European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/78

15.1.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/78

tal-15 ta' Jannar 2025

li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ pavimenti tal-injam b’diversi saffi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fis-16 ta’ Mejju 2024, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ pavimenti tal-injam b’diversi saffi (“MWF”, multilayered wood flooring) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”, “ir-RPĊ”, jew “iċ-Ċina”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament bażiku”). Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment imressaq fl-4 ta’ April 2024 mill-Federazzjoni Ewropea tal-Parquet (“l-ilmentatur”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni tal-MWF fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

1.2.   Reġistrazzjoni

(3)

Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2733 tal-24 ta’ Ottubru 2024 (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”) (3).

1.3.   Partijiet interessati

(4)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-ilmentatur, lil produtturi oħrajn tal-Unjoni magħrufa, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet fil-pajjiż ikkonċernat, lill-importaturi, lill-utenti u lin-negozjanti magħrufa dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw.

(5)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

1.4.   Kampjunar

(6)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.4.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(7)

Fin-Notifika tal-Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-kwantitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ fil-kuntest tal-analiżi permanenti ta’ qabel il-bidu. Dan il-kampjun kien jikkonsisti fi tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 20 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni u aktar minn 20 % tal-bejgħ totali stmat tal-Unjoni tal-prodott simili. Il-kampjun huwa meqjus rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment u għalhekk, il-kampjun ġie kkonfermat.

1.4.2.   Kampjunar tal-importaturi

(8)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu.

(9)

Żewġ importaturi mhux relatati (Lamett Europe N.V. u Svartes s.r.o) ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Minħabba n-numru żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. Il-Kummissjoni stiednet liż-żewġ kumpaniji indikati hawn fuq biex jimlew il-kwestjonarju għall-importaturi. Fl-aħħar mill-aħħar, Lamett Europe N.V. biss ipprovdiet tweġiba għall-kwestjonarju kif spjegat fil-premessa (17).

1.4.3.   Kampjunar ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ

(10)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(11)

78 produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ ħames produtturi minn żewġ gruppi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha kkonċernati, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Wara l-konsultazzjoni waslu kummenti dwar l-għażla ta’ dak il-kampjun minn grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi. Il-grupp argumenta li l-kampjun propost ma kienx rappreżentattiv biżżejjed, skont it-tifsira tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament Bażiku, peress li kien jirrappreżenta biss proporzjon limitat tal-volum esportat mill-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw. Il-Kummissjoni vvalutat l-asserzjoni u ddeċidiet li testendi l-għadd ta’ kumpaniji magħżula għall-kampjun billi żiedet it-tielet l-akbar grupp ta’ produtturi esportaturi b’ħames produtturi. Il-kampjun rivedut kien jirrappreżenta 40 % tal-volum u 27 % tal-kwantità totali stmata tal-esportazzjoni rrapportata mill-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw, esportata lejn l-Unjoni Ewropea, tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Ma wasal l-ebda kumment ieħor dwar il-kampjun propost.

(12)

Barra minn hekk, matul l-investigazzjoni, abbażi tas-sorsi disponibbli pubblikament, il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni pprovduta mill-esportaturi li kkooperaw biex tikkonferma l-istatus tal-kumpaniji bħala produttur tal-prodott ikkonċernat. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni talbet dokumenti addizzjonali, bħal-liċenzja tan-negozju u l-istatuti ta’ assoċjazzjoni. Parti waħda naqset milli turi rabta mal-investigazzjoni u għalhekk tqieset bħala li ma kkooperatx.

1.4.4.   Eżami individwali

(13)

19-il produttur esportatur fir-RPĊ talbu eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Madankollu, l-ebda wieħed minnhom ma pprovda t-tweġiba għall-kwestjonarju sal-iskadenza stabbilita mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi b’mod provviżorju li mhu se jingħata l-ebda eżami individwali f’dan il-każ.

1.5.   Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika

(14)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”).

(15)

Barra minn hekk, fl-ilment l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza prima facie ta’ distorsjonijiet fil-materja prima fir-RPĊ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, kif imħabbar fin-Notifika tal-Bidu, l-investigazzjoni kopriet dawk id-distorsjonijiet fil-materja prima biex tiddetermina jekk għandhomx jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji addizzjonali f’dan ir-rigward lill-GTĊ.

(16)

Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ. Konsegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li beħsiebha tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u tuża l-fatti disponibbli fir-rigward tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Ma wasal l-ebda kumment ieħor mill-GTĊ.

(17)

Il-kwestjonarji għall-produtturi tal-Unjoni, għall-importaturi mhux relatati, għall-utenti, u għall-produtturi esportaturi kienu disponibbli online (4) fil-jum tal-bidu. Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, importatur wieħed mhux relatat (Lamett Europe N.V) u tliet gruppi ta’ produtturi esportaturi (Jinfa Group, Forest Group u Fusong Group).

(18)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni proviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni

—

Barlinek Inwestycje Sp. z o.o., Barlinek, il-Polonjau l-kumpaniji relatati magħha (Barlinek S.A., Barlinek Deutschland GmbH, Barlinek Romania S.A.),

—

UAB Bauwerk Group Lietuva, Vilnius, il-Litwanja u l-kumpaniji relatati magħha (Bauwerk Parkett Deutschland GmbH, Boen Parkett Deutschland GmbH),

—

Weitzer Produktions GmbH, Weiz, l-Awstrija u l-kumpanija relatata magħha Weitzer Parkett Vertriebs GmbH,

 

L-importatur

—

Lamett Europe N.V, Deerlijk, il-Belġju

Il-produtturi li jesportaw u l-kumpaniji relatati fir-RPĊ

(a)

Jinfa Group:

—

Hunchun Xingjia Wooden Flooring Inc., Changchun, il-Provinċja ta’ Jilin, ir-RPĊ;

—

Hunchun Xingye Wood, Hunchun, il-Provinċja ta’ Jilin, ir-RPĊ;

—

Changchun Delin Wooden Floors Inc., Changchun, il-Provinċja ta’ Jilin, ir-RPĊ;

—

Iċ-Ċentru Internazzjonali tal-Kummerċ ta’ Changchun Xingjia, Changchun, il-Provinċja ta’ Jilin, ir-RPĊ;

(b)

Forest Group:

—

JiLin Newco Wood Industries Co., Ltd., Changchun, il-Provinċja ta’ Jilin, ir-RPĊ;

—

Jilin Forest Industry Jinqiao Flooring Group Co., Ltd., Changchun, il-Provinċja ta’ Jilin, ir-RPĊ

—

Jilin Forest Industry New Jinqiao Songlin Flooring Co., Ltd. Songjianghe, il-Provinċja ta’ Jilin, ir-RPĊ (5)

(c)

Fusong Group:

—

Fusong Jinlong Wooden Group Co., Ltd, Songjianghe, il-Provinċja ta’ Jilin, ir-RPĊ;

—

Fusong Jinqiu Wooden Product Co., Ltd, Songjianghe, il-Provinċja ta’ Jilin, ir-RPĊ;

—

Fusong Qianqiu Wooden Product Co., Ltd, Songjianghe, il-Provinċja ta’ Jilin, ir-RPĊ;

—

Fusong Diwang Wooden Product Co., Ltd, Songjianghe, il-Provinċja ta’ Jilin, ir-RPĊ;

—

Dalian Qianqiu Wooden Product Co., Ltd, Dalian, il-Provinċja ta’ Liaoning, ir-RPĊ.

1.6.   Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat

(19)

L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023 (“il-perjodu tal-investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

1.7.   Kummenti dwar il-bidu

(20)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar il-bidu mingħand

—

Lamett Europe NV, Svartes sro, Labeco BV (Lalegno), Whiteriver (WRG) Ltd, BGP Group srl, Woodco Soc Coop, Avalin Group FZE, Soboplac, Gamma Trading Srl, u Importer A. Dawn il-kumpaniji huma kollettivament magħrufa għall-fini ta’ din l-investigazzjoni bħala l-Alleanza tal-Importaturi tal-MWF tal-Unjoni (“AUMI”, Alliance of Union MWF Importers)

—

L-Assoċjazzjoni Nazzjonali Ċiniża tal-Industrija tal-Prodotti tal-Foresta (“CNFPIA”, China National Forest Products Industry Association).

—

Il-Federazzjoni Ewropea tal-Parquet (“FEP”, Fédération européenne du parquet)

(21)

AUMI u CNFPIA argumentaw li l-ilment kien jiddependi fuq kwantitajiet ta’ importazzjoni f’metri kwadri mill-Eurostat li kienu ġew aġġustati mill-ilmentatur. AUMI u CNFPIA argumentaw ukoll li l-ilmentatur la kien spjega l-ħtieġa għall-aġġustament, u lanqas ma ddivulga l-metodu ta’ aġġustament. AUMI u CNFPIA nnutaw li l-użu tal-kwantitajiet ta’ importazzjoni aġġustati proposti mill-ilmentatur irriżulta f’żieda ta’ aktar minn 20 % tal-kwantitajiet tal-importazzjoni miċ-Ċina matul il-perjodu kkonċernat. L-AUMI u s-CNFPIA żiedu li l-użu tal-kwantitajiet tal-importazzjoni kif irrapportati mill-Eurostat, jiġifieri, mingħajr ebda aġġustament, jirriżulta fi tnaqqis ta’ 3 % tal-kwantitajiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina matul il-perjodu kkonċernat. Barra minn hekk, l-AUMI u s-CNFPIA indikaw li l-kwantitajiet ta’ importazzjoni aġġustati ikkawżaw distorsjoni f’indikaturi ekonomiċi oħra bħall-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi, il-konsum u l-ishma mis-suq.

(22)

F’dan ir-rigward, il-FEP indika li filwaqt li l-firxa tad-densità tas-superfiċje tal-MWF kienet bejn 7 u 9,5 kilogramma (“kg”) għal kull metru kwadru (“m2”), diversi entrati tal-Eurostat kienu barra minn din il-medda tad-densità tas-superfiċje. Il-FEP spjegat li l-operaturi ekonomiċi jeħtiġilhom jirrapportaw il-massa netta (tunnellati jew kilogrammi) lill-awtoritajiet doganali, iżda mhux neċessarjament l-unità supplimentari (m2). Għalhekk, il-FEP aġġustat l-entrati barra mill-medda billi ddividiet il-massa netta ddikjarata tagħhom bid-densità medja tal-medda msemmija hawn fuq. Il-FEP aġġornat ukoll il-parti rispettiva tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment biex turi l-metodu ta’ aġġustament.

(23)

Il-Kummissjoni analizzat ukoll il-kwistjoni matul l-investigazzjoni u indirizzatha fit-taqsima 4.4.

(24)

L-AUMI argumentat li l-ilment ma kienx jinkludi ċifri għal ħamsa mill-15-il indikatur ta’ dannu, b’mod partikolari r-redditu fuq l-investiment, il-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet tal-Unjoni, l-effetti negattivi attwali u potenzjali fuq il-fluss tal-flus, il-pagi u t-tkabbir.

(25)

Il-Kummissjoni nnotat li ma kienx obbligatorju li jiġu inklużi l-indikaturi msemmija hawn fuq fl-istadju tal-ilment. Il-Kummissjoni eżaminat dawn l-indikaturi matul l-investigazzjoni fit-taqsima 4. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(26)

L-AUMI u s-CNFPIA argumentaw li l-ilment ma kienx jinkludi informazzjoni affidabbli biex tappoġġa l-asserzjoni li l-industrija tal-Unjoni kienet qed issofri dannu materjali. Dwar il-makroindikaturi, l-AUMI u s-CNFPIA asserixxew li l-volumi tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-bejgħ, u l-impjiegi fl-Unjoni kienu stabbli mill-2020 sal-2022 u naqsu biss fil-perjodu ta’ investigazzjoni bħala riżultat tat-tnaqqis fid-domanda fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-AUMI u s-CNFPIA indikaw li l-produtturi tal-Unjoni żiedu s-sehem mis-suq u l-prezzijiet tagħhom matul il-perjodu ta’ investigazzjoni fl-ilment li juri li l-produtturi tal-Unjoni kellhom saħħa ekonomika robusta. Dwar il-mikroindikaturi, l-AUMI u s-CNFPIA ddikjaraw li d-data dwar il-produzzjoni, il-bejgħ u l-impjiegi għall-Ilmentaturi marret għall-agħar biss matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, l-AUMI u s-CNFPIA sostnew li l-produtturi tal-Unjoni kienu żiedu l-investimenti tagħhom b’56 % matul il-perjodu kopert mill-ilment, li kienet evidenza tar-robustezza finanzjarja tagħhom. L-AUMI u s-CNFPIA indikaw li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jidhru li adattaw aħjar għat-tnaqqis fid-domanda tal-Unjoni: filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu naqsu, il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni żdiedu. Dwar il-prestazzjoni finanzjarja, l-AUMI u s-CNFPIA nnutaw li l-produtturi tal-Unjoni jidhru li tejbu kemm il-bejgħ kif ukoll il-profittabbiltà bejn l-2020 u l-2022 minkejja ż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi matul dak il-perjodu. Fl-aħħar nett, l-AUMI argumentat ukoll li l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b’21 % matul il-perjodu kopert mill-ilment, filwaqt li mill-inqas produttur wieħed tal-Unjoni waqqa’ l-prezz tal-importaturi mhux relatati u xorta għamel profitti.

(27)

Bħala kumment preliminari, il-Kummissjoni fakkret li sejba prima facie ta’ dannu materjali teħtieġ eżami, inter alia, tal-fatturi rilevanti kif deskritti fl-Artikolu 5(2)(d) tar-Regolament bażiku. Tabilħaqq, il-kliem tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku jgħid li l-ilment għandu jkun fih l-informazzjoni dwar il-bidliet fil-volum tal-importazzjonijiet allegatament oġġett ta’ dumping, l-effett ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq il-prezzijiet tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti tal-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, kif muri mill-fatturi u l-indiċijiet rilevanti (mhux neċessarjament kollha) li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni, bħal dawk elenkati fl-Artikoli 3(3) u 3(5) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku jiddikjara li l-lista mhijiex eżawrjenti, u lanqas ma jista’ xi wieħed jew aktar minn dawn il-fatturi neċessarjament jagħtu gwida deċiżiva. Għalhekk, mhux il-fatturi kollha jridu juru deterjorament sabiex tiġi stabbilita sejba prima facie ta’ dannu materjali. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ fatturi oħra li jista’ jkollhom impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ma timplikax neċessarjament li l-effett tal-importazzjonijiet li jkunu oġġett ta’ dumping fuq din l-industrija ma huwiex materjali.

(28)

L-analiżi speċifika tad-dannu tal-ilment imwettqa mill-Kummissjoni wriet li kien hemm biżżejjed evidenza li tindika żieda fil-penetrazzjoni tas-suq tal-Unjoni (kemm f’termini assoluti kif ukoll relattivi) mill-importazzjonijiet miċ-Ċina bi prezzijiet li jwaqqgħu il-prezz u jbiegħu taħt il-prezz tal-industrija tal-Unjoni stess. Dan jidher li kellu impatt materjalment dannuż fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni, muri pereżempju mit-tnaqqis fil-produzzjoni, fil-bejgħ u fis-sehem mis-suq, minn deterjorament tar-riżultati finanzjarji jew mil-livell tal-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni. Fir-rigward tal-asserzjonijiet dwar makroindikaturi, mikroindikaturi u twaqqigħ tal-prezzijiet speċifiċi, fit-taqsima 4 l-Kummissjoni pprovdiet il-valutazzjoni dettaljata dwar id-dannu materjali matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

2.   PRODOTT TAĦT INVESTIGAZZJONI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott taħt investigazzjoni

(29)

Il-prodott taħt investigazzjoni huwa pannelli mmuntati għall-paviment, b’diversi saffi, tal-injam, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 4418 75 00 (“il-prodott taħt investigazzjoni”). Il-pannelli tal-bambù jew b’mill-inqas is-saff ta’ fuq (saff protettiv) tal-bambù, u l-pannelli għal paviment tal-mużajk huma esklużi.

(30)

L-MWF huwa prodott manifatturat ibbażat fuq l-injam magħmul minn diversi saffi ta’ fuljetti tal-injam li huma mwaħħlin flimkien bil-kolla jew magħqudin flimkien. Il-MWF jintuża prinċipalment għall-art ta’ ġewwa.

2.2.   Prodott ikkonċernat

(31)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-prodott investigat li joriġina mir-RPĊ (“il-prodott ikkonċernat”).

2.3.   Prodott simili

(32)

L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiki fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

—

il-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni;

—

Il-prodott li qed jiġi investigat prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ; kif ukoll

—

il-prodott taħt investigazzjoni prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(33)

F’dan l-istadju l-Kummissjoni ddeċidiet li, għaldaqstant, dawk il-prodotti huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   DUMPING

3.1.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(34)

Minħabba li kien hemm provi biżżejjed disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li indikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiftaħ l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(35)

Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni tal-eritritol. Kienu 73 l-produtturi esportaturi li ssottomettew l-informazzjoni rilevanti.

(36)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

(37)

Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, kienet għażlet provviżorjament lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi rappreżentattivi oħra li setgħu jkunu xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku.

(38)

Fit-23 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati permezz ta’ nota (“in-Nota”) dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali. F’dik in-Nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-MWF. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku u d-disponibbiltà tal-informazzjoni finanzjarja rilevanti, il-Kummissjoni identifikat tliet pajjiżi rappreżentattivi possibbli, jiġifieri t-Turkija, l-Indoneżja u l-Malażja. Abbażi tal-informazzjoni li kienet disponibbli għall-Kummissjoni f’dak iż-żmien, hija qieset li t-Turkija tista’ tkun pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-Kummissjoni rċeviet żewġ sottomissjonijiet b’kummenti dwar in-Nota b’mod konġunt minn żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi, jiġifieri l-Grupp JINFA u l-Grupp Fusong Jinlong. Il-Federazzjoni Ewropea tal-Parquet (l-ilmentatur) ukoll ippreżentat kummenti. Dawn il-kummenti huma indirizzati fid-dettall fit-taqsima 3.2.

(39)

Wara li analizzat il-kummenti u l-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Turkija kienet pajjiż rappreżentattiv xieraq li minnu jinkisbu prezzijiet u kostijiet mingħajr distorsjoni għad-determinazzjoni tal-valur normali.

3.2.   Valur normali

(40)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(41)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni” , u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” ( “kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” , minn hawn ’il quddiem “SG&A”(selling, general and administrative costs)).

(42)

Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, fl-investigazzjoni preżenti l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.2.1.   Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(43)

L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jiddikjara li “distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta' element wieħed jew aktar mis-segwenti:

—

is-suq inkwistjoni huwa servut f'miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur;

—

il-preżenza tal-istat f'ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet;

—

politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b'mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles;

—

in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà;

—

il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni;

—

aċċess għal finanzjament mogħti minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ politika pubblika jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat.”

(44)

Peress li l-lista fl-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku ma hijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jingħataw għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw biex juru l-eżistenza ta’ element wieħed jew aktar tal-lista.

(45)

Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku trid issir abbażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni kumplessiva dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali sabiex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq.

(46)

L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jistipula li “fejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur”.

(47)

Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar iċ-Ċina (“Rapport”) (6), li fih evidenza tal-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inkluż distorsjonijiet speċifiċi f’ħafna fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u x-xogħol), kif ukoll setturi magħżula (bħas-settur tal-prodotti bbażati fuq l-injam). Il-partijiet interessati ġew mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu.

(48)

L-ilmentatur argumenta li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt investigazzjoni, inkluż il-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku u li, b’riżultat ta’ dan, mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali.

(49)

Biex jappoġġa din il-pożizzjoni, l-ilmentatur irrefera għall-evidenza li tinsab fir-Rapport, kif ukoll għas-sejbiet fl-investigazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti.

(50)

B’mod partikolari, l-ilmentatur indika s-sejbiet preċedenti tal-Kummissjoni dwar is-sistema ekonomika Ċiniża li hija bbażata fuq id-duttrina tal-ekonomija tas-suq soċjalista, fuq ir-rwol ewlieni tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP” (Chinese Communist Party) jew “Partit”) u fuq il-politika ekonomika intervenzjonista tal-istat.

(51)

Barra minn hekk, filwaqt li indika li l-industrija tal-MWF hija parti mis-setturi Ċiniżi tal-forestrija u tal-prodotti tal-injam, l-ilmentatur fakkar fl-elementi li ġejjin li jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti.

(52)

L-ewwel nett, is-settur tal-MWF qed jiġi servut b’mod sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-awtoritajiet tal-Istat:

—

Kif stabbilit fil-każ tal-okoumé plywood (7), is-CCP kellu rwol prominenti fl-operazzjonijiet u fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpaniji Ċiniżi, inkluż dawk privati.

—

Dan jidher ukoll fil-livell tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali Ċiniża tal-Industrija tal-Prodotti tal-Foresta (“ CNFPIA ”, China National Forest Product Industry Association). Skont l-Artikolu 4 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tas-CNFPIA, l-organizzazzjoni “ taċċetta l-gwida professjonali, is-superviżjoni u l-ġestjoni […] tal-Amministrazzjoni tal-Istat għall-Forestrija u l-Art bil-Ħaxix u l-Ministeru tal-Affarijiet Ċivili ”  (8).

—

Barra minn hekk, wieħed mill-akbar gruppi tal-industrija tal-foresti fiċ-Ċina huwa l-intrapriża tal-Istat (“ SOE ”, state-owned enterprise) Jilin Forest Industry Group Co., Ltd. (“ Jilin Group ”). Jilin Group huwa manifattur Ċiniż ewlieni ta’ prodotti tal-injam għall-art u huwa s-sid ta’ stokk ta’ foresti ta’ 172 000 000 metru kubu (il-grupp waħdu jikkontrolla tmien parks forestali nazzjonali fiċ-Ċina) (9).

(53)

It-tieni, il-preżenza tal-Istat fil-kumpaniji tal-MWF tippermetti wkoll lill-awtoritajiet jinterferixxu mal-prezzijiet u/jew mal-ispejjeż:

—

Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, kull kumpanija jeħtiġilha tistabbilixxi organizzazzjoni tas-CCP jekk ikollha mill-inqas tliet membri tas-CCP, kif deskritt fil-Kostituzzjoni tas-CCP (10) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Dawn ir-regoli huma applikabbli wkoll għas-settur tal-MWF Ċiniż. Pereżempju, Zhejiang Yuhua Wood Industry, waħda mid-ditti ewlenin tal-prodotti tal-injam u l-art tal-injam fiċ-Ċina (11), twaqqfet minn membru tal-Konferenza Konsultattiva Politika tal-Poplu Ċiniż fil-livell tal-kontea.

—

Il-pervażività tal-preżenza tal-Istat fil-katina tal-valur tal-MWF hija evidenza ulterjuri tal-kapaċità tal-GTĊ li jinterferixxi f’dik l-industrija fir-rigward tal-prezzijiet u l-kostijiet, mhux l-inqas minħabba l-preżenza u l-intervent tagħha fis-swieq finanzjarji Ċiniżi u fil-forniment tal-materja prima (12).

(54)

It-tielet, il-GTĊ isegwi politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles:

—

Ir-regoli tal-akkwist pubbliku jintużaw regolarment biex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika (13). Bl-istess mod, l-iskrinjar tal-investiment kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodod għall-appoġġ tal-għanijiet tal-politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (14). Il-prodotti tal-pavimenti tal-injam jidhru b’mod prominenti fl-14-il Pjan ta’ Ħames Snin (FYP, Five-Year Plan) tar-RPĊ dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Foresti u tal-Ħaxix (2021-2025) (“ l-14-il FYP dwar il-Forestrija ”). Barra minn hekk, kif innotat mill-Kummissjoni fil-każ tal-okoumé plywood u abbażi tal-verżjoni Ċiniża oriġinali tad-dokument, l-14-il FYP dwar il-Forestrija jistabbilixxi miri speċifiċi tal-output għal dawn is-swieq: “[s]al-2025 [...] l-output tal-pavimentar se jiġi stabbilizzat f’madwar 800 miljun metru kwadru, u l-valur tal-output tal-għamara tal-injam se jaqbeż RMB 800 biljun ”  (15).

