-żona ekonomika esklużiva. Huwa mfakkar li l-inkorporazzjoni ta’ atti b’tali applikazzjoni eċċezzjonali fil-Ftehim ŻEE hija mingħajr preġudizzju għall-fehim li l-Ftehim ŻEE japplika f’konformità mal-Artikolu 126 għat-territorji tal-Istati tal-EFTA.

(1)    ĠU L 130, 16.5.2023, p. 52.
(2)    ĠU L, 2025/2083, 17.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2083/oj  
(3) *    [Mhuwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]