1.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 219/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9062 — Fortress Investment Group/Air Investment Valencia/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 219/06)

1.   

Fid-19 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Fortress Investment Group (l-Istati Uniti), ikkontrollata minn SoftBank Group (il-Ġappun),

—

Air Investment Valencia (Spanja).

Fortress Investment Group u Air Investment Valencia jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tkun tikkostitwixxi impriża konġunta (l- “IK”), li fiha (i) Fortress Investment Group tikkontribwixxi n-negozju ta’ CityJet u (ii) Air Investment Valencia tikkontribwixxi n-negozji ta’ Air Nostrum.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Fortress Investment Group: il-ġestjoni ta’ assi f’isem klijenti istituzzjonali u investituri privati madwar id-dinja. Fortress hija l-kumpanija omm aħħarija ta’ (i) Falko Regional Aircraft Limited, li tforni servizzi ta’ kiri ta’ ajruplani mingħajr ekwipaġġ lil linji tal-ajru oħrajn madwar id-dinja, inkluża l-Ewropa, u (ii) CityJet (l-Irlanda), linja tal-ajru reġjonali Ewropea li tipprovdi kiri ta’ ajruplani bl-ekwipaġġ u b’ekwipaġġ parzjali lil linji tal-ajru oħrajn kif ukoll servizzi ta’ charter ad hoc madwar l-Ewropa. SoftBank Group huwa grupp magħmul minn sussidjarji involuti fi prodotti u servizzi tat-telekomunikazzjoni, primarjament fl-Istati Uniti u fil-Ġappun.

—   għal Air Investment Valencia: kumpanija azzjonarja li tappartjeni lis-Sur Carlos Bertomeu, li tikkontrolla, fost l-oħrajn, lil Saimer Leasing Limited (kumpaniji li tikri l-ajruplani bil-ġurnata u tforni servizzi ta’ provvista tal-flotta lil operaturi tal-ajru) u lil Air Nostrum (Spanja). Air Nostrum hija linja tal-ajru reġjonali Ewropea li tipprovdi kiri ta’ ajruplani bl-ekwipaġġ jew b’ekwipaġġ parzjalli lil linji tal-ajru oħra, servizzi ta’ charter madwar l-Ewropa kif ukoll servizzi ta’ frankiġja lejn l-Iberia. Air Nostrum innifisha tikkontrolla lil (i) Hibernian Airlines Limited (l-Irlanda), linja tal-ajru maħsuba biex tipprovdi servizzi ta’ kiri ta’ ajruplani bl-ekwipaġġ lil linji tal-ajrup fl-Ewropa Ċentrali u tat-Tramuntana, u lil (ii) Aviatech & Consulting, S.L., li tipprovdi servizzi tal-uffiċċju tekniku lil Air Nostrum u li hija prevista li tipprovdi wkoll servizzi legali, finanzjarji, tal-IT u ta’ konsulenza lill-bqija tal-kumpaniji tal-IK.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9062 — Fortress Investment Group/Air Investment Valencia/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).