—

L-industrija Ċiniża tal-forestrija u tal-ħaxix hija wkoll soġġetta għall-Opinjoni ta’ Gwida tal-2019 tal-Amministrazzjoni għall-Forestrija u l-Art bil-Ħaxix (16) dwar il-Promozzjoni ta’ Żvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Forestrija u l-Art bil-Ħaxix (“ L-Opinjoni ta’ Gwida dwar il-Forestrija ”) li stabbiliet parametri għall-iżvilupp ippjanat tas-settur: “ [s]al-2025, […] il-kapaċità ta’ appoġġ tar-riżorsi tal-foresti u tal-ħaxix se tissaħħaħ b’mod sinifikanti, […] u l-volum tal-kummerċ tal-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-prodotti tal-foresti għandu jilħaq USD 240 biljun ”  (17).

(55)

Ir-raba’, bħal f’setturi oħra tal-ekonomija Ċiniża, is-settur tal-MWF huwa soġġett għad-distorsjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment, il-kumpaniji u l-proprjetà:

—

Fil-każ tad-drappijiet tal-fibra tal-ħġieġ, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ distorsjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja tal-leġiżlazzjoni rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward tal-insolvenza u l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-użu tal-art (18).

—

Fil-każ tal-okoumé plywood, il-Kummissjoni nnotat li n-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà tar-RPĊ huma partikolarment evidenti fil-kuntest kemm tas-sjieda tal-art kif ukoll tad-drittijiet tal-użu tal-art tal-pajjiż (19).

—

Barra minn hekk, peress li l-ġestjoni tal-foresti taċ-Ċina taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-NFGA, l-awtorità tal-forestrija Ċiniża tissorvelja l-approvazzjoni tal-attivitajiet kollha tal-ipproċessar tal-injam fil-pajjiż (20).

(56)

Il-ħames, il-kostijiet tal-pagi huma distorti fis-settur tal-MWF ukoll:

—

Il-Kummissjoni sabet preċedentement li sistema ta’ pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa bis-sħiħ fiċ-Ċina peress li l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva. Organizzazzjoni unika waħda biss hija attiva fiċ-Ċina, iżda m’għandhiex indipendenza mill-istat (21).

—

Barra minn hekk, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi. Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li mhumiex fil-pussess tar-reġistrazzjoni tar-residenza lokali jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u jirċievu pagi aktar baxxi minn dawk li huma detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (22).

(57)

Is-sitt, il-produtturi fis-settur tal-MWF għandhom aċċess għal finanzjament mogħti minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ politika pubblika jew li b’xi mod ieħor ma jkunux qed jaġixxu b’mod indipendenti mill-istat:

—

Il-banek Ċiniżi u komponenti oħra tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, tal-bonds u tal-ekwità privata, huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod mhux immirat lejn il-massimizzazzjoni tal-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda lejn l-iżgurar tal-kontroll u l-permess ta’ intervent mill-Istat u mis-CCP (23). Il-banek jibqgħu konnessi mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali. B’mod notevoli, l-ogħla membri tal-eżekuttiv ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP (24).

—

L-istituzzjonijiet finanzjarji fiċ-Ċina joperaw skont regoli li jidderieġu l-finanzi f’setturi deżinjati mill-gvern bħala mħeġġa jew inkella importanti (25). Din is-sitwazzjoni tirriżulta fi preġudizzju favur is-self lill-SOEs, ditti privati kbar u konnessi tajjeb u ditti f’setturi industrijali ewlenin, li jfisser li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital mhumiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq (26).

(58)

Bħala konklużjoni, l-ilmentatur argumenta li fis-settur tal-MWF hemm distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(59)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fit-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl.

(60)

Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija taċ-Ċina b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka proprja tagħha dwar id-diversi kriterji rilevanti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina.

3.2.1.1.   Distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina

(61)

Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa stabbilit fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika taċ-Ċina. Il-prinċipju fundamentali hu s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi tal-produzzjoni, jiġifieri, is-sjieda mill-persuni kollha u s-sjieda kollettiva mill-ħaddiema” (27).

(62)

L-ekonomija tal-Istat hija l-“forza ewlenija fl-ekonomija nazzjonali” u l-istat għandu l-mandat li jiżgura l-“konsolidazzjoni u t-tkabbir” tagħha (28). Konsegwentement, l-istruttura kumplessiva tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija, iżda dawn l-interventi huma espressament obbligatorji. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fis-sistema ġuridika kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha.

(63)

Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ewlieni: din tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li permezz tagħha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħrajn ta’ sjieda huma tollerati, bil-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma’ spalla mas-sjieda tal-Istat (29).

(64)

Barra minn hekk, skont il-liġi Ċiniż, l-ekonomija tas-suq soċjalista tiġi żviluppata taħt it-tmexxija tas-CCP. L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma magħqudin flimkien f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jiffurmaw sovrastruttura li fiha r-rwoli tas-CCP u tal-Istat ma jintgħarfux minn xulxin.

(65)

Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni.

(66)

Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[is-]sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina” iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “[il-]karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiki Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina” (30). Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika taċ-Ċina.

(67)

Din it-tmexxija u dan il-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali ta’ pajjiżi oħra, fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limiti tiegħu hemm forzi tas-suq ħieles.

(68)

L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq għanijiet li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jkunu jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (31). Huma bosta l-għodod ekonomiċi intervenzjonisti użati mill-awtoritajiet Ċiniżi, u fosthom hemm is-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju.

(69)

L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv globali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija regolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u ta’ politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern.

(70)

Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma spjegati fid-dettall, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġati l-industriji/is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri tal-output espliċiti.

(71)

Skont il-pjanijiet, qegħdin jiġu identifikati setturi u/jew proġetti industrijali individwali bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern, u qegħdin jiġu attribwiti lilhom għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi (titjib industrijali, espansjoni internazzjonali, eċċ.).

(72)

L-operaturi ekonomiċi, kemm dawk privati kif ukoll dawk tal-Istat iridu jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan ma huwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet, iżda wkoll minħabba li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema tal-pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont din is-sistema, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (32).

(73)

It-tieni, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tar-RPĊ hija ddominata mill-banek kummerċjali u ta’ politika tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom iridu jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (33).

(74)

L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li ma humiex xprunati biex itejbu l-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji, iżda biex jiżguraw il-kontroll u jippermettu l-intervent mill-Istat u mis-CCP (34).

(75)

It-tielet, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu numru ta’ forom Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex jiġi ffaċilitat l-ilħuq tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha mhijiex definita, u b’hekk tħalli marġni wiesa’ ta’ apprezzament għall-korpi responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet (35).

(76)

B’mod simili, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġati għanijiet ta’ politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (36).

(77)

Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi mill-gvern. Tali interventi sostanzjali mill-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, li jirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (37).

3.2.1.2.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa servut b’mod sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni jew il-gwida tal-politika tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur

(78)

Fiċ-Ċina, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija.

(79)

Is-settur tal-prodott ikkonċernat huwa moqdi prinċipalment minn kumpaniji privati, bħal Nature Home (38), Power Dekor (39) jew Der (40) iżda wkoll, sa ċertu punt, minn SOEs bħall-Jilin Group (41).

(80)

Madankollu, l-interventi tas-CCP fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali saru n-norma mhux biss fl-SOEs, iżda anke f’kumpaniji privati (42), bis-CCP jasserixxi tmexxija fuq prattikament kull aspett tal-ekonomija tal-pajjiż. Tabilħaqq, l-influwenza tal-Istat permezz ta’ strutturi tas-CCP fi ħdan il-kumpaniji effettivament tirriżulta f’sitwazzjoni li fiha l-operaturi ekonomiċi jkunu taħt kontroll u taħt superviżjoni politika tal-gvern, fid-dawl ta’ kif l-istrutturi tal-Istat u tal-Partit kibru flimkien fiċ-Ċina.

(81)

Barra minn hekk, is-settur tal-MWF huwa soġġett għal diversi politiki tal-gvern, peress li s-settur tal-ipproċessar tal-injam ġie elenkat bħala industrija mħeġġa kemm fil-Katalogu ta’ Gwida tal-2019 għall-Aġġustament Strutturali tal-Industrija (43), kif ukoll fil-verżjoni aġġornata tiegħu tal-2024 (44). Bl-istess mod, l-14-il FYP dwar il-Forestrija jistabbilixxi l-objettivi li ġejjin: “Jiġu mħeġġa l-iżvilupp, l-applikazzjoni u l-promozzjoni ta’ adeżivi ġodda li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, u gradwalment jiżdied il-proporzjon ta’ prodotti tal-ipproċessar tal-injam b’ammont baxx ta’ formaldeid u mingħajr formaldeid. Jiġu kkonsolidati u mtejba l-industriji tradizzjonali vantaġġużi bħall-pavimenti tal-injam […]. Sal-2025, […] l-output tal-pavimentar se jistabbilizza f’madwar 800 miljun metru kwadru”  (45) .

(82)

Il-kontroll tal-gvern u s-superviżjoni politika jistgħu jiġu osservati wkoll fil-livell tal-assoċjazzjonijiet industrijali rilevanti (46). Pereżempju, is-CNFPIA tiddikjara fl-Artikolu 3 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tagħha li l-organizzazzjoni “taċċetta l-gwida, is-superviżjoni u l-ġestjoni tan-negozju mill-entitajiet inkarigati mir-reġistrazzjoni u l-ġestjoni, mill-entitajiet inkarigati mill-bini tal-Partit, kif ukoll mid-dipartimenti amministrattivi rilevanti inkarigati mill-ġestjoni tal-industrija” (47).

(83)

Nature Home, Der kif ukoll Jilin Forest Industry Jinqiao Flooring Group, sussidjarja ta’ Jilin Group li hija proprjetà tal-Istat, huma membri tas-CFPIA (48).

(84)

Bl-istess mod, l-Assoċjazzjoni Ċiniża tad-Distribuzzjoni tal-Injam u tal-Prodotti tal-Injam (“CTWPDA”, China Timber and Wood Products Distribution Association) tiddikjara wkoll fl-Artikolu 3 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tagħha li l-organizzazzjoni “taċċetta l-gwida, is-superviżjoni u l-ġestjoni tan-negozju mill-entitajiet inkarigati mir-reġistrazzjoni u l-ġestjoni, mill-entitajiet inkarigati mill-bini tal-Partit, kif ukoll mid-dipartimenti amministrattivi rilevanti inkarigati mill-ġestjoni tal-industrija” (49) u tippreżenta ruħha bħala “assoċjazzjoni soġġetta għall-amministrazzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Ċivili u għas-superviżjoni u l-gwida tal-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat […]” (50).

(85)

Power Dekor hija membru tas-CTWPDA u l-president tal-bord tad-diretturi tagħha jservi wkoll bħala viċi president fil-bord tad-diretturi tal-assoċjazzjoni (51).

(86)

Konsegwentement, anke l-produtturi privati fis-settur tal-prodott ikkonċernat ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Fil-fatt, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur huma soġġetti għal superviżjoni u għal gwida tal-politika.

3.2.1.3.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku: il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet.

(87)

Il-GTĊ jinsab f’pożizzjoni fejn jista’ jinterferixxi fil-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Tabilħaqq, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali.

(88)

Skont il-liġi tal-kumpaniji taċ-Ċina, għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP f’kull kumpanija (b’mill-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (52)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-Partit.

(89)

Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, tal-anqas mill-2016, is-CCP qiegħed isaħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu sabiex jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku (53), inkluż billi jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u jsegwu d-dixxiplina tal-Partit (54).

(90)

Diġà, fl-2018, kien ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-Partit f’madwar 73 % ta’ madwar 2,57 miljun kumpanija bi sjieda privata, bi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (55). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fis-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott ikkonċernat u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(91)

Barra minn hekk, fil-15 ta’ Settembru 2020 inħareġ dokument bit-titolu Linji Gwida tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida (“il-Linji Gwida”) (56), li kompla jespandi r-rwol tal-kumitati tal-Partit f’intrapriżi privati.

(92)

It-Taqsima II.4 tal-Linji Gwida tiddikjara: “[j]eħtiġilna nżidu l-kapaċità ġenerali tal-Partit li jmexxi l-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat u nżidu b’mod effettiv il-ħidma f’dan il-qasam”; u t-taqsima III.6 tiddikjara: [j]eħtiġilna nkomplu nżidu l-bini tal-Partit f’intrapriżi privati u nippermettu liċ-ċelloli tal-Partit jaqdu r-rwol tagħhom b’mod effettiv bħala fortizza u nabilitaw lill-membri tal-Partit biex iwettqu r-rwoli tagħhom bħala gwardji u pijunieri. Għalhekk, il-Linji Gwida jenfasizzaw u jfittxu li jżidu r-rwol tas-CCP fil-kumpaniji u f’entitajiet oħrajn tas-settur privat (57).

(93)

L-investigazzjoni preżenti kkonfermat li jeżisti wkoll trikkib bejn pożizzjonijiet maniġerjali u sħubija / funzjonijiet tas-CCP fis-settur tal-MWF. Bħala eżempju, membru tal-bord tad-diretturi ta’ Der iservi wkoll bħala s-segretarju tal-Partit tal-azzjonist kontrollanti tal-kumpanija (58). Barra minn hekk, il-president tal-bord tad-diretturi ta’ Jilin Forestry Jinqiao Flooring Group iservi wkoll bħala s-segretarju tal-kumitat tal-Partit tal-grupp (59).

(94)

Barra minn hekk, Power Dekor “taderixxi mal-gwida tal-Ħsieb ta’ Xi Jinping dwar is-Soċjaliżmu b’Karatteristiċi Ċiniżi għall-Era l-Ġdida, u tistudja bir-reqqa, tippubbliċizza u timplimenta l-ispirtu tal-20 Kungress Nazzjonali tas-CPC, filwaqt li tipprovdi garanziji politiċi, ideoloġiċi u organizzattivi b’saħħithom għall-Grupp biex ilesti l-objettivi u l-kompiti kummerċjali tiegħu u jikseb żvilupp ta’ kwalità għolja” (60).

(95)

Il-preżenza u l-intervent tal-istat fis-swieq finanzjarji kif ukoll fil-provvediment tal-materja prima u tal-inputs, għandhom effett ta’ distorsjoni ulterjuri fuq is-suq (61). B’hekk, il-preżenza tal-Istat f’ditti, fis-settur tal-MWF u f’setturi oħrajn (bħas-setturi finanzjarji u tal-inputs) tippermetti lill-GOC jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet.

3.2.1.4.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles

(96)

Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffukaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti ta’ ppjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern

(97)

B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fiċ-Ċina tirriżulta fis-sitwazzjoni fejn ir-riżorsi jintbagħtu lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati skont il-forzi tas-suq (62).

(98)

L-awtoritajiet Ċiniżi ppromulgaw għadd ta’ politiki li jiggwidaw il-funzjonament tas-settur tal-MWF.

(99)

Bħala eżempju, l-Opinjoni ta’ Gwida dwar il-Forestrija fiha wkoll id-dispożizzjoni li ġejja: “Sal-2025, is-sistema u l-mekkaniżmu għall-użu razzjonali tar-riżorsi tal-foresti u tal-ħaxix se jiġu ffurmati bażikament, il-kapaċità ta’ appoġġ tar-riżorsi tal-foresti u tal-ħaxix se tittejjeb b’mod sinifikanti, il-produzzjoni ta’ prodotti tal-foresti u tal-ħaxix ta’ kwalità għolja se tiżdied b’mod sinifikanti, u l-kummerċ tal-prodotti tal-foresti se jkompli jikber, filwaqt li jsir sforz biex jiżdied il-valur tal-output nazzjonali tal-forestrija b’ 50 % fuq il-bażi attwali. […] Sal-2035, […] l-iskala tal-industrija tal-foresti u l-ħaxix se tiġi estiża aktar, […] l-istruttura tal-industrija se tiġi ottimizzata aktar, il-kwalità tal-prodott u l-livell ta’ servizz se jittejbu b’mod komprensiv, is-superviżjoni tal-użu tar-riżorsi se tkun aktar effiċjenti, sabiex tissaħħaħ kontinwament il-kapaċità tas-settur li jaqdi l-istrateġiji nazzjonali”.

(100)

Barra minn hekk, fil-livell provinċjali, l-14-il FYP tal-Provinċja Awtonoma ta’ Guangxi dwar l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u l-perspettivi tal-2035 (63) għandhom l-għan li “jikkomplementaw, isaħħu u jestendu ktajjen tal-industrija vantaġġużi”, inkluż billi “jippromwovu t-trasformazzjoni u t-titjib tal-industriji tradizzjonali bħal […] l-ipproċessar tal-injam […]”. Barra minn hekk, fir-rigward tal-industrija tal-ipproċessar tal-forestrija: “enfasi fuq l-iżvilupp tal-produzzjoni tal-karta [u] pannelli bbażati fuq l-injam […]” u “enfasi fuq il-bini ta’ katina industrijali sħiħa ta’ bordijiet manifatturati, għamara u tagħmir tad-dar.”

(101)

Ukoll fil-livell lokali, f’Jannar 2024, id-Distrett ta’ Shuyang (il-provinċja ta’ Jiangsu) adotta Opinjoni dwar l-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-industrija tal-ipproċessar tal-injam u tal-manifattura tal-għamara (64) bl-għan li “[s]a tmiem l-2026, jiġu kkultivati 1-2 kumpaniji elenkati, 1-2 gruppi ta’ intrapriżi b’valur tal-output li jaqbeż RMB 5 biljun u kontinwament tittejjeb il-kwalità totali tal-industrija […] [u] tittejjeb il-katina tal-industrija, jiżdied is-sehem ta’ prodotti lesti bħal pavimentar ta’ livell għoli, għamara u materjali dekorattivi.”

(102)

Barra minn hekk, dejjem fil-provinċja ta’ Jiangsu, l-investigazzjoni kkonfermat l-eżistenza ta’ politiki preferenzjali tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-banek tal-Istat lejn manifatturi individwali tal-MWF, bħal fil-każ ta’ Der li fl-2020 iffirma “ftehim ta’ kooperazzjoni strateġika mal-Uffiċċju Muniċipali tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni ta’ Suzhou, mal-Bank Industrijali u Kummerċjali taċ-Ċina (il-Fergħa ta’ Suzhou) u mal-Bank of China (il-il-Fergħa ta’ Suzhou)” (65). Dan il-ftehim ġie ffirmat taħt is-superviżjoni tal-membri tas-CCP tal-Kumitat tal-Partit Muniċipali ta’ Suzhou u għandu l-għan li “jappoġġa l-iżvilupp tal-intrapriża privata u jippromwovi b’mod konġunt it-trasformazzjoni u t-titjib tal-intrapriża”.

(103)

Għalhekk, permezz ta’ dawn il-mezzi u ta’ mezzi oħrajn, il-GTĊ jidderiġi u jikkontrolla kważi kull aspett fl-iżvilupp u fil-funzjonament tas-settur, kif ukoll l-inputs upstream.

(104)

Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi ta’ politika pubblika li jikkonċernaw is-settur. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

3.2.1.5.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku: in-nuqqas ta’ applikazzjoni, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment, il-kumpaniji jew il-proprjetà

(105)

Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin tagħha stess bħal pereżempju s-saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-djun u s-salvagwardjar tad-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tibbaża formalment fuq prinċipji simili għal dawk li jiġu applikati f’liġijiet korrispondenti f’pajjiżi oħrajn minbarra ċ-Ċina, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku.

(106)

In-numru ta’ fallimenti jibqa’ notorjament baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-anqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza għandhom numru ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għar-reġistrazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu b’saħħtu u attiv, u ta’ spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (66).

(107)

Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet ta’ proprjetà huma partikolarment evidenti fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet tal-użu tal-art fiċ-Ċina (67). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat (art rurali bi sjieda kollettiva u art urbana proprjetà tal-Istat) u l-allokazzjoni tagħha tibqa’ tiddependi biss fuq l-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u bi prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma jiġux irrispettati b’mod regolari, fejn ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (68). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluż l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (69).

(108)

L-istess bħas-setturi l-oħrajn fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-prodott ikkonċernat huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġi Ċiniża dwar il-falliment, dwar il-liġi tal-kumpaniji u dwar il-liġi tal-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anke dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. Dawk il-kunsiderazzjonijiet, fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma applikabbli bis-sħiħ anke fis-settur tal-forestrija u tal-produzzjoni tal-injam, u għalhekk fis-settur tal-MWF. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet.

(109)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-prodott ikkonċernat.

3.2.1.6.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku: il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni

(110)

Sistema ta’ pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa bis-sħiħ fiċ-Ċina minħabba li l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mfixkla fid-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva. Iċ-Ċina ma rratifikatx numru ta’ konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO, International Labour Organisation), b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (70).

(111)

Skont id-dritt nazzjonali, organizzazzjoni ta’ trade union waħda biss hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni ma hijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu elementari (71). Barra minn hekk, il-mobilità tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u benefiċċji oħrajn għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari.

(112)

Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkunux fil-pussess tar-reġistrazzjoni tar-residenza lokali, u jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u li jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (72).

(113)

Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-MWF ma jkunx soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta.. Għalhekk, is-settur huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet lavorattivi kemm direttament (fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat jew tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (f’termini ta’ aċċess għall-kapital jew għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fiċ-Ċina).

3.2.1.7.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħti minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat.

(114)

L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fir-RPĊ huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet.

(115)

L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (73), li, meta jagħtu aċċess għal finanzjament, iqisu kriterji oħrajn għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbutin mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla membri tal-eżekuttiv tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (74) u jimplimentaw b’mod regolari politiki pubbliċi mfassla mill-GTĊ.

(116)

Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jwettqu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (75). Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inkluż is-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali.

(117)

Pereżempju, il-GTĊ iċċara li anke d-deċiżjonijiet bankarji kummerċjali privati jeħtiġilhom jiġu ssorveljati mis-CCP u jibqgħu konformi mal-politiki nazzjonali. Wieħed mit-tliet għanijiet ġenerali tal-Istat fir-rigward tal-governanza bankarja issa huwa li tissaħħaħ it-tmexxija tal-Partit fis-settur bankarju u tal-assigurazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni (76). Barra minn hekk, il-kriterji tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali issa għandhom iqisu, b’mod partikolari, kif l-entitajiet “jaqdu l-objettivi ta’ żvilupp nazzjonali u l-ekonomija reali”, u b’mod partikolari kif “jaqdu l-industriji strateġiċi u emerġenti” (77) .

(118)

Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta’ spiss ikunu distorti għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u mis-saħħa ta’ kull garanzija impliċita mill-gvern (78). Dan huwa aggravat minn regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi f’setturi ddeżinjati mill-gvern bħala inkoraġġiti jew inkella importanti (79). Dan jirriżulta fi preġudizzju favur li jingħata self lill-intrapriżi tal-Istat, lil ditti privati kbar b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital mhumiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq.

(119)

It-tieni, il-kostijiet tat-teħid b’self inżammu baxxi b’mod artifiċjali biex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan huwa muri mit-tkabbir fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis qawwi fil-profittabilità, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi fis-seħħ fis-sistema bankarja ma jsegwux risponsi kummerċjali normali.

(120)

It-tielet, għalkemm il-liberalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax nominali nkisbet f’Ottubru 2015, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Is-sehem tas-self bir-rata normattiva jew taħtha kien għadu jirrappreżenta mill-inqas terz tas-self kollu sa tmiem l-2018 (80). Il-media uffiċjali fir-RPĊ dan l-aħħar irrapportat li s-CCP talab “li r-rata tal-imgħax tas-suq tas-self titmexxa ’l isfel” (81). Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi twaqqigħ tal-prezzijiet, u konsegwentement, fl-użu eċċessiv tal-kapital.

(121)

It-tkabbir ġenerali tal-kreditu fiċ-Ċina jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr l-ebda sinjal ta’ restrizzjoni kreditizja li tkun mistennija f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. B’riżultat ta’ dan, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu, u l-GTĊ għażel għal numru ta’ drabi li jew jevita l-inadempjenzi, sabiex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħin kumpaniji “żombi”, jew li jittrasferixxi s-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambju ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament elimina l-problema ġenerali tad-dejn jew indirizza l-kawżi ewlenin tagħha.

(122)

Essenzjalment, minkejja l-passi li ttieħdu biex jiġi liberalizzat is-suq, is-sistema tal-kreditu korporattiv fiċ-Ċina hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti li jirriżultaw mir-rwol pervażiv kontinwu tal-Istat fis-swieq kapitali. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

(123)

Ma ġiet sottomessa l-ebda evidenza fl-investigazzjoni li turi li s-settur tal-prodott ikkonċernat ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

3.2.1.8.   In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti

(124)

Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport huma karatteristika għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq kif ukoll fil-Parti I tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni kif stabbilit hawn fuq u fil-Parti II tar-Rapport.

(125)

Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott ikkonċernat, huma meħtieġa ċerti inputs. Meta l-produtturi tal-prodott ikkonċernat jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. Dawn id-distorsjonijiet ġew deskritti fid-dettall hawn fuq, b’mod partikolari fil-premessi (78) - (123). Il-Kummissjoni indikat li l-istruttura regolatorja li tirfed dawk id-distorsjonijiet hija ġeneralment applikabbli, u l-produtturi tal-MWF huma soġġetti għal dawk ir-regoli bħal kwalunkwe operatur ekonomiku ieħor fiċ-Ċina. Għalhekk, id-distorsjonijiet għandhom effett dirett fuq l-istruttura tal-kostijiet tal-prodott ikkonċernat.

(126)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat ma humiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inkluż il-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport.

(127)

Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fiċ-Ċina kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fiċ-Ċina permezz tat-taħlit ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija.

(128)

L-ebda evidenza jew argument li juri l-kuntrarju ma ġie ppreżentat mill-GTĊ fl-investigazzjoni preżenti.

3.2.1.9.   L-argumenti tal-partijiet interessati

(129)

Fit-2 ta’ Settembru 2024, Jinfa Group u Fusong Jinlong Group ippreżentaw b’mod konġunt sett ta’ kummenti bi tweġiba għan-Nota fuq l-FOP (factors of production).

(130)

L-ewwel nett, il-partijiet ħadu l-pożizzjoni li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inapplikabbli minħabba l-inkompatibbiltà tiegħu mal-ftehimiet tad-WTO u d-deċiżjonijiet tal-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO (“DSB”).

(131)

F’dan ir-rigward, il-partijiet argumentaw li:

(a)

peress li xi dispożizzjonijiet tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO rilevanti għall-kalkolu tad-dumping skadew fil-11 ta’ Diċembru 2016, l-UE jeħtiġilha tirrispetta l-obbligi korrispondenti tagħha skont il-liġi tad-WTO;

(b)

f’konformità mas-sejbiet tal-Korp tal-Appell f’DS473, għall-fini tal-kalkolu tal-kostijiet sabiex jinkiseb il-valur normali tal-prodott ikkonċernat meta ma jkunx jista’ jintuża l-prezz domestiku fil-pajjiż esportatur, l-awtoritajiet investigattivi ma jitħallewx jevalwaw il-kostijiet irrapportati fir-rekords miżmuma mill-esportatur/produttur skont parametru referenzjarju mhux relatat mal-kostijiet tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini.

(132)

It-tieni, il-partijiet sostnew li l-allegati distorsjonijiet mhumiex evidenzjati sew u, anki li kieku kellhom jeżistu, ma affettwawx il-prodott ikkonċernat.

(133)

B’mod partikolari, il-partijiet argumentaw li:

(a)

l-allegazzjonijiet fl-ilment huma ta’ natura ġenerali u jikkonċernaw l-istruttura ekonomika taċ-Ċina, aktar milli s-settur tal-prodott ikkonċernat. Fil-biċċa l-kbira jiddependu fuq ir-Rapport u fuq investigazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni. Il-valur evidenzjali u r-rilevanza tal-allegati fatturi trażversali eżistenti fl-ekonomija taċ-Ċina li jitqiesu distorsivi skont ir-Rapport huma dubjużi. B’mod partikolari, ir-Rapport ma jiżvela l-ebda rabta mal-industrija Ċiniża tal-MWF. Fir-rigward tal-investigazzjoni preċedenti tal-Kummissjoni, id-dipendenza tal-ilmentaturi fuq is-sejbiet fil-każ tal-plywood okoumé hija, dubjuża, peress li l-evidenza f’dak il-każ differenti minn dik rilevanti għal din l-investigazzjoni, kif ukoll minħabba li d-determinazzjonijiet dwar l-interventi tal-gvern skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku mill-każ tal-plywood okoumé ma jistgħux jiġu preżunti li jaffettwaw bl-istess mod is-suq tal-MWF;

(b)

l-ilmentaturi ma pprovdewx evidenza adegwata li tindika li s-suq tal-MWF huwa servut “b’mod sinifikanti” minn kumpaniji li huma taħt il-kontroll tal-Istat, jew li jkun hemm preżenza tal-Istat f’ditti “li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u l-kostijiet”. L-ilmentaturi lanqas ma speċifikaw x’inhu l-għadd totali ta’ produtturi Ċiniżi tal-MWF u s-sehem mis-suq tal-kumpaniji allegatament ikkontrollati mill-GTĊ. F’dan ir-rigward, il-partijiet indikaw li l-intrapriża tal-Istat Jilin Group, imsemmija mill-ilmentaturi, tirrappreżenta biss madwar 10 % tal-esportazzjonijiet totali tal-prodott taħt investigazzjoni lejn l-UE fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-partijiet sostnew ukoll li l-ilmentaturi naqsu wkoll milli jipproduċu xi evidenza li turi l-preżenza tas-CCP sa fejn huma kkonċernati l-partijiet.

(134)

Fir-rigward tal-argumenti tal-partijiet dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tad-WTO, il-Kummissjoni fakkret li fil-proċedimenti anti-dumping li jikkonċernaw prodotti miċ-Ċina, il-partijiet tat-taqsima 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO li ma skadewx ikomplu japplikaw meta jiġi ddeterminat il-valur normali, kemm fir-rigward tal-istandard tal-ekonomija tas-suq kif ukoll fir-rigward tal-użu ta’ metodoloġija li mhijiex ibbażata fuq tqabbil strett mal-prezzijiet jew il-kostijiet Ċiniżi.

(135)

Fir-rigward tar-referenza tal-partijiet għad-DS473, il-Kummissjoni fakkret li r-Rapport tal-Korp tal-Appell f’DS473 ma kienx jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, iżda ta’ stipulazzjoni partikolari fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku Madanakollu l-liġi tad-WTO kif interpretata mill-Korp tal-Appell fid-DS473 tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, bl-aġġustament dovut meta tali aġġustament ikun neċessarju u sostanzjat. Għalhekk, l-argumenti tal-partijiet ma setgħux jiġu aċċettati.

(136)

Fir-rigward tal-argumenti tal-partijiet dwar is-suffiċjenza tal-evidenza biex tintwera l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni fakkret mill-bidu nett li skont l-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku, jekk il-Kummissjoni tqis li l-evidenza sottomessa mill-ilmentaturi dwar id-distorsjonijiet sinifikanti hija suffiċjenti, hija tista’ tibda l-investigazzjoni fuq din il-bażi. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni indikat li, kif ikkonfermat mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza Viraj Profiles, il-kwantità u l-kwalità tal-evidenza meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-kriterji tas-suffiċjenza tal-evidenza għall-fini tal-ftuħ ta’ investigazzjoni huma differenti minn dawk li huma meħtieġa għall-fini ta’ determinazzjoni preliminari jew finali tal-eżistenza ta’ dumping, dannu jew rabta kawżali (82). Għalhekk, l-ilment issodisfa l-istandards stabbiliti fl-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku, flimkien mal-Artikolu 2(6a)(d). Tabilħaqq, kif indikat fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni qieset fl-istadju tal-bidu li kien hemm biżżejjed evidenza skont l-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku li għandha t-tendenza li turi li, minħabba distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet, l-użu tal-prezzijiet u tal-kostijiet domestiċi fir-RPĊ ma jkunx xieraq, u b’hekk jiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(137)

Għalhekk, il-Kummissjoni pproċediet biex tipprova tali distorsjonijiet. Sabiex tagħmel dan, il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku, ġabret id-data meħtieġa biex tiddetermina l-eżistenza u l-impatt tad-distorsjonijiet sinifikanti u l-użu konsegwenti tal-metodoloġija preskritta mill-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Id-data miġbura mill-Kummissjoni u l-konklużjonijiet li jirriżultaw, kemm dwar il-preżenza ta’ kumpaniji tal-Istat fis-settur tal-prodott ikkonċernat kif ukoll dwar ir-rabtiet mas-CCP, huma ppreżentati fit-taqsimiet 3.2.1.2 u 3.2.1.3 ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, l-argumenti tal-partijiet dwar l-evidenza li tinsab fl-ilment ma setgħux jiġu aċċettati.

3.2.2.   Pajjiż rappreżentattiv

Kummenti ġenerali

(138)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

—

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (83);

—

Il-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni f’dak il-pajjiż;

—

Disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv.

—

Meta jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, ngħatat preferenza, fejn xieraq, lill-pajjiż b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(139)

Kif spjegat fil-premessa (38), fit-23 ta’ Awwissu 2024 il-Kummissjoni ħarġet nota għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali u tal-fatturi tal-produzzjoni (minn issa ’l quddiem “in-Nota”). In-Nota ddeskriviet il-fatti u l-evidenza sottostanti l-kriterji relevanti u informat lill-partijiet ikkonċernati bil-possibbiltà li tqis lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata.

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ

(140)

Fin-Nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni, il-Kummissjoni identifikat lit-Turkija, lill-Malażja u lill-Indoneżja bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji, jiġifieri huma kollha kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross fejn kien magħruf li jiġi manifatturat l-prodott li qiegħed jiġi investigat.

(141)

Ma wasal l-ebda kumment fir-rigward tal-livell ta’ żvilupp ekonomiku tal-pajjiżi identifikati. Il-kummenti dwar il-kundizzjonijiet ekonomiċi fit-Turkija ġew ipprovduti mill-grupp JINFA u mill-grupp Fusong. Dawn huma indirizzati fil-premessa (151) hawn taħt.

Id-disponibbiltà ta’ data rilevanti faċilment disponibbli fil-pajjiż rappreżentattiv

(142)

Fin-Nota, il-Kummissjoni indikat li għall-pajjiżi identifikati bħala pajjiżi fejn qed jiġi prodott il-prodott taħt investigazzjoni, jiġifieri t-Turkija, il-Malażja u l-Indoneżja, id-disponibbiltà tad-data kellha tiġi vverifikata aktar, b’mod partikolari fir-rigward tad-data faċilment disponibbli li tippermetti lill-Kummissjoni tistabbilixxi parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-fatturi tal-produzzjoni, kif ukoll fir-rigward tad-data finanzjarja faċilment disponibbli mill-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni li tippermetti lill-Kummissjoni tistabbilixxi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għall-kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali (“SG&A”) u għall-profitti.

(143)

Fir-rigward tad-data faċilment disponibbli li tippermettilha tistabbilixxi parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni tal-fatturi tal-produzzjoni (“FOPs”, factors of production), fin-Nota l-Kummissjoni analizzat id-data rrapportata mill-GTA rigward l-importazzjonijiet tal-FOPs ewlenin fil-pajjiżi rappreżentattivi possibbli, miċ-Ċina u minn pajjiżi oħra b’distorsjonijiet potenzjali, inkluż ir-Russja.

(144)

Il-Kummissjoni nnotat li għall-Kodiċijiet SA li jikkorrispondu għal ċerti FOPs (fuljetti ta’ tipi differenti ta’ injam tal-plywood tal-blokkbord, u tal-injam isserrat tal-luq), kien hemm proporzjon għoli ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Indoneżja u lejn il-Malażja. Barra minn hekk, għall-Kodiċi SA 4408 90 , li jikkorrispondi għall-fuljetti (inkluż il-fuljetti tal-ballut), kien hemm proporzjon għoli ta’ importazzjonijiet mir-Russja lejn it-Turkija. Il-Kummissjoni qieset li, minħabba s-sanzjonijiet imposti fl-2022 fuq ir-Russja fuq il-prodotti tal-injam wara l-aggressjoni militari kontra l-Ukrajna u l-proporzjon għoli ta’ importazzjonijiet mir-Russja lejn it-Turkija, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-Russja lejn it-Turkija x’aktarx li jkunu distorti.

(145)

Fir-rigward tad-disponibbiltà tad-data finanzjarja mill-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni, ir-riżultati tal-analiżi preliminari tal-Kummissjoni fin-Nota, abbażi tad-data mill-bażi tad-data “Orbis” (84) kienu kif ġej:

—

Għall-Malażja, il-Kummissjoni setgħet tidentifika produttur wieħed biss tal-prodott taħt investigazzjoni b’informazzjoni finanzjarja faċilment disponibbli għall-2022, li turi profittabbiltà pożittiva. Madankollu, din l-informazzjoni finanzjarja ma kinitx dettaljata biżżejjed sabiex tippermetti l-kalkolu tal-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi tagħha (SG&A).

—

Għall-Indoneżja, il-Kummissjoni ma setgħet tidentifika l-ebda produttur tal-prodott taħt investigazzjoni b’informazzjoni finanzjarja disponibbli faċilment u reċenti.

—

Għat-Turkija, il-Kummissjoni setgħet tidentifika tmien kumpaniji li kienu produtturi apparenti tal-prodott taħt investigazzjoni u li kellhom informazzjoni finanzjarja disponibbli faċilment għall-2023, jew mill-inqas għal 2022 li minnhom kumpanija waħda ma kinitx profittabbli.

(146)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, fin-Nota l-Kummissjoni qieset li, abbażi tal-informazzjoni li kienet disponibbli għaliha f’dak iż-żmien, it-Turkija tista’ tkun pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jipprovdu kummenti dwar l-adegwatezza tal-pajjiżi rappreżentattivi possibbli, dwar il-produtturi identifikati fil-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali, u dwar il-fatturi tal-produzzjoni.

(147)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar in-Nota mill-Federazzjoni Ewropea tal-Parquet (ilmentatur) fit-2 ta’ Settembru 2024. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll kummenti konġunti mingħand żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi, jiġifieri JINFA group u Fusong Jinlong Group, f’żewġ sottomissjonijiet (l-ewwel waħda fit-2 ta’ Settembru 2024 u t-tieni waħda fid-19 ta’ Novembru 2024).

(148)

Il-Federazzjoni Ewropea tal-Parquet (“EPF”, Fédération européenne du parquet) iddikjarat fil-kummenti tagħha li t-Turkija tista’, u fil-fatt, jenħtieġ li tintgħażel bħala l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq, għar-raġunijiet li ġejjin: a) il-volumi sinifikanti ta’ materja prima ewlenija importata fil-Malażja u fl-Indoneżja miċ-Ċina; b) l-ispeċjalizzazzjoni tal-Malażja u l-Indoneżja fuq l-MWF magħmul minn injam tropikali, li mhuwiex rappreżentattiv tal-prodott importat fl-Unjoni miċ-Ċina; c) in-nuqqas jew l-inkompletezza ta’ informazzjoni finanzjarja xierqa disponibbli għall-produtturi fil-Malażja u fl-Indoneżja; u d) l-allegat livell aktar baxx ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali fil-Malażja u fl-Indoneżja meta mqabbel mat-Turkija.

(149)

Fir-rigward tal-volumi ta’ materja prima importati miċ-Ċina lejn il-Malażja u l-Indoneżja u n-nuqqas jew l-inkompletezza ta’ informazzjoni finanzjarja xierqa għal dawn il-pajjiżi, il-Kummissjoni nnotat li d-dikjarazzjonijiet tal-EPF huma konsistenti mas-sejbiet preliminari tagħha kif previst fin-Nota. Fir-rigward tal-allegat fokus tal-Malażja u tal-Indoneżja fuq l-MWF magħmul minn injam tropikali, il-Kummissjoni nnotat li, għalkemm plawżibbli, l-asserzjoni ma kinitx sostanzjata, u għalhekk ġiet miċħuda b’mod provviżorju. Fir-rigward tar-rilevanza tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali fil-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali, din hija indirizzata fil-premessa (166) hawn taħt.

(150)

Il-Federazzjoni Ewropea tal-Parquet sostniet ukoll li erba’ kumpaniji elenkati mill-Kummissjoni bħala produtturi potenzjali tal-prodott taħt investigazzjoni fit-Turkija fil-fatt ma jipproduċux il-prodott taħt investigazzjoni, iżda jipproduċu prodotti oħra fis-settur tal-injam. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni wettqet aktar riċerka bbażata biss fuq id-dokumentazzjoni dwar l-attivitajiet tagħhom u kkonfermat li huma attivi fis-settur usa’ tal-injam, madankollu ma sabitx evidenza li huma produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni. Il-Kummissjoni qieset din l-informazzjoni għad-determinazzjoni tal-lista ta’ kumpaniji li d-data finanzjarja tagħhom intużat biex jiġu stabbiliti parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-SG&A u għall-profitt, kif spjegat fil-premessi (163) u (164) hawn taħt.

(151)

Fl-ewwel sottomissjoni tagħhom b’kummenti dwar in-Nota, il-grupp JINFA u l-grupp Fusong iddikjaraw li ma kinux f’pożizzjoni li jipproponu pajjiż rappreżentattiv xieraq. Madankollu, huma ddikjaraw li t-Turkija mhijiex pajjiż rappreżentattiv xieraq, inter alia minħabba s-sitwazzjoni ekonomika instabbli u eċċezzjonali tagħha, inkluż inflazzjoni għolja li taffettwa l-kostijiet kollha tal-produzzjoni u indikaturi ekonomiċi oħra, li tagħmilhom mhux affidabbli u mhux xierqa bħala sors għad-determinazzjoni tal-valur normali. Biex isostnu l-asserzjonijiet tagħhom, iż-żewġ partijiet ikkwotaw l-aktar rapport reċenti tal-Kummissjoni dwar il-pajjiż għat-Turkija (85). Il-kummenti dwar is-sitwazzjoni ekonomika tat-Turkija u l-adegwatezza tagħha bħala pajjiż rappreżentattiv ġew imtennija fit-tieni sottomissjoni tagħhom dwar in-Nota.

(152)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret fil-kriterji tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku għall-għażla ta’ pajjiż rappreżentattiv u nnotat li f’konformità mal-ewwel kriterju, it-tliet pajjiżi kollha, inkluż b’mod partikolari t-Turkija, għandhom l-istess livell ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina, kif muri mill-bażi tad-data tal-Bank Dinji. L-ebda informazzjoni fir-rapport tal-Kummissjoni kkwotata minn JINFA u Fusong Jinlong ma tista’ tikkontesta l-adegwatezza tat-Turkija abbażi tal-ewwel kriterju. Fir-rigward tal-asserzjoni relatata mal-inflazzjoni, il-Kummissjoni nnotat li l-prezzijiet mingħajr distorsjoni li tistabbilixxi għall-kostijiet tal-produzzjoni huma espressi fil-munita tal-pajjiż ikkonċernat, u d-differenzi fl-inflazzjoni bejn il-pajjiż rappreżentattiv u l-pajjiż ikkonċernat diġà huma riflessi fi grad sinifikanti fir-rata tal-kambju rispettiva. Għalhekk, il-parametri referenzjarji kkalkulati fil-biċċa l-kbira mhumiex affettwati mill-inflazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv. Għalhekk, l-argument rispettiv ġie miċħud.

(153)

Fl-ewwel sottomissjoni tagħhom b’kummenti dwar in-Nota, il-grupp JINFA u l-grupp Fusong sostnew ukoll li jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-eżistenza ta’ importazzjonijiet sinifikanti ta’ FOPs ewlenin wieħed jew aktar minn pajjiż fejn il-prezz huwa distort ma hijiex problematika sa tali punt li immedjatament teskludi lil dak il-pajjiż milli jkun pajjiż rappreżentattiv xieraq, dan ir-raġunament jenħtieġ li ma japplikax biss għat-Turkija, iżda wkoll għall-Malażja u għall-Indoneżja. Għalhekk, dawn iż-żewġ pajjiżi ma għandhomx jitqiesu bħala mhux xierqa, għas-sempliċi raġuni li għal xi wħud mill-FOPs ewlenin kien hemm perċentwal sinifikanti ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina.

(154)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ċċarat li, meta jitqies li l-Malażja u l-Indoneżja kienu fil-lista ta’ pajjiżi rappreżentattivi possibbli fin-Nota, huwa evidenti li dawn ma kinux esklużi a priori. Il-Kummissjoni fakkret li l-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv hija bbażata fuq il-kriterji tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Dawn il-kriterji jinkludu wkoll id-disponibbiltà ta’ data finanzjarja rilevanti, li tqieset bħala nieqsa kemm għall-Malażja kif ukoll għall-Indoneżja. Għalhekk, l-asserzjoni rispettiva ġiet miċħuda.

(155)

Fl-ewwel sottomissjoni tagħhom b’kummenti dwar in-Nota, il-grupp JINFA u l-grupp Fusong argumentaw li jenħtieġ li jitqiesu biss il-kumpaniji b’data finanzjarja disponibbli għall-2023 għall-parametri referenzjarji għall-SG&A u għall-profitt. Il-Kummissjoni qieset dan l-argument għad-determinazzjoni finali tal-lista ta’ kumpaniji li d-data finanzjarja tagħhom intużat biex jiġu stabbiliti parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni għal SG&A u għall-profitt, kif spjegat fil-premessa (163) hawn taħt.

(156)

Fit-tieni sottomissjoni tagħhom għan-Nota, il-grupp JINFA u l-grupp Fusong iddikjaraw li għall-kuntrarju tat-Turkija, il-Malażja tkun pajjiż rappreżentattiv xieraq.

(157)

B’appoġġ għal din id-dikjarazzjoni, dawn iż-żewġ partijiet ipprovdew għadd ta’ argumenti relatati ma’ FOPs speċifiċi. Dawn huma spjegati u indirizzati fil-premessi (175) sa (179) hawn taħt dwar is-sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni, u dwar il-kostijiet u l-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni.

(158)

Barra minn hekk, dawn il-partijiet identifikaw żewġ produtturi tal-pavimentar Malażjani li r-rapporti finanzjarji awditjati tagħhom għall-2023 huma disponibbli b’livell suffiċjenti ta’ dettall. Il-kumpaniji huma Unilin (il-Malażja) Sdn. Bhd. u Kim Teck Lee Timber Flooring Sdn. Bhd. Fid-dawl ta’ dan, Fusong u JINFA argumentaw li meta mqabbla mat-Turkija, il-Malażja tinsab ukoll f’pożizzjoni aħjar biex toffri data finanzjarja ta’ kwalità relatata mal-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-partijiet ipprovdew ukoll sorsi għall-kost lavorattiv u għall-prezzijiet tal-enerġija fil-Malażja.

(159)

Il-Kummissjoni kkonfermat id-disponibbiltà ta’ data finanzjarja għall-PI għaż-żewġ kumpaniji Malażjani identifikati minn Fusong u JINFA.

(160)

Wara aktar riċerka, il-Kummissjoni nnotat li l-ewwel waħda miż-żewġ kumpaniji, jiġifieri Unilin (Malaysia) Sdn. Bhd. huwa produttur tal-prodott li qed jiġi investigat. Madankollu, din il-kumpanija, li hija parti minn grupp multinazzjonali, irrapportat livell baxx ħafna ta’ spejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG &A), jiġifieri 2,8 % espressi bħala perċentwal tal-kost tal-produzzjoni tagħha. Tali livell x’aktarx li jirrifletti karatteristiċi speċifiċi tal-kumpanija li mhumiex rappreżentattivi għas-settur. Pereżempju, fid-dawl tal-fatt li l-kumpanija hija parti minn grupp multinazzjonali u l-operati tagħha huma ffukati fuq il-produzzjoni, huwa probabbli li ċerti funzjonijiet ta’ SG&A, bħall-bejgħ, l-IT u l-immaniġġjar tal-persunal huma sa ċertu punt iċċentralizzati u l-kosti tagħhom mhumiex riflessi fl-SG&A irrappurtati tal-kumpanija. Dan l-SG&A jidher li huwa b’mod sinifikanti aktar baxx meta mqabbel mal-SG&A medju f’pajjiż b’settur tal-MWF b’mod sinifikanti aktar żviluppati bħat-Turkija (ara l-premessa (163) hawn taħt). Dan l-SG&A huwa wkoll ferm aktar baxx meta mqabbel mal-SG&A medju rrapportat mill-industrija tal-Unjoni, li huwa madwar 9 %, u anki meta mqabbel mal-SG &A medju rrapportat mill-produtturi esportaturi fil-kampjun, li huwa madwar 11 %. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-SG&A tal-produttur Malażjan imsemmi hawn fuq ma jistax jitqies bħala xieraq biex jintuża għall-istabbiliment ta’ parametru referenzjarju raġonevoli u mingħajr distorsjoni.

(161)

Għat-tieni kumpanija, jiġifieri Kim Teck Lee Timber Flooring Sdn. BHD., il-Kummissjoni nnotat li hija attiva biss f’segment niċċa tas-suq tal-pavimenti, jiġifieri pavimenti sportivi ta’ kwalità għolja. Il-pavimenti sportivi jirrappreżentaw parti żgħira ħafna tas-suq kumplessiv tal-pavimentar, li hija ffukata fuq li taqdi lill-klijenti residenzjali u kummerċjali. Dan huwa wkoll minħabba li l-prodotti użati f’dan is-segment speċifiku jridu jikkonformaw ma’ standards tekniċi stretti, kif muri miċ-ċertifikazzjonijiet rilevanti miksuba u rreklamati mill-kumpanija. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li mhumiex rappreżentattivi għall-MWF, jew għas-settur usa’ tal-pavimentar.

(162)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li meta mqabbel mat-Turkija, is-settur tal-MWF fil-Malażja huwa sottożviluppat b’mod sinifikanti. Dan huwa evidenzjat mill-għadd baxx ħafna ta’ produtturi tal-MWF fil-Malażja (limitat għal wieħed jew tnejn), meta mqabbel ma’ diversi għexieren ta’ produtturi tal-MWF fit-Turkija (86). Dan huwa evidenzjat ukoll mil-livell ta’ esportazzjonijiet tal-MWF mill-Malażja, li matul il-PI kien madwar terz tal-esportazzjonijiet rispettivi mit-Turkija (87). Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li s-settur tal-MWF fit-Turkija qed jirrifletti aħjar id-daqs tas-settur tal-MWF tar-RPĊ f’termini tal-kwantità prodotta u mibjugħa u l-għadd ta’ produtturi attivi fis-suq.

(163)

Filwaqt li qieset il-kummenti dwar in-Nota mill-partijiet interessati u d-disponibbiltà limitata ta’ informazzjoni finanzjarja li tappartjeni għall-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni, il-Kummissjoni qieset lill-produtturi f’settur usa’, definit minn attivitajiet li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NACE 1621 (il-manifattura ta’ fuljetti u ta’ pannelli bbażati fuq l-injam), 1622 (il-manifattura ta’ artijiet tal-parquetimmuntati) u 1629 (il-manifattura ta’ prodotti oħra tal-injam, tas-sufra, ta’ materjali tad-dfir) bħala sors xieraq għad-data finanzjarja rilevanti. Il-Kummissjoni identifikat il-kumpaniji li ġejjin fit-Turkija, b’data finanzjarja għall-2023 li turi profittabbiltà pożittiva:

—

AGT Agac Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi

—

Orma Orman Mahsulleri Integre Sanayi Ve Ticaret A.S.

—

Pelit Arslan Kontraplak Fabrikasi Anonim Sirketi

—

Dendro Parke Sanayi Anonim Sirketi

(164)

Għal Pelit Arslan Kontraplak Fabrikasi Anonim Sirketi, il-Kummissjoni qieset li l-livell tal-profitt tagħha huwa għoli wisq biex ikun rappreżentattiv. Għal Dendro Parke Sanayi Anonim Sirketi, il-Kummissjoni nnotat li fir-rapporti tagħha, hija ma għamlitx distinzjoni bejn tipi differenti ta’ kostijiet bi granularità suffiċjenti biex tippermetti kalkolu tal-perċentwal SG&A tagħha. Għaż-żewġ kumpaniji l-oħra, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-SG&A u l-livelli ta’ profitt irrapportati tagħhom huma xierqa għall-istabbiliment ta’ parametru referenzjarju raġonevoli u mingħajr distorsjoni għall-SG&A u għall-profitt.

(165)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Turkija hija pajjiż rappreżentattiv xieraq.

Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali

(166)

Wara li ġie stabbilit li t-Turkija kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku.

Konklużjoni

(167)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Turkija ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(168)

Fin-Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi tal-produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni mill-produtturi esportaturi u ddikjarat li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża l-istatistika nazzjonali biex tistabbilixxi l-kostijiet lavorattivi u tal-enerġija mingħajr distorsjoni.

Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni

Fatturi ta’ produzzjoni

(169)

Filwaqt li qieset l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, il-Kummissjoni kkonsolidat u armonizzat id-deskrizzjonijiet tal-fatturi ta’ produzzjoni elenkati fin-Nota, u kkoreġiet jew emendat, fejn xieraq, il-Kodiċijiet SA rispettivi. Il-kodiċijiet SA miżjuda jinkludu 4407 12 (Injam Isserrat tal-Prinjol), 4407 93 Injam Isserrat tal-Aġġru, 4407 95 Injam Isserrat tal-Fraxxnu, u 4808 10 Kartun Immewweġ.

(170)

Fir-rigward tas-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali, il-bidla ewlenija meta mqabbla man-Nota tikkonċerna l-fuljetti ta’ speċijiet differenti ta’ injam. Fin-Nota, is-sors ikkunsidrat għal dawn l-FOPs kien id-data tal-GTA dwar l-importazzjonijiet taħt il-Kodiċijiet SA 4408 90 u 4408 10 . Il-Kummissjoni ħadet nota tal-fatt li dawn il-kodiċijiet SA mhumiex speċifiċi għall-ispeċijiet tal-injam iżda jikkonċernaw kategoriji pjuttost wiesgħa ta’ injam. B’mod partikolari, il-Kodiċi SA 4408 90 jinkludi l-ispeċijiet kollha ta’ injam mhux koniferu u mhux tropikali, bħall-ballut, il-luq, l-aġġru u l-fraxxnu. Bl-istess mod, il-Kodiċi SA 4408 10 jinkludi l-injam koniferu kollu. L-investigazzjoni kkonfermat li l-prezzijiet ta’ dan l-FOP huma influwenzati b’mod sinifikanti mill-ispeċi tal-injam. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni dwar l-ispeċijiet tal-injam tal-importazzjonijiet tal-fuljetti fil-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali, il-Kummissjoni qieset li, b’mod partikolari għal ċerti fuljetti li jikkostitwixxu fatturi ewlenin tal-produzzjoni, bħall-fuljetti tal-ballut u tal-luq, id-data tal-GTA dwar l-importazzjonijiet skont dawn il-Kodiċijiet SA mhijiex sors xieraq ta’ informazzjoni għall-istabbiliment ta’ kost korrispondenti.

(171)

Għalhekk, il-Kummissjoni stabbiliet parametru referenzjarju għall-fuljetti abbażi tal-parametru referenzjarju rispettiv għall-injam isserrat, fejn l-informazzjoni rispettiva hija disponibbli u hija speċifika għall-ispeċijiet tal-injam. B’mod partikolari, għall-fuljetti magħmula mill-ballut, iż-żnuber, il-fraxxnu, l-aġġru u l-luq, il-parametri referenzjarji ġew stabbiliti abbażi tal-parametri referenzjarji rispettivi għall-injam isserrat (il-Kodiċijiet SA 4407 91 , 4407 11 , 4407 95 , 4407 93 u 4409 97).

(172)

Il-kalkolu huwa speċifiku għal kull grupp ta’ produtturi esportaturi u qagħad fuq l-informazzjoni li l-grupp rispettiv ipprovda matul iż-żjarat ta’ verifika, rigward ir-rendiment tal-materja prima u rigward il-fatturi addizzjonali għall-ipproċessar ta’ metru kubu wieħed ta’ injam isserrat f’fuljetti. Fil-każ ta’ grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi li, minħabba l-proċess tal-produzzjoni tiegħu, ma kellux din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tiegħu, il-kalkolu kien ibbażat fuq il-valuri medji għar-rendiment u l-fatturi tal-ipproċessar addizzjonali pprovduti miż-żewġ gruppi l-oħra. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, id-dettalji tal-kalkolu ġew ipprovduti lill-produtturi esportaturi bħala parti mid-divulgazzjoni speċifika.

(173)

Fir-rigward tal-injam isserrat tal-luq (ikklassifikat taħt il-Kodiċi SA 4407 97 ), li huwa wkoll fattur ewlieni tal-produzzjoni, il-Kummissjoni nnotat li l-kwantitajiet importati fit-Turkija huma baxxi ħafna u, għalhekk, il-prezz tal-importazzjoni rispettiv jista’ ma jkunx rappreżentattiv. Fid-dawl ta’ dan, għall-istabbiliment ta’ parametru referenzjarju għall-injam isserrat tal-luq, il-Kummissjoni użat informazzjoni dwar l-importazzjonijiet fil-Malażja. L-għażla qieset li l-Malażja għandha xi produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni, il-prodotti kklassifikati taħt dan il-kodiċi SA huma importati fi kwantitajiet ferm ogħla fil-Malażja, u mingħajr sehem jew b’sehem limitat ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-pajjiżi elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament 2015/755. Dan huwa f’kuntrast mal-Indoneżja, fejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu sinifikanti.

(174)

Għall-fuljetta magħmula mill-ġewż tal-Amerka u mill-ġewż (li għalihom ma jeżisti l-ebda Kodiċi SA speċifiku għall-injam isserrat rispettiv), u għall-fuljetti li għalihom l-ispeċi tal-injam mhijiex speċifikata, il-parametru referenzjarju ġie stabbilit abbażi tal-importazzjonijiet fit-Turkija skont il-Kodiċi 4408 90 95 , li jikkorrispondi għal fuljetti ta’ injam mhux tropikali u mhux koniferu eħxen minn 1 mm. Il-Kummissjoni nnotat li l-fuljetti tal-ispeċijiet tal-injam għajr il-ballut, il-luq u ż-żnuber jirrappreżentaw perċentwal żgħir ħafna tal-kwantità totali ta’ fuljetti u tal-kost ġenerali tal-produzzjoni.

(175)

Fit-tieni sottomissjoni tagħhom dwar in-Nota, Fusong u JINFA għamlu diversi punti dwar il-parametri referenzjarji potenzjali għall-FOPs ewlenin. B’mod speċifiku, huma argumentaw li:

—

L-ewwel, għal wieħed mill-aktar FOPs importanti, jiġifieri l-fuljetti li jaqgħu taħt il-Kodiċi SA 4408 90 , l-importazzjonijiet mir-Russja, li l-Kummissjoni qieset fin-Nota bħala li x’aktarx il-prezzijiet tagħhom kienu distorti, jikkostitwixxu perċentwal għoli ħafna tal-importazzjonijiet ġenerali fit-Turkija. Barra minn hekk, wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet mir-Russja u miċ-Ċina, l-importazzjonijiet li jifdal fil-Malażja huma kważi erba’ darbiet l-importazzjonijiet fit-Turkija f’termini ta’ kwantità.

—

It-tieni, għal FOP importanti oħra, jiġifieri injam isserrat tal-luq jew tal-prinjol għas-saff ewlieni, li jaqa’ taħt il-kodiċijiet SA 4407 97 jew 4407 13 rispettivament, hemm biss importazzjonijiet negliġibbli fit-Turkija matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

—

It-tielet, fil-kodiċijiet fil-livell ta’ 8 ċifri tagħha taħt il-kodiċi SA 4408 90 , in-nomenklatura Malażjana għall-klassifikazzjoni doganali tagħmel distinzjoni bejn il-fuljetti tal-wiċċ (il-Kodiċi 4408 90 10 ), li huma rilevanti għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni, u fuljetti oħra (il-Kodiċi 4408 90 90 ), li mhumiex rilevanti. B’kuntrast, in-nomenklatura Torka ma tagħmilx din id-distinzjoni. Madankollu, jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tiddependi fuq l-istatistika tal-importazzjoni fit-Turkija biex tistabbilixxi l-prezzijiet referenzjarji tal-fuljetta tal-wiċċ klassifikabbli taħt il-kodiċi SA 4408 90 , jenħtieġ li jintużaw biss dawk importati taħt il-kodiċi tas-sublivell 4408 90 95 (fuljetti eħxen minn 1 mm).

—

Ir-raba’, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-fuljetti fil-Malażja taħt il-kodiċi 4408 90 10 tal-livell ta’ 8 ċifri msemmi hawn fuq, li huwa rilevanti għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni, huma ogħla miċ-Ċina milli mill-bqija tad-dinja. Dan juri li l-importazzjonijiet miċ-Ċina ma jistax ikollhom effett distorsiv fuq il-prezzijiet lokali Malażjani għal dan l-FOP.

(176)

Fir-rigward tal-ewwel, it-tielet, u r-raba’ punt, kif spjegat fil-premessi (170) sa (172) hawn fuq, għall-fuljetti magħmula mill-ballut, iż-żnuber, il-fraxxnu, l-aġġru u l-luq, il-parametri referenzjarji ġew stabbiliti abbażi tal-parametri referenzjarji rispettivi għall-injam isserrat. Għalhekk, l-importazzjonijiet mir-Russja u mir-RPĊ skont il-Kodiċi SA 4408 90 ma kinux rilevanti għal dawn il-parametri referenzjarji, filwaqt li l-Kodiċijiet SA għall-injam isserrat rispettiv ma għandhomx importazzjonijiet sinifikanti mir-Russja u mir-RPĊ. Barra minn hekk, id-distinzjoni li saret fin-nomenklatura Malażjana skont il-Kodiċi SA 4408 90 (fuljetti tal-wiċċ u fuljetti oħrajn) għadha mhijiex speċifika għall-injam, u għalhekk ma tistax tintuża biex jiġi stabbilit parametru referenzjarju affidabbli għall-fuljetti li huma FOPs ewlenin, jew biex jinsiltu konklużjonijiet dwar id-distorsjonijiet.

(177)

Kif spjegat hawn fuq, għall-fuljetti magħmula mill-ġewż tal-Amerka u mill-ġewż, li għalihom ma jeżisti l-ebda Kodiċi SA speċifiku għall-injam isserrat rispettiv, kif ukoll għall-fuljetta magħmula minn tipi oħra ta’ injam (mhux speċifikati), il-parametri referenzjarji ġew stabbiliti abbażi tal-importazzjonijiet skont il-Kodiċi NM 4408 90 95 . Dan għaliex, kif issuġġerew ukoll Fusong u JINFA, dan il-Kodiċi NM jikkorrispondi aktar mill-qrib mal-input użat, b’mod partikolari f’termini ta’ ħxuna tal-fuljetti. Fi kwalunkwe każ u kif spjegat hawn fuq, il-fuljetti magħmula mill-ġewż tal-Amerka, mill-ġewż, jew minn tipi oħra ta’ injam mhumiex FOPs ewlenin, iżda jikkostitwixxu proporzjon żgħir ħafna tal-kostijiet totali tal-materja prima. Għalhekk, il-parametri referenzjarji għal dawn l-FOPs ma jistax ikollhom impatt apprezzabbli fuq il-kalkolu tal-valur normali.

(178)

Fir-rigward tat-tieni punt, il-Kummissjoni nnotat li miż-żewġ materji primi, l-injam isserrat tal-luq biss huwa FOP prinċipali. Kif spjegat fil-premessa (173), għal dan l-FOP, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża data dwar l-importazzjonijiet mill-Malażja, li juru kwantitajiet ferm ogħla meta mqabbla mat-Turkija.

(179)

B’mod ġenerali, il-Kummissjoni qieset li l-punti magħmula minn JINFA u Fusong ma jixħtux dubju fuq a) is-sorsi u l-metodoloġija magħżula għall-istabbiliment ta’ prezzijiet mingħajr distorsjoni għall-materja prima; u b) l-għażla tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u għalhekk ġew miċħuda.

(180)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 1

Fatturi ta’ produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni

Fattur ta’ produzzjoni

Kodiċi tal-Merkanzija

Sors

Unità ta’ kejl

Valur mingħajr distorsjoni

(CNY)

Materja prima

Żebgħa (medium mhux milwiem)

320810

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA, Global Trade Atlas) - it-Turkija

kg

44,24

Żebgħa (medium milwiem)

320990

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

kg

26,04

Żejt

340520

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

kg

36,22

Kolla

350691

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

kg

30,76

Rita tal-Plastik

392010

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

kg

23,73

Strixxa tal-plastik

392390

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

kg

37,35

Zkuk tal-Ballut

44039100

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

M3

5 849,20

Zokk tal-aġġru

44039900

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

M3

6 472,37

Injam isserrat taż-żnuber

440711

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

M3

1 664,52

Injam isserrat tal-abit

440712

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

M3

1 730,54

Injam isserrat tal-abit (SPF)

440713

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

M3

2 875,22

Injam isserrat tal-ballut

440791

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

M3

7 426,92

Injam isserrat tal-aġġru

440793

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

M3

8 178,60

Injam isserrat tal-fraxxnu

440795

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

M3

6 838,62

Injam isserrat tal-luq

440797

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

M3

2 530,52

Fuljetta taż-żnuber

440810

Kalkolu abbażi tal-parametru referenzjarju rispettiv għall-injam isserrat

M3

għal kull produttur esportatur (kunfidenzjali)

Fuljetta tal-fraxxnu

440890

Kalkolu abbażi tal-parametru referenzjarju rispettiv għall-injam isserrat

M3

għal kull produttur esportatur (kunfidenzjali)

Fuljetta tal-hickory

44089095

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA)

M3

2 455,18

Fuljetta tal-aġġru

440890

Kalkolu abbażi tal-parametru referenzjarju rispettiv għall-injam isserrat

M3

għal kull produttur esportatur (kunfidenzjali)

Fuljetta tal-Ballut

440890

Kalkolu abbażi tal-parametru referenzjarju rispettiv għall-injam isserrat

M2

għal kull produttur esportatur (kunfidenzjali)

Injam ieħor għas-Saff ta’ fuq

44089095

L-Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA)

M3

2 455,18

Fuljetta tal-Luq

440890

Kalkolu abbażi tal-parametru referenzjarju rispettiv għall-injam isserrat

M3

għal kull produttur esportatur (kunfidenzjali)

Fuljetta tal-Ġewż

44089095

L-Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

M3

2 455,18

MDF

441113

L-Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

M3

7 423,60

Fuljetta tal-Plywood

441233

L-Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

M3

5 184,72

Plywood tal-Blockboard

441252

L-Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

M3

5 460,72

Kartun Immewweġ

480810

L-Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

kg

5,78

Kartuna

481910

L-Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

kg

16,78

Ċana

440141

L-Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

kg

2,35

Manodopera

 

mhux applikabbli

Statistika nazzjonali

sigħat

36,10

Enerġija

Faħam

270119

L-Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

kg

0,72

Faħam Greġġ

270112

L-Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

kg

1,00

Skart tal-injam

440149

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

kg

0,18

Fjuwil tal-gerbub tal-bijomassa

440131

Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA) - it-Turkija

kg

1,39

Elettriku

mhux applikabbli

Statistika nazzjonali

kWh

0,89

Gass

mhux applikabbli

Statistika nazzjonali

M3

4,11

Fwar

mhux applikabbli

Kalkolu bbażat fuq il-kost tal-gass

kg

0,40

Ilma

mhux applikabbli

Statistika nazzjonali

M3

4,96

(181)

Il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Sabiex ikun jista’ jiġi stabbilit dan l-ammont, il-Kummissjoni esprimiet il-kost ġenerali tal-manifattura mġarrab mill-produtturi esportaturi fil-kampjun għall-produzzjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat bħala perċentwal tal-kost attwali tal-materja prima użata u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost ġenerali tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni qieset li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet ġenerali rrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni sabiex jiġu stmati l-kostijiet ġenerali tal-manifattura mingħajr distorsjoni meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija.

3.2.2.1.   Materja prima

(182)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sax-xatba ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li mhumiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (88). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fil-premessi (126) u (127) hija kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Il-volumi li jifdal tqiesu mill-Kummissjoni bħala rappreżentattivi.

(183)

Barra minn hekk, fin-Nota, il-Kummissjoni kienet osservat li perċentwal sinifikanti tal-importazzjonijiet li jaqgħu taħt il-Kodiċi SA 4408 90 (fuljetti) fit-Turkija kienu minn importati mir-Russja, u minħabba s-sanzjonijiet imposti fuq ir-Russja, il-prezzijiet ta’ tali importazzjonijiet x’aktarx li jkunu distorti. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni qieset li jekk it-Turkija tintgħażel bħala l-pajjiż rappreżentattiv, jenħtieġ li l-importazzjonijiet mir-Russja ma jitqisux għad-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju 4408 90 .

(184)

Fl-ewwel sottomissjoni tagħhom dwar in-Nota, Fusong u JINFA argumentaw li jenħtieġ li l-importazzjonijiet Russi ma jiġux esklużi mill-kalkolu tal-valur mingħajr distorsjoni minħabba li l-prezzijiet tagħhom kienu qed jogħlew fl-2022 u fl-2023 u għalhekk, ma setgħux jiġu affettwati minn sanzjonijiet.

(185)

Fid-dawl tal-metodoloġija adottata għall-istabbiliment tal-parametru referenzjarju għall-FOPs ewlenin għall-fuljetti, il-Kummissjoni qieset li l-perċentwal tal-importazzjonijiet Russi skont il-Kodiċi SA 4408 90 ma għadux rilevanti. Fid-dawl tal-proporzjon żero jew limitat tal-importazzjonijiet Russi għall-materja prima l-oħra, u mingħajr ma tieħu pożizzjoni dwar il-probabbiltà li tali importazzjonijiet ikunu distorti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi l-importazzjonijiet Russi fil-kalkoli tagħha.

(186)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, kif previst fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni żiedet id-dazji tal-importazzjoni rilevanti mal-valur tal-kost, assigurazzjoni u noll (il-valur CIF, cost, insurance and freight) irreġistrat fl-istatistika tal-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv, kif disponibbli fil-GTA.

(187)

Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur li kkoopera għall-provvista ta’ materja prima bħala perċentwal tal-kost attwali ta’ materja prima bħal din u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet tat-trasport mingħajr distorsjoni tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija.

3.2.2.2.   Manodopera

(188)

L-Istitut Tork tal-Istatistika (89) jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Turkija. Il-Kummissjoni użat l-aħħar statistika disponibbli li tkopri l-2022 għall-kost lavorattiv medju għall-attività ekonomika C.16 Manifattura tal-injam u ta’ prodotti tal-injam u tas-sufra, minbarra l-għamara; manifattura ta’ oġġetti tat-tiben u materjali tad-dfir) skont il-klassifikazzjoni NACE Rev.2. Il-valur medju fix-xahar tal-2022 ġie aġġustat kif xieraq għall-inflazzjoni bl-użu tal-indiċi tal-kost lavorattiv kif ippubblikat mill-Istitut Statistiku Tork (90) biex jadatta għall-2023 (IP), jiġifieri 36,10 CNY/siegħa.

3.2.2.3.   Elettriku

(189)

Il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-prezzijiet tal-elettriku ppubblikata mill-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija (EMRA, Energy Market Regulatory Authority) (91) fl-istqarrijiet għall-istampa regolari tagħha. Il-Kummissjoni użat id-data tal-prezzijiet tal-elettriku industrijali f’Kuruş/kWh għas-settur industrijali għall-2023 li tkopri l-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri 0,89 CNY/KWh.

3.2.2.4.   Gass naturali

(190)

Il-Kummissjoni użat il-prezz tal-gass għall-utenti industrijali fit-Turkija kif ippubblikat mill-Istitut Tork tal-Istatistika fl-istqarrijiet għall-istampa regolari tiegħu. Il-Kummissjoni użat id-data tal-prezzijiet tal-gass fil-medda tal-konsum korrispondenti f’Kuruş/ m3 aġġustata kif xieraq għall-inflazzjoni bl-użu tal-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Produtturi ppubblikat mill-Istitut Statistiku Tork (92) adattat għall-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri 4,11 CNY/ m3. Il-prezz huwa aġġustat għall-VAT ta’ 18 %, peress li l-prezz ikkwotat huwa inkluż il-VAT.

3.2.2.5.   Fwar

(191)

Il-Kummissjoni kkalkolat il-prezz tal-fwar fit-Turkija għall-perjodu ta’ investigazzjoni billi użat il-metodoloġija ssuġġerita mid-Dipartiment għall-Enerġija tal-Istati Uniti (93) abbażi tal-kost tal-gass meħtieġ biex jiġi prodott, u billi żiedet marġnijiet raġonevoli għal kostijiet operatorji oħra, l-SG&A u profitt. Il-prezz medju li jirriżulta għall-2023 huwa ta’ 0,4 CNY/kg.

3.2.2.6.   Ilma

(192)

Il-Kummissjoni użat il-kost medju tal-ilma fit-Turkija kif ippubblikat mill-Presidenza tal-Uffiċċju tal-Investiment tar-Repubblika tat-Turkija (94) għall-2023, jiġifieri 4,96 CNY/m3. Dan il-prezz jinkludi l-allowance tad-drenaġġ u t-tariffa tat-tindif, iżda jeskludi l-VAT.

3.2.2.7.   Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A, profitti u deprezzament

(193)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq.

(194)

L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produtturi esportaturi. Dan il-persentaġġ ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

(195)

Biex tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, SG&A, profitti u deprezzament, il-Kummissjoni qagħdet fuq id-data finanzjarja għall-2023 għall-kumpaniji li ġejjin kif estratta minn Orbis:

—

AGT Agac Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi

—

Orma Orman Mahsulleri Integre Sanayi Ve Ticaret A.S..

3.2.3.   Kalkolu

(196)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(197)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet ta’ unità mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali ta’ produzzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera. Dawn ir-rati ta’ konsum ipprovduti mill-applikant ġew ivverifikati tul il-verifika. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità osservata fil-pajjiż rappreżentattiv, kif deskritt fit-taqsima 3.2.2.1.

(198)

Imbagħad, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u d-deprezzament, kif spjegat fil-premessa (194), mal-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura sabiex tasal għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni.

(199)

Għall-kostijiet tal-produzzjoni stabbiliti kif deskritt fil-premessa preċedenti, il-Kummissjoni applikat l-SG&A u l-profitt tat-tliet kumpaniji elenkati fil-premessa (195). L-SG&A, espress bħala perċentwal tal-Kostijiet tal-Oġġetti Mibjugħa (“COGS”, Costs of Goods Sold) u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 19,5 %. Il-profitt, espress bħala perċentwal tas-COGS u applikat għall-ispejjeż tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 28 %.

(200)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.2.4.   Prezz tal-esportazzjoni

(201)

Il-produtturi esportaturi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati fir-RPĊ li madankollu wettqu funzjonijiet minimi.

(202)

Fid-dawl ta’ dan, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.2.5.   Tqabbil

(203)

L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u tagħmel konċessjoni għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell tal-kummerċ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, fejn xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (I) jiġu nnettjati lura għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika; u (ii) jagħmlu konċessjonijiet għal differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet.

3.2.5.1.   Aġġustamenti magħmula għall-valur normali

(204)

Kif spjegat fil-premessa (196), il-valur normali ġie stabbilit fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika bl-użu tal-kostijiet tal-produzzjoni flimkien mal-ammonti tal-SG&A u tal-profitt, li tqiesu bħala raġonevoli għal dak il-livell ta’ kummerċ. Minn dan isegwi li ebda nnettjar lura ma kien neċessarju.

(205)

Rigward il-konċessjonijiet, il-Kummissjoni sabet li l-kodiċi SA li taħtu huwa kklassifikat il-prodott taħt investigazzjoni għall-esportazzjonijiet fir-RPĊ huwa soġġett għal VAT mhux rimborżabbli ta’ 13 %, filwaqt li l-valur normali kien inħadem nett mill-VAT. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat paragun ġust, sar aġġustament ’il fuq tal-valur normali skont l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku għall-produtturi esportaturi soġġetti għal din il-VAT.

(206)

Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni għaliex għamlet xi konċessjonijiet għall-valur normali, u dawn il-konċessjonijiet lanqas ma ntalbu minn xi wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun.

3.2.5.2.   Aġġustamenti għall-prezz tal-esportazzjoni

(207)

Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi lura nett għal-livell tal-kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti fuq il-kont tat-trasport, tal-assigurazzjoni, tal-immaniġġjar u t-tagħbija kif ukoll tal-ippakkjar.

(208)

Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kosti tal-kreditu, l-imposti bankarji u l-kummissjoni. Dawn, kif ukoll il-kostijiet fil-premessa preċedenti tnaqqsu mill-prezz tal-esportazzjoni, fuq il-bażi tad-data rrapportata mill-esportatur, fil-livell tat-tranżazzjoni.

3.2.6.   Marġnijiet tad-dumping

(209)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(210)

Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati proviżorji espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Grupp

Marġni tad-dumping proviżorju

Forest Group

55,5 %

Fusong Group

60,4 %

JINFA Group

42,7 %

(211)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni tad-dumping medju ponderat, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, dak il-marġni kien stabbilit fuq il-bażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

(212)

Abbażi ta’ dan, il-marġini tad-dumping provviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun kien ta’ 50,7 %.

(213)

Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fir-RPĊ, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn l-Unjoni espress bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-PI, li ġew stabbiliti abbażi tad-data mill-Eurostat.

(214)

Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu aktar minn 80 % tal-importazzjonijiet totali matul il-PI. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fil-livell tal-kumpanija inkluża fil-kampjun li kkooperat bl-ogħla marġni tad-dumping.

(215)

Il-marġnijiet tad-dumping proviżorji, espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping proviżorju

Forest group

55,5 %

Fusong group

60,4 %

JINFA group

42,7 %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

50,7 %

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-RPĊ

60,4 %

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(216)

Il-prodott simili kien immanifatturat minn madwar 200 (95) produttur fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(217)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġiet stabbilita għal madwar 48 000 metru kwadru. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-kwestjonarju makro vverifikat ippreżentat mill-FEP. Kif indikat fil-premessa (7), tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 20 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

4.2.   Determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni

(218)

Sabiex tistabbilixxi jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu u sabiex tiddetermina l-konsum u d-diversi indikaturi ekonomiċi relatati mas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-użu sussegwenti tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili kellux jitqies fl-analiżi u, jekk iva, sa liema punt.

(219)

L-MWF jista’ jintuża fil-produzzjoni ta’ oġġetti lesti għall-industrija tal-kostruzzjoni bħal turġien u bords tal-iskirting. Il-Kummissjoni sabet li proporzjon żgħir ħafna tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni kien destinat għal użu ristrett (inqas minn 1 % bħala medja matul il-perjodu kkunsidrat). F’dan ir-rigward, l-MWF ġie sempliċement ittrasferit (mingħajr fattura) fl-istess sit ta’ produzzjoni jew kumpanija għal aktar ipproċessar downstream.

(220)

Id-distinzjoni bejn is-suq kaptiv u s-suq ħieles hija rilevanti għall-analiżi tad-dannu minħabba li l-prodotti maħsuba għal użu kaptiv mhumiex esposti għal kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet. B’kuntrast ma’ dan, il-produzzjoni maħsuba għall-bejgħ fis-suq ħieles hija f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.

(221)

Madankollu, minħabba l-kwantità żgħira ħafna ta’ MWF użata b’mod kaptiv, il-Kummissjoni ma qisitx li jkun sinifikanti li jiġu sseparati l-indikaturi tad-dannu bejn il-konsum ristrett u l-konsum ħieles lil hinn mid-data murija fit-Tabella 2.

4.3.   Konsum tal-Unjoni

(222)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tat-tweġiba vverifikata għall-kwestjonarju makro għall-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni u l-Eurostat għall-importazzjonijiet.

(223)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Konsum tal-Unjoni (metri kwadri)

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ Investigazzjoni (2023)

Konsum totali tal-Unjoni

70 383 041

75 151 588

77 580 866

50 509 888

Indiċi

100

107

110

72

Suq kaptiv

791 459

753 192

563 601

772 780

Indiċi

100

95

71

98

Suq ħieles

69 591 582

74 398 396

77 017 265

49 737 108

Indiċi

100

107

111

71

Sors:

Tweġiba verifikata għall-kwestjonarju makro u l-Eurostat

(224)

Il-konsum totali tal-Unjoni żdied minn madwar 70,4 miljun metru kwadru fl-2020 għal madwar 77,6 miljun metru kwadru fl-2022, żieda ta’ 10 %. Madankollu, fl-2023 il-konsum totali tal-Unjoni naqas għal madwar 50,5 miljun metru kwadru li rrappreżenta tnaqqis ta’ 28 % meta mqabbel mal-2020.

(225)

Il-konsum ħieles tal-Unjoni żviluppa b’mod simili ħafna bħall-konsum totali tal-Unjoni. Dan żdied minn madwar 69,6 miljun metru kwadru fl-2020 għal madwar 77,0 miljun metru kwadru fl-2022, żieda ta’ 11 %. Madankollu, fl-2023 il-konsum liberu tal-Unjoni naqas għal madwar 49,7 miljun metru kwadru li rrappreżenta tnaqqis ta’ 29 % meta mqabbel mal-2020.

(226)

L-użu ristrett kien baxx ħafna meta mqabbel mal-konsum totali. L-iżvilupp kien aktar stabbli u naqas bi 2 % biss matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.4.1.   Kwantità u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(227)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-kwantità tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Il-Eurostat irreġistra l-kwantità tal-importazzjonijiet primarjament bil-massa (kg) u wkoll f’metri kwadri bħala unità supplimentari. Madankollu, kif imsemmi fl-ilment, kien ċar li l-unitajiet supplimentari rreġistrati ma kinux affidabbli minħabba li d-densità tas-superfiċje li tirriżulta għal xi data tal-importazzjoni rreġistrata ma kinitx densità tas-superfiċje xierqa għall-MWF. Fl-ilment, l-ilmentatur aġġusta l-unitajiet supplimentari jekk ma kinux fil-medda ta’ 7 u 9,5 għad-densità tas-superfiċje, sabiex jikkoreġi ċ-ċifri rrapportati f’metri kwadri. Din il-medda kienet ġiet identifikata mill-ilmentatur minn sorsi disponibbli għall-pubbliku. Madankollu, matul l-investigazzjoni l-Kummissjoni kellha aċċess għal firxa usa’ ta’ data milli kienet disponibbli fl-istadju tal-ilment. L-aġġustamenti għalhekk saru jekk id-densità tas-superfiċje ma kinitx fil-medda ta’ 4,59 u 14,94 abbażi tad-data disponibbli għall-kumpaniji li kkooperaw f’din l-investigazzjoni. Jekk kien meħtieġ aġġustament, intużat id-densità medja ppeżata tas-superfiċje miksuba mill-partijiet li kkooperaw (7,73), u nkisbet kwantità ta’ importazzjoni riveduta f’metri kwadri. Din il-metodoloġija ġiet applikata għall-importazzjonijiet tal-pajjiżi kollha għall-erba’ snin tal-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat ġie stabbilit abbażi tal-importazzjonijiet tal-Unjoni mill-pajjiżi kollha kif irreġistrati mill-Eurostat, iżda b’aġġustamenti għall-unitajiet supplimentari kif imsemmi hawn fuq, flimkien mal-bejgħ ivverifikat fis-suq tal-Unjoni ppreżentat mill-FEP għall-produtturi tal-Unjoni.

(228)

It-Tabella 3 tirreġistra l-kwantità aġġustata tal-importazzjoni f’metri kwadri, u tipprovdi wkoll id-data skont il-massa f’kg. Id-data f’kg turi li l-metodoloġija ta’ aġġustament kellha impatt korrettiv pożittiv fuq id-data tal-importazzjoni aktar milli kellha effett ta’ distorsjoni.

Tabella 3

Volum tal-importazzjonijiet (metri kwadri u kg) u sehem mis-suq

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ Investigazzjoni (2023)

Volum ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (metri kwadri)

11 704 508

14 701 223

19 573 928

11 202 585

Indiċi

100

126

167

96

Sehem mis-suq

16,8 %

19,8 %

25,4 %

22,5 %

Indiċi

100

117

151

134

Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (kg)

92 811 900

113 925 300

154 565 300

88 459 100

Indiċi

100

123

167

95

Sors:

Eurostat

(229)

L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu minn madwar 11,7 miljun metru kwadru fl-2020 għal madwar 19,6 miljun metru kwadru fl-2022, żieda ta’ 67 %. Madankollu, fl-2023 dawn l-importazzjonijiet niżlu għal madwar 11,2 miljun metru kwadru li rrappreżenta tnaqqis ta’ 4 % meta mqabbel mal-2020.

(230)

L-importazzjonijiet skont il-piż f’kg segwew xejra simili ħafna għal dik ta’ metri kwadri.

(231)

F’termini ta’ sehem mis-suq, l-importazzjonijiet (f’metri kwadri) mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu minn 16,8 % fl-2020 għal 25,4 % fl-2022, żieda ta’ 51 %. Madankollu, fl-2023 is-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet naqas għal 22.5 % li xorta rrappreżenta żieda ta’ 34 % meta mqabbel mal-2020.

4.4.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz

(232)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tat-tweġibiet ivverifikati tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun rigward il-valur tal-fattura (f’CNY maqlub għal EUR għal kull metru kwadru) u bl-użu tad-data tal-Eurostat fil-piż (EUR għal kull kg). Kif imsemmi hawn fuq, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet bl-użu tad-data supplimentari f’metri kwadri fl-Eurostat ma kinux affidabbli.

(233)

It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet CIF ivverifikati tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun u l-prezzijiet mill-fabbrika (EXW, ex works) tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(234)

Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

Tabella4

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/metru kwadru u EUR/ kg)

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ Investigazzjoni (2023)

Iċ-Ċina – valuri tal-fattura tal-esportaturi fil-kampjun (EUR/metru kwadru)

19,1

19,8

23,2

21,1

Indiċi

100

104

121

111

Iċ-Ċina – data tal-Eurostat (EUR/ kg)

2,59

2,80

3,35

2,93

Indiċi

100

108

130

113

Sors:

il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u l-Eurostat

(235)

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi kif irrapportati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun ikkonvertiti għal EUR għal kull metru kwadru żdiedu b’21 % mill-2020 sal-2022. Madankollu, dawn il-prezzijiet naqsu b’ 10 % fl-2023. Il-prezzijiet fl-2023 kienu 11 % ogħla minn dawk fl-2020.

(236)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi skont il-Eurostat f’EUR/kg żdiedu bi 30 % mill-2020 sal-2022. Il-prezzijiet għolew b’20 % fl-2022 meta mqabbla mal-2021. Madankollu, dawn il-prezzijiet naqsu b’ 13 % fl-2023. Il-prezzijiet fl-2023 kienu 13 % ogħla minn dawk fl-2020.

(237)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:

(a)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba mingħand klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika; u

(b)

il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta’ Kost, assigurazzjoni u nol (CIF, cost, insurance and freight), b’aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni (id-dazju doganali fuq tali importazzjonijiet kien ta’ 0 %).

(238)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, bl-aġġustament dovut meta neċessarju, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala persentaġġ tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz ta’ bejn 31,0 % u 35,9 % permezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. Aktar minn 95 % tal-importazzjonijiet imqabbla nstabu li kienu qed iwaqqgħu l-prezz. Barra minn hekk, madwar 93 % tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi fil-kampjun tqabblu mat-tipi eżatti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni.

(239)

Il-produttur esportatur Ċiniż JINFA ppropona bidliet fl-istruttura tan-Numru ta’ Kontroll tal-Prodott (PCN, Product Control Number). JINFA ppropona żieda fil-granularità għall-ħxuna tas-saff ta’ fuq u għall-klassifikazzjoni. JINFA ppropona wkoll iż-żieda ta’ parametru ieħor dwar il-ħxuna ġenerali. F. W. Barth u Co GmbH (Barth), Thede & ampWitte Holzimport GmbH Co. KG (“Thede u Witte”) Puderbach Holzhandel GmbH & ampCo. KG (Puderbach), MEFO Floor GmbH & ampCo. KG (MEFO Floor) u Floors 4Ever UAB (“Floors 4Ever”) għamlu wkoll kummenti qosra dwar kwistjonijiet ta’ klassifikazzjoni.

(240)

Il-Kummissjoni emendat l-istruttura tal-PCN billi żiedet il-granularità tas-saff ta’ fuq peress li l-meded preċedenti ma kinux omoġenji. Il-parametri l-oħra ma nbidlux peress li s-suġġerimenti addizzjonali għall-istruttura tal-PCN li saru mill-partijiet instabu li ma kinux meħtieġa u jikkumplikaw biss il-PCN. B’mod partikolari, il-Kummissjoni nnotat li l-klassifikazzjoni ta’ prodotti mhux ewlenin kienet suġġettiva u li kull kumpanija kellha l-mod tagħha kif tiddefinixxi tipi differenti ta’ prodotti mhux ewlenin.

(241)

L-AUMI argumentat li l-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz jenħtieġ li jqis id-differenzi fil-livell tal-kummerċ (LoT, level of trade).

(242)

Il-Kummissjoni nnotat li l-produtturi esportaturi Ċiniżi biegħu lill-importaturi jew lill-bejjiegħa bl-ingrossa. L-industrija tal-Unjoni biegħet ukoll lil tipi ta’ klijenti bħal dawn iżda barra minn hekk, biegħet ukoll lil aktar tipi ta’ klijenti downstream bħal bejjiegħa bl-imnut, ħwienet do-it-yourself (“DIY”), lil periti u operaturi oħra fis-settur tal-kostruzzjoni u tar-rinnovazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni wettqet it-tieni kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz billi naqqset il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni għall-bejgħ lil tali klijenti downstream. Dan it-tnaqqis qies li l-aġenti għall-bejgħ tal-MWF f’ċerti pajjiżi tal-Unjoni tipikament jitolbu kummissjoni ta’ 5 % biex ikopru l-kostijiet u l-marġni ta’ profitt tagħhom. Għalhekk, f’dan il-kalkolu, jekk il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni sar lil klijenti li mhumiex negozjanti u bejjiegħa bl-ingrossa, sar tnaqqis tal-LoT ta’ 5 %. Bl-użu ta’ din il-metodoloġija, il-marġnijiet medji ponderati tat-twaqqigħ tal-prezz varjaw minn 28,8 % sa 34,0 %.

(243)

L-AUMI sostniet li l-prezzijiet minn produttur tal-Unjoni kienu ferm aktar baxxi minn dawk tipikament użati mill-membri tal-AUMI, u dan jagħmilha impossibbli għalihom li jikkompetu. L-AUMI sostniet li kien hemm differenzi fil-prezzijiet sa 40 % bejn il-membri tal-AUMI li jiksbu miċ-Ċina u l-kumpaniji tal-Unjoni li ma jinvolvux ruħhom fl-akkwist miċ-Ċina.

(244)

Il-Kummissjoni vvalutat l-evidenza ppreżentata mill-AUMI li kienet relatata ma’ offerta ta’ prezz ta’ għadd limitat ta’ tipi ta’ prodotti barra mill-perjodu ta’ investigazzjoni. Tali evidenza tqieset aneddotali u ma biddlitx il-kalkolu komprensiv imwettaq mill-Kummissjoni li kopra l-bejgħ kollu li sar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni lill-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni u l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

4.5.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.5.1.   Kummenti ġenerali

(245)

F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(246)

Kif imsemmi fil-premessa (7), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(247)

Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba għall-kwestjonarju tal-FEP. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(248)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

(249)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

4.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.5.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(250)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 5

Produzzjoni, kapaċità tal-prodizzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ Investigazzjoni (2023)

Volum tal-produzzjoni (metri kwadri)

69 227 000

72 919 000

70 038 000

47 882 100

Indiċi

100

105

101

69

Kapaċità tal-produzzjoni (metri kwadri)

91 784 564

85 746 300

84 910 179

83 670 023

Indiċi

100

93

93

91

Użu tal-kapaċità

75 %

85 %

82 %

57 %

Indiċi

100

113

109

76

Sors:

kwestjonarju makro vverifikat

(251)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-produzzjoni fl-industrija tal-Unjoni żdied b’31 %. Analiżi dettaljata wriet li dan it-tnaqqis fil-produzzjoni seħħ prinċipalment fl-2023.

(252)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni ġiet ikkalkolata abbażi ta’ produzzjoni massima li tista’ tinkiseb fit-tul, filwaqt li titqies il-manutenzjoni. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni żdiedet b’9 %.

(253)

Matul il-perjodu kkunsidrat, minkejja tnaqqis ta’ 9 % fil-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità tal-Unjoni naqas bi 24 %.

4.5.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(254)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ Investigazzjoni (2023)

Volum ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni (metri kwadri)

51 113 909

52 082 542

50 419 026

33 366 160

Indiċi

100

102

99

65

Sehem mis-suq

73,4 %

70,0 %

65,5 %

67,1 %

Indiċi

100

95

89

91

Sors:

kwestjonarju makro vverifikat

(255)

Il-volum totali tal-bejgħ tal-Unjoni kien relattivament stabbli mill-2020 sal-2022. Madankollu, fl-2023 il-bejgħ tal-Unjoni niżel għal madwar 33,4 miljun metru kwadru minn 50,4 miljun metru kwadru fl-2022, li rrappreżenta tnaqqis ta’ 35 % meta mqabbel mal-2020.

(256)

Dan il-bejgħ kollu kien fis-suq ħieles peress li ma kien hemm l-ebda bejgħ ristrett matul il-perjodu kkunsidrat. Id-data ristretta fit-Tabella 2 hija relatata mal-użu ristrett fejn ma sar l-ebda bejgħ reali.

(257)

F’termini ta’ sehem mis-suq, il-kwantitajiet tal-bejgħ tal-Unjoni naqsu minn 73,4 % fl-2020 għal 65,5 % fl-2022, żieda ta’ 11 %. Madankollu, fl-2023 is-sehem mis-suq ta’ dan il-bejgħ żdied għal 67.1 % li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 9 % meta mqabbel mal-2020.

(258)

It-tnaqqis kbir fil-kwantitajiet tal-bejgħ tal-Unjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat kien dovut għall-penetrazzjoni fis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet li waqqgħu l-industrija tal-Unjoni kif muri fil-premessi (237) sa (242) hawn fuq. Barra minn hekk, it-tnaqqis kbir fil-bejgħ fl-2023 kien fost l-oħrajn minħabba tnaqqis fid-domanda fl-industrija tal-kostruzzjoni.

(259)

L-iżvilupp tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat kien dovut ukoll għal dawn il-fatturi. It-telf tas-sehem mis-suq laħaq il-11 % sal-2022 iżda rkupra ftit fil-PI matul il-problemi ewlenin fis-settur tal-kostruzzjoni f’dak iż-żmien.

4.5.2.3.   Tkabbir

(260)

Meta wieħed iżomm f’moħħu li l-industrija tal-Unjoni tilfet 9 % tas-sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat, u l-bejgħ tagħha fis-suq ħieles naqas b’35 %, huwa ċar li ma sar l-ebda tkabbir, iżda pjuttost kien perjodu ta’ tnaqqis kemm f’termini assoluti kif ukoll b’rabta mal-konsum fis-suq ħieles.

4.5.2.4.   Impjiegi u produttività

(261)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Impjiegi u produttività

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ Investigazzjoni (2023)

Għadd ta’ impjegati (FTE)

12 204

12 774

13 294

10 509

Indiċi

100

105

109

86

Produttività (m2/impjegat)

5 672

5 708

5 269

4 556

Indiċi

100

101

93

80

Sors:

kwestjonarju makro vverifikat

(262)

L-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’14 % matul il-perjodu kkunsidrat fuq bażi ekwivalenti għal full-time (FTE, full time equivalent).

(263)

Il-produttività f’termini ta’ tunnellati għal kull impjegat naqset b’20 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.5.2.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(264)

Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, b’kunsiderazzjoni tal-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat.

(265)

Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, ma kienx hemm data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat.

4.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(266)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 8

Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ Investigazzjoni (2023)

Prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fis-suq ħieles (EUR/ metru kwadru)

21,5

21,9

26,5

26,7

Indiċi

100

102

123

124

Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/ metru kwadru)

17,8

18,1

23,2

25,2

Indiċi

100

102

131

142

Sors:

il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(267)

Il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ unità fis-suq tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati żdiedu minn EUR 21,5/metru kwadru għal EUR 26,7/metru kwadru matul il-perjodu kkunsidrat, żieda ta’ 24 %. Iż-żieda ewlenija seħħet fl-2022 meta l-prezzijiet tal-bejgħ għal kull unità żdiedu b’21 %.

(268)

Jenħtieġ li din ix-xejra pożittiva apparenti titqies fil-kuntest ta’ żidiet importanti fil-kostijiet tal-materja prima. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, dawn il-kostijiet irrappreżentaw aktar minn 50 % tal-kost unitarju sħiħ tal-produzzjoni. Dan il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied bi 42 % matul il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri b’rata ħafna ogħla miż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ medji fis-suq ħieles tal-Unjoni.

(269)

Il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ unità u l-kostijiet unitarji t-tnejn żdiedu bi 2 % fl-2021 meta mqabbla mal-2020. Madankollu, fl-2022 il-prezzijiet tal-bejgħ żdiedu b’21 % minħabba żidiet fl-ispejjeż tal-materja prima. Barra minn hekk, peress li ż-żidiet fil-kostijiet unitarji kienu ħafna ogħla (29 %), kien ċar li l-prezzijiet kienu qed jitrażżnu. Kif irrapportat fit-Tabella 4 hawn fuq, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu biss b’20 % fl-2022.

(270)

Fl-2023, il-kostijiet unitarji żdiedu għal EUR 25,2/metru kwadru prinċipalment minħabba tnaqqis kbir fil-kwantitajiet tal-bejgħ li rriżulta minn tnaqqis fid-domanda fl-industrija tal-kostruzzjoni kif muri fit-Tabella 6. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx taġġusta għas-sitwazzjoni l-ġdida tas-suq u l-prezzijiet tas-suq tagħha żdiedu biss b’1 %. Fl-2023, il-prezzijiet Ċiniżi naqsu bi 13 % u dan poġġa pressjoni enormi fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

4.5.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(271)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ Investigazzjoni (2023)

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat fuq bażi FTE (ekwivalenti għall-full time) (EUR)

22 887

23 948

24 673

27 099

Indiċi

100

105

108

118

Sors:

il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(272)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu bi 18 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-iżviluppi fis-salarji ġew innegozjati mal-unions tal-ħaddiema u ġew stabbiliti kostijiet oħra relatati mal-impjegati mill-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-perjodu kkunsidrat kien żmien ta’ inflazzjoni għolja.

4.5.3.3.   Inventarji

(273)

Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Inventarji

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ Investigazzjoni (2023)

Stokks tal-għeluq (metru kwadru)

1 447 775

1 500 393

1 651 352

1 912 066

Indiċi

100

104

114

132

Stokks tal-għeluq bħala persentaġġ tal-produzzjoni

9,8 %

8,8 %

9,8 %

16,1 %

Indiċi

100

90

100

165

Sors:

il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(274)

L-istokks tal-għeluq tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdiedu bi 32 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn l-istokks żdiedu bħala perċentwal tal-produzzjoni b’65 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-istokks huma importanti ħafna fl-industrija tal-MWF tal-Unjoni peress li l-bejgħ normalment isir mill-istokk u l-produzzjoni skont l-ordni hija aktar eċċezzjoni għal din il-prattika. Għalhekk, l-istokks normalment ikunu pjuttost għoljin kif muri mill-perċentwali tal-produzzjoni murija fit-Tabella 10. Iż-żidiet fl-istokk kemm f’termini assoluti kif ukoll bħala perċentwal tal-produzzjoni rriżultaw minn tnaqqis kbir fil-bejgħ fl-2023 hekk kif l-industrija tal-Unjoni ppruvat taġġusta l-livelli tal-produzzjoni tagħha b’mod effiċjenti.

4.5.3.4.   Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(275)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ Investigazzjoni (2023)

Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

7,2 %

7,9 %

5,0 %

–3,9 %

Indiċi

100

110

71

-54

Fluss tal-flus (EUR)

26 039 959

29 131 378

24 085 723

-1 822 011

Indiċi

100

112

92

-7

Investimenti (EUR)

5 266 156

13 256 301

7 849 042

12 046 395

Indiċi

100

252

149

229

Redditu fuq l-investimenti

27,4 %

38,1 %

30,7 %

–7,2 %

Indiċi

100

139

112

-26

Sors:

il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(276)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà tal-produtturi fil-kampjun kienet ogħla minn 7 % fl-2020 u fl-2021 iżda naqset għal 5,0 % fl-2022. Dan kien dovut għall-pressjoni fuq il-prezzijiet taż-żieda fil-kwantità tal-importazzjonijiet Ċiniżi kif spjegat fil-premessa (269) hawn fuq. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-profittabbiltà reġgħet naqset, din id-darba b’mod aktar sinifikanti, u niżlet taħt il-punt ta’ ekwilibriju għal –3,9 %. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni kompliet iġġarrab pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet Ċiniżi iżda sofriet ukoll mill-fatt li d-diffikultajiet fis-settur tal-kostruzzjoni fissru li d-domanda għall-MWF naqset b’35 % kif muri fit-Tabella 3.

(277)

L-iżvilupp tal-profittabbiltà, meta jitqies flimkien mal-prezzijiet tal-bejgħ u l-kostijiet tal-produzzjoni fit-Tabella 8 u l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi, wera evidenza ta’ trażżin sinifikanti tal-prezzijiet. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħolli l-prezzijiet tagħha sabiex ikunu jirriflettu biżżejjed iż-żidiet fil-kostijiet sabiex tbigħ bi prezzijiet raġonevolment profittabbli. Dan kien ifisser li l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni niżlet taħt il-livell tal-ekwilibriju fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(278)

Il-fluss ta’ flus nett jirrifletti l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett żviluppat b’mod simili għar-redditu fuq il-fatturat, u l-ewwel naqset fl-2022 u mbagħad saret negattiva fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(279)

Ir-redditu fuq l-investiment huwa l-profitt bħala perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ix-xejra fir-redditu fuq l-investimenti żviluppat ukoll b’mod simili għar-redditu fuq il-fatturat, li l-ewwel naqas fl-2022 iżda sofra tnaqqis kbir fil-perjodu ta’ investigazzjoni kif naqas minn 30,7 % fl-2022 għal –7,2 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(280)

Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun komplew jinvestu matul il-perjodu kkunsidrat kif muri miċ-ċifri tal-investiment ta’ hawn fuq. L-investimenti kienu bejn EUR 5 u 13-il miljun fis-sena u saru prinċipalment sabiex isir titjib fl-effiċjenza u jinżammu l-faċilitajiet eżistenti. Il-kumpaniji tal-industrija tal-Unjoni spjegaw li investimenti bħal dawn kienu l-minimu meħtieġ biex tinżamm l-effiċjenza. Huma kienu jirrappreżentaw inqas minn 4 % tal-fatturat f’kull waħda mill-erba’ snin tal-perjodu kkunsidrat. L-industrija tal-Unjoni spjegat li l-investimenti kienu ristretti minn kapaċità dejjem tonqos biex jinġabar il-kapital. Kif imsemmi fil-premessa (338), waħda mill-kumpaniji tal-industrija tal-Unjoni pprovdiet evidenza biex turi li investiment ta’ EUR 10-15-il miljun kien ġie kkanċellat minħabba s-sitwazzjoni ħażina fis-suq fl-2022 u l-2023. It-tnaqqis fil-livell tar-redditu fuq l-investimenti jipperikola l-kapaċità futura tal-industrija tal-Unjoni li tiġbor il-kapital u b’hekk is-sopravivenza tagħha fuq terminu medju u twil.

4.5.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

(281)

Id-deterjorament fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni seħħ f’suq b’domanda dejjem akbar sal-2022. Madankollu, fl-2023 il-konsum naqas b’35 %. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn 73,4 % fl-2020 għal 67,1 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(282)

L-iżvilupp tal-użu ristrett wera tnaqqis modest ta’ 2 % fil-perjodu kkunsidrat. L-investigazzjoni wriet li l-użu ristrett mhuwiex affettwat direttament mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dan ifisser li l-użu ristrett ma kienx fattur ewlieni fl-analiżi tad-dannu.

(283)

L-iżvilupp fil-prezzijiet tal-bejgħ wera xejra apparentement pożittiva matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-iżvilupp pożittiv tal-prezzijiet tal-bejgħ kien relatat mal-iżvilupp fil-prezzijiet tal-materja prima, li żdiedu b’mod sinifikanti f’dak il-perjodu.

(284)

Il-biċċa l-kbira tal-indikaturi wrew xejra deċiżament negattiva bħall-profittabbiltà, ir-redditu fuq l-investiment u l-fluss tal-flus li kollha marru minn ċifri pożittivi fl-2020 u l-2021, naqsu fl-2022 u saru negattivi fl-2023. L-istokks tal-għeluq ta’ oġġetti lesti żdiedu u dan kellu wkoll impatt negattiv fuq il-fluss tal-flus. Dawn ix-xejriet irriżultaw minn żviluppi fix-xejriet tal-prezzijiet tal-bejgħ u l-ispejjeż tal-produzzjoni. Fatturi bħal dawn, meta eżaminati flimkien mal-iżvilupp tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi fi kwantitajiet li qed jiżdiedu huma turija ċara tat-trażżin tal-prezzijiet. Fl-2022, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping żdiedu fil-kwantità u l-prezzijiet ma żdidux f’konformità mal-kostijiet tal-materja prima. Fl-2023, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tistabbilixxi prezzijiet għal livell li jippermettilha tkopri l-kostijiet tagħha u, filwaqt li fl-2020 u fl-2021, kienet kapaċi tagħmel profitti raġonevoli, fl-2022 tali profitti naqsu taħt il-marġni ta’ profitt fil-mira (7,3 %) u fl-2023 il-profittabbiltà saret negattiva b’mod sinifikanti.

(285)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni wettqet investimenti biex iżżomm l-effiċjenza. Madankollu, wara l-2021 kien hemm evidenza ta’ tnaqqis fil-kapaċità tal-ġbir tal-kapital.

(286)

Għalkemm id-dannu f’din l-investigazzjoni kien jikkonsisti prinċipalment f’indikaturi tal-prezz u tal-prestazzjoni, bħall-profittabbiltà u l-kapaċità li jinġabar il-kapital, l-industrija tal-Unjoni sofriet ukoll tnaqqis fl-indikaturi tal-volum. Il-produzzjoni, il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni kollha naqsu matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, deher ukoll tnaqqis fl-impjiegi u fil-produttività, li kien relatat mal-livelli aktar baxxi tal-produzzjoni u tal-volum ta’ bejgħ. L-importazzjonijiet Ċiniżi kisbu sehem mis-suq mill-2020 sal-2022 iżda tilfu xi ftit mill-qligħ tagħhom fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, fl-2023 il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu b’mod sinifikanti u kellhom impatt qawwi fuq l-indikaturi finanzjarji tal-industrija tal-Unjoni bil-profittabbiltà, ir-redditu fuq l-investiment u l-fluss tal-flus kollha saru negattivi.

(287)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

(288)

F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kull dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra apparti l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: it-tnaqqis fil-konsum, fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, fl-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ kumpaniji relatati mal-industrija tal-Unjoni, fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u ż-żidiet fil-kostijiet inkluż l-investimenti u l-użu ristrett.

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

(289)

Kif muri fit-Tabella 3, il-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina żdied minn madwar 11,7 miljun metru kwadru fl-2020 għal madwar 19,6 miljun metru kwadru fl-2022, żieda ta’ 67 %. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-kwantitajiet tal-importazzjoni naqsu għal 11,2 miljun metru kwadru. F’termini ta’ sehem mis-suq, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina żdiedu minn 16,8 % fl-2020 għal 25,4 % fl-2022, żieda ta’ 51 %. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, is-sehem mis-suq naqas għal 22,5 %. Matul il-perjodu kollu kkunsidrat, l-importazzjonijiet Ċiniżi żiedu s-sehem mis-suq b’34 %.

(290)

Dawn l-osservazzjonijiet ikkoinċidew ma’ tnaqqis ta’ 35 % fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles u tnaqqis fis-sehem mis-suq minn 73,4 % għal 67,1 %, tnaqqis ta’ 9 %.

(291)

Kif spjegat fil-premessi (269) sa (270), l-importazzjonijiet miċ-Ċina kkawżaw trażżin tal-prezzijiet għall-industrija tal-Unjoni fl-2022 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Tali trażżin tal-prezzijiet fisser li, meta l-kostijiet unitarji tal-produtturi tal-Unjoni żdiedu b’29 % fl-2022 (l-aktar minħabba żidiet fil-kostijiet tal-materja prima), il-produtturi tal-Unjoni ma setgħux jaġġustaw il-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom b’mod li jippermettilhom iżommu l-livelli ta’ profittabbiltà tagħhom. Din is-sitwazzjoni marret għall-agħar fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta l-kostijiet komplew jiżdiedu. Fil-fatt, fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu bi 13 %. Bħala riżultat ta’ dan it-trażżin tal-prezzijiet, l-industrija tal-Unjoni għamlet telf ta’ 3,9 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(292)

Il-penetrazzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu kkunsidrat kienet possibbli minħabba li l-prodott taħt investigazzjoni normalment jinbiegħ mill-istokk u l-prezz għandu rwol ewlieni fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-klijenti. Il-koinċidenza fiż-żmien bejn id-deterjorament fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni u l-preżenza sinifikanti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina, li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u li jrażżnu l-livelli tal-prezzijiet tas-suq tal-Unjoni, tikkonferma rabta kawżali bejn it-tnejn.

(293)

AUMI u CNFPIA sostnew li jekk kien hemm dannu materjali, dan ma kienx ikkawżat mill-importazzjonijiet Ċiniżi peress li d-dannu materjali allegat seħħ meta l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu fl-aktar livell baxx tiegħu.

(294)

Il-Kummissjoni nnotat li din l-asserzjoni injorat żewġ fatturi importanti relatati mad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. L-ewwel nett, id-dannu mġarrab beda fl-2022 meta l-profitti naqsu minn 7,9 % għal 5,0 %, tnaqqis ta’ 36 %. Barra minn hekk, it-Tabella 11 turi li l-fluss tal-flus naqas bi 17 % fl-2022 u r-redditu fuq l-investiment b’14 %. Dan id-deterjorament kien ikkawżat min-nuqqas ta’ kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha f’konformità maż-żidiet fil-kostijiet tagħha minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet li bdiet f’dik is-sena. Id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fl-2022 ma kienx relatat mal-konsum li żdied b’4 % f’dik is-sena.

(295)

It-tieni, kif deskritt fit-taqsima “Konklużjoni dwar id-dannu”, id-dannu f’dan il-każ kien relatat prinċipalment mat-trażżin tal-prezzijiet u l-impatt tiegħu fuq l-indikaturi tal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, mhuwiex korrett li jiġi ddikjarat li d-dannu ma setax jeżisti minħabba li l-kwantitajiet tal-importazzjoni naqsu fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Kienu prinċipalment il-prezzijiet baxxi ta’ dawn l-importazzjonijiet, flimkien mal-kwantitajiet tagħhom, li baqgħu sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, li kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Dan huwa evidenti mill-analiżi tal-kostijiet u l-prezzijiet matul il-perjodu kkunsidrat. Tabilħaqq, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina kienu konsistentement aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni, baqgħu ogħla mill-kostijiet ta’ din tal-aħħar fl-2020 u fl-2021. Madankollu, fl-2022, il-prezzijiet Ċiniżi allinjaw mal-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni u niżlu b’mod sinifikanti taħthom fl-2023, u kkawżaw dannu materjali. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(296)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni.

5.2.   Effetti ta’ fatturi oħrajn

5.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(297)

Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ Investigazzjoni (2023)

L-Ukrajna

Kwantità (metri kwadri)

3 912 033

4 268 444

3 815 351

2 790 352

Indiċi

100

109

98

71

Prezz medju (EUR/metru kwadru)

15,0

17,5

21,0

21,1

Indiċi

100

117

140

141

Sehem mis-suq

5,6 %

5,7 %

5,0 %

5,6 %

Indiċi

100

102

88

100

Pajjiżi terzi oħra

Kwantità (metri kwadri)

2 861 132

3 346 186

3 208 960

2 378 011

Indiċi

100

117

112

83

Prezz medju (EUR/metru kwadru)

23,8

24,0

29,4

25,9

Indiċi

100

101

124

109

Sehem mis-suq

4,1 %

4,5 %

4,2 %

4,8 %

Indiċi

100

109

101

116

Total tal-pajjiżi terzi kollha għajr il-pajjiż ikkonċernat

Kwantità (metri kwadri)

6 773 165

7 614 631

7 024 311

5 168 363

Indiċi

100

112

104

76

Prezz medju (EUR/metru kwadru)

6,9

7,0

6,6

7,4

Indiċi

100

101

96

107

Sehem mis-suq

9,7 %

10,2 %

9,1 %

10,4 %

Indiċi

100

105

94

107

Sors:

Eurostat – aġġustat għad-densità tas-superfiċje

(298)

L-importazzjonijiet mill-Ukrajna kienu l-akbar importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. L-importazzjonijiet mill-Ukrajna saru prinċipalment mill-Grupp Barlinek li rrappreżenta bejn 70 -90 % tal-importazzjonijiet mill-Ukrajna fil-perjodu kkunsidrat.

(299)

Il-kwantitajiet tal-importazzjonijiet mill-Ukrajna kienu relattivament stabbli matul il-perjodu mill-2020 sal-2022 u naqsu b’29 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Is-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet kien stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Fil-fatt, is-sehem mis-suq tagħhom kien fl-istess livell fil-perjodu ta’ investigazzjoni bħal fl-2020 (5,6 %).

(300)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-Ukrajna żdiedu b’41 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet tal-importazzjoni kienu prinċipalment prezzijiet ta’ trasferiment ta’ Barlinek Group u kienu jikkonsistu f’tipi bażiċi ta’ MWF biex jikkomplementaw il-produzzjoni tal-Grupp fl-Unjoni. Il-prezzijiet ta’ trasferiment ma kinux jinkludu ċerti kostijiet tal-Grupp li jiżdiedu qabel il-bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni. Għalhekk, kien ċar li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ukreni ma kinux ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(301)

Il-kwantitajiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra naqsu bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat. Matul il-perjodu kollu dawn l-importazzjonijiet baqgħu taħt il-5 % tas-sehem mis-suq.

(302)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kienu f’livelli konsistentement ogħla minn dawk taċ-Ċina.

(303)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni jew ma attenwawx ir-rabta kawżali fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja.

5.2.2.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(304)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppa kif ġej:

Tabella 13

Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ Investigazzjoni (2023)

Volum tal-bejgħ (m2)

3 998 853

4 804 276

4 130 540

3 053 095

Indiċi

100

120

103

76

Prezz medju (EUR/m2)

20,1

21,0

26,3

27,8

Indiċi

100

105

131

138

Sors:

il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(305)

Il-volum tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’24 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ dawn l-esportazzjonijiet żdiedu bi 38 % matul l-istess perjodu.

(306)

Meta wieħed iżomm f’moħħu li l-volumi tal-esportazzjoni kienu jirrappreżentaw biss madwar 25 % tal-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni u li x-xejra tal-volumi tal-bejgħ u l-prezzijiet kienu simili għal dawk osservati għall-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles tal-Unjoni, huwa evidenti li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma hijiex element ewlieni fil-valutazzjoni ġenerali tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(307)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma kkawżatx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni jew setgħet ittaffi r-rabta kawżali fir-rigward tal-importazzjonijiet Ċiniżi.

5.2.3.   Żviluppi fil-konsum

(308)

L-iżviluppi fil-konsum tqajmu bħala fattur ta’ kawżalità minn AUMI, CNFPIA, Barth, Puderback, MEFO Floor u Thede & Witte fid-diversi sottomissjonijiet tagħhom.

(309)

Kif muri fit-Tabella 2, il-konsum żdied mill-2020 sal-2022 bi 11 % iżda naqas b’35 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan it-tnaqqis kbir kien ikkawżat mill-iżviluppi fl-industrija tal-kostruzzjoni. L-industrija tal-Unjoni wieġbet billi naqqset il-kwantitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ fil-perjodu ta’ investigazzjoni sabiex taġġusta għad-daqs imnaqqas tas-suq.

(310)

It-tnaqqis fil-konsum wassal ukoll għal żidiet fil-kostijiet unitarji fil-perjodu ta’ investigazzjoni peress li l-kostijiet fissi kienu mifruxa fuq kwantitajiet imnaqqsa ta’ produzzjoni. Għalhekk kien ċar li l-industrija tal-Unjoni kienet affettwata b’mod sinifikanti mit-tnaqqis fil-konsum fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(311)

Madankollu, fl-2022 il-konsum żdied b’4 % iżda l-industrija tal-Unjoni bdiet iġġarrab dannu u, b’mod partikolari, esperjenzat tnaqqis fil-profittabbiltà ta’ 36 % minn 7,9 % fl-2021 għal 5,0 %. Jidher ċar li din ix-xejra negattiva ma rriżultatx mill-iżviluppi fil-konsum.

(312)

Barra minn hekk, hekk kif il-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu bi 8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet b’mod proporzjonat. Dan irriżulta fi tnaqqis fil-profittabiltà għal taħt il-livelli ta’ ekwilibriju (–3,9 %). Kif spjegat fil-premessi (269) sa (270), dan l-iżvilupp kien ikkawżat mill-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-produtturi esportaturi Ċiniżi.

(313)

Konsegwentement, huwa ċar li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni beda fl-2022, ikkawżat mill-pressjoni tal-prezzijiet Ċiniżi, u kompla u mar għall-agħar fil-perjodu ta’ investigazzjoni, minħabba t-tnaqqis fil-konsum u aktar tnaqqis fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Filwaqt li t-tnaqqis fil-konsum affettwa l-volum tal-bejgħ u l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, din tal-aħħar setgħet iżżomm is-sehem mis-suq tagħha u żżid il-prezzijiet tagħha biex tinnewtralizza l-impatt taż-żieda fil-kostijiet, li kieku ma kienx għall-effett ta’ trażżin li għandu l-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping. Fi kliem ieħor, filwaqt li t-tnaqqis fil-konsum kellu impatt fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, dak l-impatt ma ġiex newtralizzat u għalhekk immaterjalizza minħabba l-effett ta’ trażżin tal-prezzijiet Ċiniżi. Fi kwalunkwe każ, fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni, dak l-impatt ma jnaqqasx ir-rabta kawżali bejn il-prezzijiet Ċiniżi u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.4.   Żidiet fil-kostijiet

(314)

Iż-żidiet fil-materja prima u kostijiet oħra tqajmu bħala fattur ta’ kawżalità mill-AUMI u s-CNFPIA fid-diversi sottomissjonijiet tagħhom. Iż-żidiet l-oħra fil-kostijiet imsemmija kienu l-kostijiet tal-enerġija, l-inflazzjoni, l-ambjent u l-kostijiet regolatorji u l-kostijiet relatati mal-investimenti. Madankollu, il-Kummissjoni se tittratta ż-żieda fil-kostijiet b’mod ġenerali li għalihom id-data tal-kost unitarju diġà ntweriet fit-Tabella 8. Dan minħabba li l-kostijiet l-oħra msemmija ma ffurmawx proporzjon kbir tal-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni u kwalunkwe żieda f’tali kostijiet għalhekk ikollha impatt negliġibbli fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(315)

Il-kost unitarju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 42 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, madankollu, l-industrija tal-Unjoni bdiet iġġarrab dannu fl-2022 meta l-kostijiet żdiedu b’29 %. Dan kien prinċipalment dovut għal żidiet fil-kostijiet tal-materja prima li rrappreżentaw aktar minn 50 % tal-kostijiet unitarji sħaħ tal-produzzjoni.

(316)

Iż-żidiet fil-kostijiet jeħtieġ li jiġu mgħoddija lill-klijenti f’xi stadju sabiex il-produtturi jibqgħu vijabbli. Madankollu, fl-2022, il-kostijiet unitarji żdiedu b’29 % filwaqt li l-prezzijiet tal-bejgħ żdiedu b’21 % biss. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu biss b’20 % fl-2022.

(317)

Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-kostijiet unitarji tal-industrija tal-Unjoni żdiedu bi 8 % oħra iżda ż-żidiet fil-prezzijiet tal-bejgħ kienu ristretti għal 1 %. Il-prezzijiet Ċiniżi naqsu bi 13 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wassal għat-tnaqqis fil-profittabbiltà, fir-redditu fuq l-investiment u fil-fluss tal-flus murija fit-Tabella 11.

(318)

Konsegwentement, huwa ċar li ż-żieda fil-kostijiet unitarji tal-industrija tal-Unjoni hija biss fattur kontributorju għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fl-2022 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, kif spjegat fil-premessa (313), il-kawża reali tad-dannu materjali kienet il-pressjoni fuq il-prezzijiet miċ-Ċina, li ma ppermettietx lill-industrija tal-Unjoni tadatta għas-sitwazzjoni tal-kostijiet akbar. Għalhekk, jenħtieġ li l-impatt taż-żidiet fil-kostijiet ma jitqiesx bħala kawża ta’ dannu, iżda pjuttost bħala żvilupp normali tan-negozju li l-industrija ma setgħetx tirreaġixxi bis-sħiħ għalih minħabba l-pressjoni tal-prezzijiet Ċiniżi.

5.2.5.   Użu kaptiv

(319)

L-użu ristrett naqas b’madwar 2 % f’termini assoluti matul il-perjodu kkunsidrat u kien jinkludi ftit aktar minn 1 % tal-konsum totali tas-suq bħala medja matul il-perjodu kkunsidrat kif iddikjarat fit-Tabella 2. Il-Kummissjoni, għalhekk, qieset li l-iżviluppi fl-użu ristrett kienu stabbli f’settur żgħir ħafna tas-suq totali.

(320)

Għalhekk, l-iżvilupp fl-użu ristrett ma setax ikkawża dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni jew naqqas ir-rabta kawżali fir-rigward tal-importazzjonijiet Ċiniżi.

5.2.6.   Fatturi oħrajn

(321)

L-AUMI asserixxiet l-allegat “dannu kkawżat minnha stess” tal-industrija tal-Unjoni bħala fattur ta’ kawżalità. B’mod partikolari, l-AUMI asserixxiet li l-industrija tal-Unjoni rrifjutat li tbigħ lil xi wħud mill-membri tal-koalizzjoni tagħha u li dan kien jikkostitwixxi prattika kummerċjali ħażina li affettwat b’mod negattiv is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

(322)

Il-Kummissjoni nnotat li din l-asserzjoni kienet vaga u definita ħażin. Meta wieħed iżomm f’moħħu li din l-asserzjoni kienet totalment mhux sostanzjata, ma setgħetx tiġi aċċettata bħala fattur ta’ kawżalità sinifikanti.

(323)

L-AUMI sostniet ukoll li diversi produtturi tal-Unjoni importaw MWF Ċiniżi li seta’ kkawża dannu. Barra minn hekk, l-AUMI ddikjarat li ħafna produtturi tal-Unjoni għandhom siti ta’ produzzjoni barra mill-Unjoni li għandhom vantaġġi kompetittivi, bħal pagi aktar baxxi u prezzijiet tal-enerġija aktar baxxi, u li l-prodotti tal-MWF tagħhom huma f’kompetizzjoni ma’ prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni.

(324)

Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni nkisbu prinċipalment mill-Ukrajna. Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat li l-importazzjonijiet minn siti ta’ produzzjoni li huma proprjetà tal-industrija tal-Unjoni f’pajjiżi terzi bħall-Ukrajna diġà ġew koperti f’din l-analiżi tal-kawżalità fit-taqsima 5.2.1. L-allegazzjonijiet ta’ AUMI dwar l-importazzjonijiet mill-Grupp Kährs (miċ-Ċina għall-Iżvezja) ma kinux sostanzjati peress li l-allegazzjonijiet ma kienx fihom dettalji tal-kwantitajiet u l-prezzijiet involuti. Din l-affermazzjoni lanqas ma spjegat kif, u sa liema punt, tali kummerċ ikkawża dannu lill-industrija tal-Unjoni.

(325)

Fl-aħħar nett, l-AUMI asserixxiet li l-kostijiet baxxi tal-merkanzija, li l-ilmentatur argumenta li kienu rriżultaw f’żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi, kienu qosra hekk kif il-kostijiet tal-merkanzija bdew jiżdiedu f’Settembru 2023.

(326)

Il-Kummissjoni ma qisitx li l-kostijiet tat-trasport tal-merkanzija per se kienu kawża ewlenija ta’ dannu iżda li huma sempliċiment parti mill-kostijiet biex l-esportazzjonijiet jinġiebu għal livell CIF. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(327)

L-investigazzjoni wriet li l-preżenza ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx miċ-Ċina kellha l-effett li trażżan il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni fl-2022 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan fisser li l-livell tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni ma setax jogħla biex ikopri iż-żidiet fil-prezzijiet tal-materja prima f’dawn is-snin. Konsegwentement, il-profittabbiltà tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqset b’36 % fl-2022 u saret negattiva fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Tali profittabbiltà kienet inqas mill-profitti li l-industrija jenħtieġ li tikseb f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni u hija b’mod ċar inadegwata biex tiżgura s-sopravivenza fit-tul tal-industrija. Kellu jsir investiment mill-industrija tal-Unjoni sabiex jinżammu l-faċilitajiet eżistenti, iżda l-kapaċità mnaqqsa biex jinġabar il-kapital kienet ta’ theddida għal-livelli ta’ investiment.

(328)

Kwantitajiet sinifikanti ta’ importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping bi prezz baxx kienu preżenti fis-suq ħieles tal-Unjoni. Filwaqt li s-sehem mis-suq tagħhom naqas fil-perjodu ta’ investigazzjoni, dawn żdiedu meta mqabbla mal-2020 jew l-2021. B’riżultat ta’ dan, huma kienu jirrappreżentaw madwar żewġ terzi tal-importazzjonijiet kollha lejn is-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni. L-investigazzjoni wriet li din il-penetrazzjoni fis-suq kellha wkoll konsegwenzi negattivi fuq l-industrija tal-Unjoni, b’mod partikolari fuq il-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ li, rispettivament, naqsu b’31 % u b’35 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(329)

Fatturi oħra eżaminati kienu l-importazzjonijiet minn sorsi oħra, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-iżviluppi fl-użu ristrett, l-iżviluppi fil-konsum u ż-żidiet fil-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(330)

Għalhekk, il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha li jaffettwaw is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping. L-ebda wieħed mill-fatturi, kollettivament jew separatament, ma nstab li kellu effett fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni biżżejjed biex iqajjem dubju dwar il-konklużjoni li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu qed jikkawżaw dannu materjali.

(331)

It-tnaqqis fil-konsum fil-perjodu ta’ investigazzjoni kkontribwixxa għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kif ukoll iż-żidiet fil-kostijiet unitarji fl-2022 u fl-2023, għalkemm tali kwistjonijiet kienu fatturi aggravanti li żiedu mad-dannu mġarrab mill-industrija.

(332)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Id-dannu jikkonsisti prinċipalment fit-trażżin tal-prezzijiet, il-profittabbiltà, ir-redditu fuq l-investimenti, il-fluss tal-flus, il-kapaċità li jiżdied il-kapital u ż-żieda fl-istokks. Madankollu, f’termini ta’ indikaturi tal-volum, l-industrija tal-Unjoni ġarrbet telf fis-sehem mis-suq, u tnaqqis fil-produzzjoni, fil-produttività, fil-volum tal-bejgħ u fl-impjiegi.

6.   LIVELL TAL-MIŻURI

(333)

Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed sabiex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping lill-industrija tal-Unjoni.

(334)

F’dan il-każ, l-ilmentaturi sostnew l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. F’dan l-istadju tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma ħadet l-ebda deċiżjoni rigward id-distorsjonijiet fil-materja prima li se tittieħed fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni.

6.1.   Marġni tad-dannu

(335)

Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni setgħet tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikolu 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku.

(336)

F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ biex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Jenħtieġ li tali marġni ta’ profitt ma jkunx anqas minn 6 %.

(337)

Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni stabbiliet profitt bażiku li jkopri l-kostijiet sħaħ f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Dan il-profitt bażiku ġie stabbilit abbażi tal-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fl-2020 kif muri fit-Tabella 11, jiġifieri sena qabel ma l-industrija kienet soġġetta għal dumping dannuż. Dan il-marġni ta’ profitt ġie stabbilit għal 7,15 %.

(338)

L-industrija tal-Unjoni pprovdiet evidenza li l-livell tagħha ta’ investimenti, riċerka u żvilupp (R&Ż) u innovazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat kienu jkunu ogħla f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Il-Kummissjoni vverifikat din l-informazzjoni u identifikat produttur wieħed fil-kampjun li ppjana li jinvesti fl-impjant tal-MWF tiegħu, iżda dawn l-investimenti ġew ikkanċellati minħabba l-kundizzjonijiet ekonomiċi ħżiena prevalenti fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, l-asserzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni nstabu li kienu ġġustifikati. Sabiex dan jiġi rifless fil-profitt fil-mira, il-Kummissjoni kkalkolat id-differenza bejn l-investimenti, l-ispejjeż tar-R&Ż u l-innovazzjoni (“IRI”) f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni kif ipprovduti mill-industrija tal-Unjoni u vverifikati mill-Kummissjoni mal-ispejjeż reali tal-IRI matul il-perjodu kkunsidrat. Il-valur annwalizzat tal-investimenti ċeduti espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-industrija tal-Unjoni fil-kampjun kien ta’ 0,19 %.

(339)

Dan il-perċentwal ta’ 0,19 % żdied mal-profitt bażiku ta’ 7,15 % imsemmi fil-premessa (337), li wassal għal profitt fil-mira ta’ 7,3 %.

(340)

B’hekk, il-Kummissjoni kkalkulat prezz mhux dannuż għall-prodott simili tal-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġni ta’ profitt fil-mira msemmi hawn fuq għall-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(341)

Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta’ marġni tad-dannu abbażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun fil-pajjiżi kkonċernati, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, bil-prezz mhux dannuż medju ponderat tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq ħieles tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala persentaġġ tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni.

(342)

Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħra li kkooperaw” u għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw miċ-Ċina” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji u l-importazzjonijiet (ara l-premessi (213) u (214)).

Pajjiż

Kumpanija

Marġni ta’ dumping (%)

Marġni ta’ dannu (%)

Iċ-Ċina

Forest Group

55,5

45,9

 

Fusong Group

60,4

42,3

 

Jinfa Group

42,7

49,2

 

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

50,7

46,7

 

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw miċ-Ċina

60,4

49,2

6.2.   Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni

(343)

Kif spjegat fin-Notifika tal-Bidu, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li fil-pajjiż ikkonċernat hemm distorsjonijiet fil-materja prima rigward il-prodott taħt investigazzjoni. Għaldaqstant, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, din l-investigazzjoni eżaminat id-distorsjonijiet allegati biex tivvaluta, jekk rilevanti, jekk dazju inferjuri għall-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jelimina d-dannu.

(344)

Il-Kummissjoni se tkompli tinvestiga l-allegati distorsjonijiet biex twettaq il-valutazzjoni fil-livell xieraq ta’ miżuri f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li tiddetermina l-ammont ta’ dazji proviżorji f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku.

(345)

Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont ta’ dazji provviżorji f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku.

6.3.   Konklużjoni dwar il-livell tal-miżuri

(346)

Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, jenħtieġ li d-dazji anti-dumping proviżorji jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju anti-dumping proviżorju

Iċ-Ċina

Forest Group

45,9  %

 

Fusong Group

42,3  %

 

Jinfa Group

42,7  %

 

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

46,7  %

 

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw miċ-Ċina

49,2  %

7.   INTERESS TAL-UNJONI

(347)

Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti kollha, inkluż dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tal-bejjiegħa bl-ingrossa, tal-bejjiegħa bl-imnut, tal-utenti, tal-konsumaturi u tal-fornituri.

7.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(348)

Hemm madwar 200 kumpanija li jipproduċu l-MWF fl-Unjoni li jimpjegaw bejn 10 500 u 13 300 membru tal-persunal fil-perjodu kkunsidrat. Il-produtturi huma mifruxa ħafna madwar l-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni inkluża fil-kampjun, li tirrappreżenta aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali, ikkooperat fl-investigazzjoni.

(349)

L-analiżi fit-taqsimiet 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament ikkonfermat li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali u li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu kawża ewlenija ta’ dak id-dannu. Id-dannu mġarrab iħalli lill-industrija tal-Unjoni f’sitwazzjoni vulnerabbli. Il-profittabbiltà tagħha naqset minn aktar minn 7 % fl-2020 u fl-2021 għal –3,9 % fl-2023. Dan kien ikkawżat minn pressjoni fuq il-prezzijiet imposta mill-produtturi Ċiniżi fil-kuntest ta’ żieda fil-kostijiet u tnaqqis fid-domanda.

(350)

Minħabba s-sejba ta’ dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni, l-impożizzjoni ta’ miżuri tippermetti lill-industrija tal-Unjoni żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha u ttejjeb il-profittabbiltà tagħha lejn livelli sostenibbli, iżżid l-investiment, u b’hekk iżżomm pożizzjoni kompetittiva fis-suq ewlieni tagħha. L-industrija tal-Unjoni tkun tista’ wkoll terġa’ tikseb is-sehem mis-suq mitluf billi żżid il-kwantitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni.

(351)

In-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jkollu aktar effetti negattivi sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ bejgħ u volumi ta’ produzzjoni aktar baxxi, aktar trażżin tal-prezzijiet li jwassal għal deterjorament finanzjarju ulterjuri tas-sitwazzjoni ekonomika tagħha f’termini ta’ profittabbiltà u investiment li jipperikola l-futur u l-impjiegi tagħha.

(352)

Barth innotifikat lill-Kummissjoni li għandha produttur tal-Unjoni tal-MWF fi ħdan il-Grupp fl-Iżvezja li jimmanifattura prodotti fis-“segment tal-prezz superjuri”. Mingħajr ma pprovdiet dettalji biex issostni l-asserzjoni tagħha, Barth iddikjarat li din il-kumpanija kkompetiet b’suċċess fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, din il-kumpanija ġiet inkluża fil-makroindikaturi użati biex jiġi stabbilit id-dannu f’din l-investigazzjoni iżda ma ħaditx sehem fil-proċess ta’ kampjunar li wassal għall-kalkolu tal-mikroindikaturi. Filwaqt li l-opinjoni ta’ Barth hija debitament innotata, din ma twarrabx is-sejbiet ġenerali tad-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni għall-industrija tal-Unjoni b’mod ġenerali.

(353)

L-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-MWF Ċiniża hija għalhekk b’mod ċar fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

7.2.   Interess tal-importaturi u tan-negozjanti mhux relatati

(354)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil 36 importatur u negozjant fil-bidu tal-investigazzjoni. Din il-lista kienet tinkludi l-importaturi l-kbar li jaġixxu wkoll bħala bejjiegħa bl-ingrossa fis-suq tal-Unjoni.

(355)

Importatur wieħed biss ikkoopera fl-investigazzjoni billi ta tweġiba għall-kwestjonarju. Din it-tweġiba kienet tirrappreżenta inqas minn 6 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(356)

Barra minn hekk, grupp ta’ 12-il importatur u negozjant (AUMI) issottometta kummenti li jopponu l-impożizzjoni ta’ miżuri. Minn dawn it-12-il kumpanija, Lamett Europe B.V. (Lamett) biss issottomettiet tweġiba għall-kwestjonarju. L-AUMI ma indikawx il-perċentwal tagħhom ta’ importazzjonijiet tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Fl-aħħar nett, f’Novembru 2024 ħames importaturi oħra, inkluż uħud mill-akbar kumpaniji importaturi, irreġistraw bħala partijiet interessati u għamlu sottomissjonijiet li jopponu l-impożizzjoni ta’ miżuri.

(357)

AUMI, Barth, Floors 4Ever, Puderbach, MEFO Floor u Thede & Witte sostnew li l-miżuri jżidu l-kostijiet tal-importazzjoni tal-MWF u għalhekk jagħmlu ħsara lill-importaturi.

(358)

Il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni biex tistabbilixxi b’mod preċiż l-impatt li l-impożizzjoni ta’ miżuri jkollha fuq l-attivitajiet tal-importaturi/negozjanti mhux relatati. Abbażi tal-uniku importatur li kkoopera, l-impożizzjoni ta’ miżuri jkollha ċertu impatt fuq is-settur tal-importazzjoni peress li l-MWF kien prodott importanti għal Lamett (iżda kien inqas minn 50 % tal-fatturat tagħha). Peress li importaturi oħra ma kkooperawx fl-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx taċċerta jekk din is-sitwazzjoni kinitx tipika għas-settur tal-importazzjoni b’mod ġenerali. Barra minn hekk, is-siti web tal-importaturi l-kbar jissuġġerixxu li huma jbigħu ħafna prodotti oħra għajr l-MWF biss. Barra minn hekk, Barth sostniet li l-importazzjonijiet ta’ MWF miċ-Ċina kienu jirrappreżentaw 50 % tan-negozju tagħhom.

(359)

Għalhekk, jista’ jkun mistenni li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina jkollha xi impatt fuq is-settur tal-importazzjoni peress li l-importazzjonijiet miċ-Ċina jkunu mistennija li jonqsu ladarba jiġu imposti l-miżuri. Madankollu, sa ċertu punt l-importaturi jkunu jistgħu jakkwistaw minn pajjiżi terzi jew mill-industrija tal-Unjoni u, probabbilment fi kwantitajiet aktar baxxi, miċ-Ċina.

(360)

Barth u Floors 4Ever sostnew li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fuq l-MWF tista’ tirriżulta wkoll f’żieda fl-importazzjonijiet ta’ prodotti oħra tal-pavimenti bħall-vinil.

(361)

Madankollu, ma kienx ċar kif, u sa liema punt, dan seta’ jaffettwa lill-importaturi peress li huma diġà importaw prodotti bħal dawn.

(362)

Fir-rigward tal-prezzijiet tal-MWF, huwa mistenni li xi importaturi jkunu jistgħu jgħaddu ż-żidiet fil-prezzijiet (li jirriżultaw mill-miżuri) lill-klijenti tagħhom, għalkemm tali kummerċ jista’ jiġġenera profitti aktar baxxi. L-informazzjoni dwar il-profittabbiltà tas-settur tal-importazzjoni kienet limitata għall-uniku importatur li kkoopera. Madankollu, meta wieħed iżomm f’moħħu l-prezzijiet ġeneralment baxxi tal-importazzjoni miċ-Ċina, kif muri mill-marġnijiet kbar ta’ twaqqigħ tal-prezz ikkalkulati fit-taqsima 4.4.2, kien ċar li r-rata ta’ profittabbiltà medja tal-importaturi kienet pożittiva, u ferm ogħla minn dawk tal-industrija tal-Unjoni.

(363)

Barth, Floors 4Ever u Thede & Witte sostnew li l-importaturi kienu qed ifornu lis-suq tal-Unjoni b’MWF li l-industrija tal-Unjoni ma kellhiex il-kapaċità li tforni hija stess.

(364)

Madankollu, ma kienx mistenni li l-importazzjonijiet miċ-Ċina jieqfu kompletament, iżda pjuttost li l-prezz ta’ dawn l-importazzjonijiet jiżdied bħala riżultat tal-miżuri imposti minn din l-investigazzjoni. Barra minn hekk, meta wieħed iżomm f’moħħu ċ-ċifri ppreżentati fit-Tabella 3 u l-ħafna sorsi oħra ta’ provvista murija fit-Tabella 12, dan il-kumment ġie miċħud.

(365)

Għalhekk, abbażi tad-data disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impatt tal-miżuri ma jkunx sproporzjonat għall-importaturi/negozjanti.

7.3.   Interess tal-utenti, tal-bejjiegħa bl-imnut eċċ.

(366)

L-industrija tal-utenti tal-MWF tikkonsisti prinċipalment minn bejjiegħa bl-imnut, bħal ħwienet tad-DIY kif ukoll minn periti, imprendituri u operaturi oħra fis-settur tal-kostruzzjoni u tar-rinnovazzjoni. L-ebda utent ma kkopera fl-investigazzjoni.

(367)

Bl-istess mod, l-operaturi fis-setturi tal-kostruzzjoni u tar-rinnovazzjoni ma jsofrux minn nuqqas ta’ provvista u jkunu jistgħu jgħaddu ż-żidiet fil-prezzijiet għall-MWF lill-klijenti tagħhom. Ix-xiri tal-MWF jirrappreżenta parti żgħira ħafna tal-fatturat tal-kumpanija tagħhom.

(368)

Jista’ jkun mistenni li l-bejjiegħa bl-imnut u l-ħwienet tad-DIY ma jiġux affettwati b’mod sproporzjonat mill-miżuri peress li ma jsofrux minn nuqqas ta’ provvista peress li jeżistu ħafna sorsi oħra ta’ provvista. Ikun mistenni wkoll li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma jieqfux mal-impożizzjoni tal-miżuri, iżda pjuttost ikollhom jgħollu l-prezzijiet għal livell inqas dannuż.

(369)

Bl-istess mod, l-operaturi fis-setturi tal-kostruzzjoni u tar-rinnovazzjoni ma jsofrux minn nuqqas ta’ provvista u jkunu jistgħu jgħaddu ż-żidiet fil-prezzijiet għall-MWF lill-klijenti tagħhom. Ix-xiri tal-MWF jirrappreżenta parti żgħira ħafna tal-fatturat tal-kumpanija tagħhom.

7.4.   Interess tal-industrija tal-injam tal-Unjoni

(370)

L-industrija tal-injam tal-Unjoni tipprovdi zkuk tal-injam iebes u tal-injam artab, normalment minn kumpaniji tal-Foresti Nazzjonali f’diversi Stati Membri. L-industrija tal-injam tipprovdi wkoll injam iebes u injam artab isserrat lill-produtturi tal-Unjoni tal-MWF li huma inqas integrati. Tali injam jista’ jiġi fornut ukoll lill-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-MWF.

(371)

Ma waslet l-ebda kooperazzjoni mill-industrija tal-injam tal-Unjoni.

(372)

AUMI, Barth u Thede & Witte sostnew li peress li l-produtturi Ċiniżi jimportaw ammonti sinifikanti ta’ injam mill-Unjoni, il-miżuri se jagħmlu ħsara wkoll lill-industrija tal-injam tal-Unjoni.

(373)

Madankollu, jista’ jkun mistenni li kwalunkwe tnaqqis fil-produzzjoni tal-MWF fiċ-Ċina, li jirriżulta mill-miżuri imposti minn din l-investigazzjoni, jiġi sostitwit mill-produzzjoni fl-Unjoni jew f’pajjiżi terzi. Għalhekk, ma hemm l-ebda evidenza li l-industrija tal-injam se tkun affettwata b’mod sproporzjonat mill-miżuri. Fil-fatt, għall-kuntrarju, il-miżuri x’aktarx li jappoġġaw lill-industrija tal-MWF tal-Unjoni u għalhekk jappoġġaw lill-industrija tal-injam ukoll.

7.5.   Interess tal-konsumaturi tal-Unjoni

(374)

Barth, Floors 4Ever, Puderbach, MEFO Floor u Thede & Witte sostnew li l-miżuri jkollhom impatt negattiv fuq il-konsumaturi peress li d-dazji jwasslu għal prezzijiet ogħla għal dan is-settur.

(375)

Din l-asserzjoni ma kinitx sostanzjata peress li ma ġiex spjegat jekk id-dazji fil-livell tal-importazzjoni kinux se jiġu mgħoddija bis-sħiħ lill-konsumaturi. Barra minn hekk, l-MWF mhuwiex xirja regolari għall-konsumaturi u fil-fatt l-MWF ma jidhirx bħala element importanti tal-biċċa l-kbira tal-baġits tal-konsumaturi.

(376)

Għalhekk, abbażi tad-data disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impatt tal-miżuri ma jkunx sproporzjonat għall-konsumaturi.

7.6.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(377)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-MWF li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat f’dan l-istadju tal-investigazzjoni.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING PROVVIŻORJI

(378)

Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(379)

Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-MWF li joriġinaw miċ-Ċina, f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping (ara l-premessa (215) hawn fuq). L-ammont tad-dazji ġie stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġni tad-dumping u l-marġni tad-dannu.

(380)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li r-rati tad-dazju anti-dumping proviżorji, espressi fuq il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, ikunu kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju anti-dumping proviżorju

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Forest Group

45,9  %

Fusong Group

42,3  %

Jinfa Group

42,7  %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

46,7  %

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw miċ-Ċina

49,2  %

(381)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u ffabbrikat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw miċ-Ċina. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali.

(382)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata din il-fattura, jenħtieġ li l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw miċ-Ċina”.

(383)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(384)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija tar-rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

9.   SORVELJANZA SPEĊJALI

(385)

Il-prodott ikkonċernat bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi TARIC 4418 75 00 . Il-Kummissjoni għandha evidenza fil-fajl li, meta jiġi esportat, il-prodott ikkonċernat xi drabi jiġi ddikjarat ħażin taħt il-kodiċi doganali Ċiniż 4412 52 00 . Dan il-kodiċi jirreferi għal blokkbords, laminboards u battenboards b’mill-inqas saff wieħed ta’ barra ta’ injam mhux koniferu għajr injam tropikali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet li minkejja li l-prodott ikkonċernat kien prodott fiċ-Ċina, meta ġie esportat lejn destinazzjonijiet għajr l-Unjoni, kien okkażjonalment ittikkettat bħala li joriġina minn pajjiż terz ieħor. Konsegwentement, sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ ċirkomvenzjoni, il-Kummissjoni qieset xieraq li timmonitorja l-importazzjonijiet miċ-Ċina ta’ prodotti ddikjarati taħt il-kodiċi NM 4412 52 00 u l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati minn pajjiżi terzi oħra.

10.   REĠISTRAZZJONI

(386)

Kif imsemmi fil-premessa (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-għan li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv f’konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku.

(387)

Fid-dawl tas-sejbiet fl-istadju proviżorju, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ma titkompliex.

(388)

F’dan l-istadju tal-proċediment ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar l-applikazzjoni retroattiva possibbli ta’ miżuri anti-dumping.

11.   INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVIŻORJU

(389)

F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw tlitt ijiem ta’ xogħol sabiex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom.

(390)

Il-grupp Fusong ipprovda kummenti dwar il-formula użata għall-kalkolu tal-parametri referenzjarji għall-fuljetti. Fid-dawl ta’ dawn il-kummenti, il-Kummissjoni rrevediet il-kalkoli tad-dumping tagħha, b’mod partikolari għall-grupp Fusong u għall-grupp tal-Foresti. Il-grupp Fusong ipprovda wkoll kummenti dwar l-aspetti metodoloġiċi tal-kalkoli tad-dumping. Dawn il-kummenti se jiġu indirizzati, fejn xieraq, fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni. .

12.   DISPOŻIZZJONI(JIET) FINALI

(391)

Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jippreżentaw kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa.

(392)

Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping provviżorju huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ pannelli mmuntati għall-paviment, b’diversi saffi, tal-injam, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 4418 75 00 u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:

Pajjiż tal-Oriġini

Kumpanija

Dazju anti-dumping proviżorju

Kodiċi addizzjonali TARIC

Iċ-Ċina

Forest Group

—

Jilin Newco Wood Industries Co., Ltd.

—

Jilin Forest Industry New Jinqiao Songlin Flooring Co.,Ltd.

45,9 %

89IL

Iċ-Ċina

Fusong Group

—

Dalian Qianqiu Wooden Product Co., Ltd.

—

Fusong Diwang Wooden Product Co., Ltd.

—

Fusong Jinlong Wooden Group Co., Ltd.

—

Fusong Jinqiu Wooden Product Co., Ltd.

—

Fusong Qianqiu Wooden Product Co., Ltd.

42,3 %

89IM

Iċ-Ċina

Jinfa Group

—

Hunchun Xingjia Wooden Flooring Inc

—

Changchun Delin Wooden Floors Inc.

42,7 %

89IN

Iċ-Ċina

Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness I

46,7 %

 

Iċ-Ċina

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw miċ-Ċina

49,2 %

8999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum fl-unità li qed nużaw) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Sakemm tiġi preżentata din il-fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-RPĊ.

4.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.

5.   Il-prodotti li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-prodott deskritt fil-paragrafu 1:

—

Pannelli tal-bambù jew tal-anqas bis-saff ta’ fuq (saff protettiv) tal-bambù, u pannelli għall-artijiet tal-mużajk.

6.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub dwar dan ir-Regolament lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati barra dan il-limitu ta’ żmien u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax tali talbiet jekk ikun xieraq.

Artikolu 3

1.   L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2733 tal-24 ta’ Ottubru 2024.

2.   Id-data miġbura fir-rigward ta’ prodotti li daħlu fl-UE għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament għandha tinżamm sad-dħul fis-seħħ ta’ miżuri definittivi possibbli, jew sakemm jintemm dan il-proċediment.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Jannar 2025

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)   ĠU C, C/2024/3186, 16.5.2024.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2733 tal-24 ta’ Ottubru 2024 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ pavimenti tal-injam b’diversi saffi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni. ĠU L, 2024/2733, 25.10.2024.

(4)   https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2728.

(5)  Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-kumpanija kienet qed taġixxi bħala Jilin Forest Industry Jinqiao Flooring Group Co., Ltd., il-Fergħa ta’ Songjianghe, Songjianghe, il-Provinċja ta’ Jilin, ir-RPĊ, madankollu wara l-perjodu ta’ investigazzjoni l-kumpanija ġiet ristrutturata u l-attivitajiet tal-fergħa ġew ittrasferiti lill-kumpanija stabbilita l-ġdida – Jilin Forest Industry New Jinqiao Songlin Flooring Co., Ltd. Songjianghe, Jilin Province, ir-RPĊ.

(6)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-10 ta’ April 2024, SWD (2024) 91 final.

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1159 tat-13 ta’ Ġunju 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-okoumé plywood li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza, ĠU L 153, 14.6.2023, p. 3., il-premessa 83; http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1159/oj.

(8)  L-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tal-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Industrija tal-Prodotti tal-Foresta, adottat fil-21 ta’ April 2009, ara fuq: http://www.cnfpia.org/about-law.html (aċċessat fil-25 ta’ Ottubru 2024).

(9)  Ara fuq: http://www.jlsgjt.com/english/index.htm (aċċessat fil-25 ta’ Ottubru 2024).

(10)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 2, p. 26.

(11)  Ara fuq: https://www.made-in-china.com/showroom/yuhuatimber/ (aċċessat fil-25 ta’ Ottubru 2024).

(12)  Il-Kummissjoni waslet għal konklużjoni simili fil-każ okoumé plywood, ara r-Regolament 2023/1159, premessa 59.

(13)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 7, pp. 167-168.

(14)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 8, p. 169-170, 200-201.

(15)  Ara r-Regolament 2023/1159, il-premessa 61.

(16)  L-“ NFGA ”.

(17)  Ara fuq: https://www.gov.cn/xinwen/2019-02/19/content_5366730.htm (aċċessat fil-25 ta’ Ottubru 2024).

(18)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 tal-1 ta’ April 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu, il-premessi 139-141; http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/492/oj.

(19)  Ara r-Regolament 2023/1159, il-premessa 64.

(20)  Ir-Rapport tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura, Rapport tal-Pajjiż, “iċ-Ċina”, 2020, ara fuq: https://openknowledge.fao.org/server/api/core/bitstreams/8612fc97-9e62-460c-b57e-fdb7f6749772/content (aċċessat fit-18 ta’ Novembru 2024).

(21)  Ara r-Regolament 2020/492, il-premessa 143.

(22)  Ara r-Regolament 2020/492, il-premessa 143; Ir-Rapport, pp. 337-341; Ir-Regolament 2023/1159, il-premessa 67.

(23)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, pp. 120-135.

(24)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 6, p. 119.

(25)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 5, pp. 121-122, 126-128 u 133-135.

(26)  Ara r-Regolament 2023/1159, il-premessa 74.

(27)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 2, p. 7.

(28)  Rapport, il-Kapitolu 2, p. 7-8.

(29)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 2, p. 10, 18.

(30)  Ara fuq: http://www.npc.gov.cn/zgrdw/englishnpc/Constitution/node_2825.html (aċċessat fil-21 ta’ Ottubru 2024).

(31)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 2, pp. 29-30.

(32)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 4, p. 57, 92.

(33)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 6, pp. 149-150.

(34)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 6, pp. 153 -171.

(35)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 7, pp. 204-205.

(36)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 8, p. 207-208, 242-243.

(37)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 2, p. 19-24, il-Kapitolu 4, p. 69, p. 99-100, il-Kapitolu 5, pp. 130-131.

(38)  Ara fuq: https://www.nature-cn.cn/about.html (aċċessata fis-7 ta’ Novembru 2024).

(39)  Ara fuq: http://www.powerdekor-woodfloor.com/?c=12 (aċċessata fis-7 ta’ Novembru 2024).

(40)  Ara fuq: https://www.der.com.cn/index.php/about.html (aċċessata fis-7 ta’ Novembru 2024).

(41)  Ara fuq: http://cn.jinqiaoflooringgroup.com/ (aċċessata fis-7 ta’ Novembru 2024).

(42)  Ara l-Art. 33 tal-Kostituzzjoni tas-CCP, l-Artikolu 19 tal-Liġi Ċiniża dwar il-Kumpaniji. Ara wkoll ir-Rapport, il-Kapitolu 3, pp. 47-50.

(43)  Ara t-Taqsima I.1.39, p. 4, disponibbli fuq: https://www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf, (aċċessat fis-7 ta’ Novembru 2024).

(44)  Ara t-Taqsima I.1.7, p. 11, disponibbli fuq:

https://www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/fzggwl/202312/P020231229700886191069.pdf, (aċċessat fis-7 ta’ Novembru 2024).

(45)  Ara t-Taqsima III.2, p. 4, disponibbli fuq: http://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2022-02/13/content_5673332.htm, (aċċessat fis-7 ta’ Novembru 2024).

(46)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 2, p. 24-27.

(47)  Ara fuq: http://www.cnfpia.org/about-law.html (aċċessat fis-7 ta’ Novembru 2024).

(48)  Ara fuq: http://www.lcjzwl.com/dongtaifabu1/3248.html (aċċessat fit-8 ta’ Novembru 2024).

(49)  Ara fuq: https://www.cnwood.org.cn/article/11_1102_0_0.html (aċċessat fit-8 ta’ Novembru 2024).

(50)  Ara fuq: https://www.cnwood.org.cn/article/11_1101_0_0.html (aċċessat fit-8 ta’ Novembru 2024).

(51)  Ara fuq: https://www.cnwood.org.cn/article/11_1151_0_0.html (aċċessat fit-8 ta’ Novembru 2024).

(52)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 3, p. 40.

(53)  Għal eżempju ara: Blanchette, J. - Xi’s Gamble: The Race to Consolidate Power and Stave off Disaster; Foreign Affairs, vol. 100, nru 4, Lulju/Awwissu 2021, pp. 10–19.

(54)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 3, p. 41.

(55)  Ara fuq: https://merics.org/en/comment/who-ccp-chinas-communist-party-infographics (aċċessat fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(56)  Il-Linji Gwida tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida, ara fuq: www.gov.cn/zhengce/2020-09/15/content_5543685.htm (aċċessat fil-21 ta’ Ottubru 2024).

(57)  Financial Times (2020) - Chinese Communist Party asserts greater control over private enterprise, disponibbli fuq: https://on.ft.com/3mYxP4j (aċċessat fil-21 ta’ Ottubru 2024).

(58)  Ara fuq: http://static.cninfo.com.cn/finalpage/2024-04-20/1219691321.PDF p. 45 (aċċessat fit-8 ta’ Novembru 2024).

(59)  Ara fuq: http://www.menchuang.net/news/131307.html (aċċessat fit-8 ta’ Novembru 2024).

(60)  Ara r-Rapport tal-2023 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli ta’ Power Dekor, p. 23, disponibbli fuq: https://powerdekor.com.cn/93/ (aċċessata fit-8 ta’ Novembru 2024).

(61)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 12.

(62)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 4, p. 56-57, 99-100.

(63)  Ara t-Taqsima XI.1 u XV.3 tal-pjan; disponibbli fuq: https://www.ndrc.gov.cn/fggz/fzzlgh/dffzgh/202106/t20210617_1283435.html (aċċessat fil-11 ta’ Novembru 2024).

(64)  Ara fuq: https://shyang.investchn.com/news/detail/id/512215.html (aċċessat fil-11 ta’ Novembru 2024).

(65)  Ara fuq: https://www.sohu.com/a/423747078_120186115 (aċċessat fit-12 ta’ Novembru 2024).

(66)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 6, p. 171-179.

(67)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 9, p. 260-261.

(68)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 9, p. 257-260.

(69)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 9, p. 252-254.

(70)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 13, p. 360-361, 364-370.

(71)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 13, p. 366.

(72)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 13, p. 370-373.

(73)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 6, p. 137-140.

(74)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 6, p. 146-149.

(75)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 6, p. 149.

(76)  Ara l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ tliet snin għat-titjib tal-governanza korporattiva tas-setturi bankarji u tal-assigurazzjoni (2020-2022) maħruġ mill-Kummissjoni Regolatorja Bankarja u tal-Assigurazzjoni taċ-Ċina (“ CBIRC ”, China Banking and Insurance Regulatory Commission) fit-28 ta’ Awwissu 2020; disponibbli fuq: http://www.cbirc.gov.cn/cn/view/pages/ItemDetail.html?docId=925393&itemId=928 (aċċessat fil-21 ta’ Ottubru 2024). Il-Pjan jagħti struzzjonijiet biex “ ikompli jiġi implimentat l-ispirtu inkorporat fid-diskors ewlieni tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping dwar l-avvanz fir-riforma tal-governanza korporattiva tas-settur finanzjarju ”. Barra minn hekk, it-taqsima II tal-Pjan għandha l-għan li tippromwovi l-integrazzjoni organika tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva: “ għandna nagħmlu l-integrazzjoni tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva aktar sistematika, standardizzata u bbażata fuq il-proċeduri […] Il-Kumitat tal-Partit irid ikun iddiskuta kwistjonijiet operazzjonali u maniġerjali ewlenin qabel ma jiġu deċiżi mill-Bord tad-Diretturi jew mill-maniġment superjuri ”.

(77)  Ara L-Avviż dwar il-metodu ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali maħruġ mis-CBIRC fil-15 ta’ Diċembru 2020, disponibbli fuq: http://jrs.mof.gov.cn/gongzuotongzhi/202101/t20210104_3638904.htm (aċċessat fil-21 ta’ Ottubru 2024).

(78)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 6, p. 157-158.

(79)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 6, pp. 150-152, 156-160, 165-171.

(80)  OECD (2019), OECD Economic Surveys: China 2019, OECD Publishing, Pariġi. p. 29, disponibbli fuq: https://doi.org/10.1787/eco_surveys-chn-2019-en (aċċessat fil-21 ta’ Ottubru 2024).

(81)  Ara fuq: http://www.gov.cn/xinwen/2020-04/20/content_5504241.htm (aċċessat fil-21 ta’ Ottubru 2024).

(82)  Is-sentenza tal-11 ta’ Lulju 2017, Viraj Profiles vs Il-Kunsill, T-67/14, EU:T:2017:481, il-punt. 98.

(83)  World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

(84)   https://www.moodys.com/web/en/us/capabilities/company-reference-data/orbis.html.

(85)   https://neighbourhood-enlargement.ec.europa.eu/turkiye-report-2023_en?prefLang=mt.

(86)  Minn Novembru 2024, għat-Turkija, il-bażi tad-data Orbis tirrapporta 136 kumpanija attiva fil-manifattura ta’ artijiet tal-parquet immuntati (kodiċi NACE 1622). Anki meta jitqies li frazzjoni biss ta’ dan in-numru tikkorrispondi għall-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni, xorta tkun ħafna ogħla minn kwalunkwe numru plawżibbli ta’ produtturi fil-Malażja. Barra minn hekk, l-Istitut Tork tal-Istatistika jirrapporta li fl-2023 il-produzzjoni ta’ artijiet tal-parquet immuntati (kodiċi NACE 1622 – inkluż l-art tal-mużajk) laħqet il-114 198 274 m2. Il-Kummissjoni ma setgħet issib l-ebda statistika ta’ produzzjoni komparabbli għall-Malażja.

(87)  Abbażi tal-GTA għall-Kodiċi SA 441875.

(88)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.

(89)   http://www.turkstat.gov.tr => Stqarrijiet għall-istampa => agħżel Statistika dwar il-Kost Lavorattiv.

(90)   http://www.turkstat.gov.tr => Stqarrijiet għall-istampa => agħżel l-indiċi tal-Kost Lavorattiv.

(91)  EMRA | EMRA | L-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija (epdk.gov.tr) = > Stqarrijiet għall-istampa = > agħżel Deċiżjonijiet tal-bord tas-suq tal-elettriku.

(92)   http://www.turkstat.gov.tr => Stqarrijiet għall-istampa = > agħżel Indiċi tal-Prezzijiet tal-Produttur.

(93)   https://www1.eere.energy.gov/manufacturing/tech_assistance/pdfs/steam15_benchmark.pdf. Il-metodoloġija tirreferi għall-kost tal-fwar saturat għall-valuri tipiċi tal-pressjoni operattiva u t-temperatura tal-ilma alimentat. Fl-applikazzjoni tal-metodoloġija, intużat medja ta’ dawn il-valuri tipiċi.

(94)   https://www.invest.gov.tr/en/investmentguide/pages/cost-of-doing-business.aspx.

(95)  L-ilment tal-FEP, l-Anness 4.


ANNESS

Produtturi esportaturi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun

Pajjiż

Isem

Kodiċi addizzjonali TARIC

Iċ-Ċina

Anhui Jinxiang Wood Technology Co., Ltd.

89IO

Anhui Sunhouse Floor Technology Co., Ltd.

89IP

Anhui Zhichang Bamboo and Wood Products Co., Ltd.

89IQ

ARTIST INTELLIGENT HOUSEHOLD CO.,LTD.

89IR

BENXI FLOORING FACTORY (GENERAL PARTNERSHIP)

89IS

CENTENNIAL MENDI (JINHU) HOME FURNISHING TECHNOLOGY CO., LTD

89IT

DALIAN AMUER WOOD CO., LTD.

89IU

Dalian Deerfu Wooden Product Co., Ltd.

89IV

DALIAN DUNCHENG WOOD INDUSTRY CO., LTD.

89IW

DALIAN HANCHUAN WOOD PRODUCTS CO., LTD.

89IX

DALIAN HANDIAN WOOD INDUSTRY CO., LTD.

89IY

DALIAN HUIYUE WOOD CO., LTD.

89IZ

DALIAN JAENMAKEN WOOD INDUSTRY CO., LTD.

89JA

DALIAN JINDA WOOD PRODUCTS CO., LTD.

89JB

DALIAN KEMIAN WOOD INDUSTRY CO., LTD.

89JC

DALIAN MUSEN WOOD CO., LTD.

89JD

Dalian New Sanlin Flooring Co., Ltd.

89JE

DALIAN OUXIANG WOOD CO., LTD.

89JF

Dalian Penghong Floor Products Co., Ltd.

89JG

DALIAN RUIJIAN WOOD INDUSTRY CO., LTD.

89JH

DALIAN SHENGCHUANG WOOD INDUSTRY CO., LTD.

89JI

DALIAN SHENGYU SCIENCE AND TECHNOLOGY DEVELOPMENT CO., LTD.

89JJ

Dalian Shumaike Floor Manufacturing Co., Ltd.

89JK

Dalian Universal Wood Products Co.,Ltd.

89JL

DALIAN XINJIAZHOU WOOD PRODUCTS CO., LTD.

89JM

DALIAN YOU MING WOOD BUSINESS CO., LTD.

89JN

Muling Kemian Wood Industry CO., LTD

89JO

DeHua TB New Decoration Material Co, Ltd.

89JP

Deqing Shengfei Wood Co., Ltd.

89JQ

Dunhua Shengda Wood Industry Co., Ltd.

89JR

FUSHUN FUSEN JINFENG WOODEN PRODUCTS CO.,LTD.

89JS

Fushun Handu Import & Export Co., Ltd.

89JT

Fusong County Huayi Wooden Co., Ltd.

89JU

Fusong Huasong Wooden Co., Ltd.

89JV

HaiLin LinJing Wooden Products Co., Ltd.

89JX

HUNCHUN FOREST WOLF WOODEN INDUSTRY CO., LTD

89JY

HUZHOU AMIRA WOOD CO., LTD.

89JZ

Huzhou Teya Floor Co., Ltd.

89KA

Jesonwood Forest Products (ZJ) Co., Ltd.

89KB

Jiangsu Mingle Flooring Co., Ltd.

89KC

Jiangsu ShengYu Flooring Co., Ltd.

89KD

Jiangsu Wanli Wooden Co., Ltd.

89KE

JIANGSU ZHUOYI HOME FURNISHING TECHNOLOGY CO., LTD.

89KF

Jiashan On-Line Lumber Co., Ltd.

89KG

JILIN CITY XIN JINGKAI WOOD CO., LTD.

89KH

Jilin Jiahe Wood Industry Co.,Ltd

89KI

JILIN XINYUAN WOODEN INDUSTRY CO., LTD

89KJ

KINGMAN WOOD INDUSTRY CO.,LTD

89KK

Muling City Yihe Wood Co., Ltd

89KL

NEW GARDEN SMART HOME TECHNOLOGY CO., LTD

89KM

Ning’an City Shengchang Wood Industry Co.,Ltd

89KN

SHANDONG LONGTENG WOOD CO., LTD

89KO

Shaoxing Haohua Timber Industry Co., Ltd

89KP

Sino-Maple (Jiangsu) Co., Ltd

89KQ

SUIFENHE JINLIN WOOD INDUSTRY CO.,LTD.

89KR

SUZHOU DONGDA WOOD CO.,LTD

89KS

Suzhou Duolun Wood Industry Co.,Ltd.

89KT

TONGXIANG SHENGGONG TIMBER INDUSTRY CO., LTD..

89KU

Xuzhou Changlin Floors Co., Ltd

89KV

Yekalon Mills

89KW

Zhejiang Changfang Wooden Co.,Ltd.

89KX

Zhejiang Guolian Floor Co., Ltd.

89KY

Zhejiang Lingge Wood Co., Ltd.

89KZ

Zhejiang Longsen Lumbering Co., Ltd.

89LA


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/78/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)