31981R3020



Official Journal L 302 , 23/10/1981 P. 0006 - 0007
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0091
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0091


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3020/81

tad-19 ta' Ottubru 1981

li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 3237/76 fuq l-implimentazzjoni avanzata ta' l-Annessi Tekniċi u l-użu avanzat ta' ktejjeb TIR kampjun tal-Konvenzjoni Doganali fuq it-trasport internazzjonali ta' oġġetti taħt il-ktejjeb TIR (Konvenzjoni TIR) ta' l-14 ta' Novembru 1975, Ġinevra

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi r-Regolamenti (KEE) Nru 3237/76 [1] idaħħal fis-seħħ l-implimentazzjoni avanzata ta' l-Annessi Tekniċi u l-ktejjeb TIR tal-Konvenzjoni TIR konkluża fl-14 ta' Novembru 1975;

Billi saru numru ta' emendi riċentement għall-Annessi Tekniċi u għar-regoli dwar l-użu ta' ktejjeb TIR, taħt il-proċedura ta' emenda pprovduta fil-Konvenzjoni;

Billi, fl-interessi tal-Komunità, dawn l-emendi għandhom ikunu inkorporati kemm jista' jkun malajr fl-Annessi Tekniċi tal-Konvenzjoni TIR u fir-regoli dwar l-użu tal-ktejjeb TIR;

Billi għan wieħed ewlieni ta' dawn l-emendi huwa biex tħalli l-użu ta' listi ta' tagħbija fl-appoġġ tal-ktejjeb TIR, għalkemm dawn il-listi tat-tagħbija ma jkollhomx l-effett li jieħdu post il-manifest tal-ktejjeb TIR imma li jkunu sempliċiment annessi miegħu;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 3237/76 għandu għalhekk ikun emendat.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 3237/76 għandu jkun emendat kif ġej:

1. fl-Anness 1, Nru 10(ċ) tar-Regoli dwar l-użu tal-ktejjeb TIR għandhom ikunu mibdula bli ġej:

"(ċ) Folji separati ta' l-istess mudell bħal manifest jew dokumenti kummerċjali li jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-manifest jistgħu jkunu mehmuża mal-voucher. F'dawn il-każijiet, kull voucher għandu jkollu il-partikolaritajiet li ġejjin:

(i) in-numru ta' folji mehmuża (kaxxa 10)

(ii) in-numru u t-tip ta' pakketti jew l-artikoli u l-piż gross totali ta' l-oġġetti elenkati fuq il-folji mehmuża (kaxxi 11 sa 13).";

2. fl-Anness 2, l-Artikolu 3(8) għandu jinbidel b'li gej:

"8. L-ispażji bejn iċ-ċrieki u l-ispazji bejn it-toqob m'għandhomx jeċċedu 200 mm. L-ispazju iżda jista' jkun akbar imma ma jistax jeċċedi 300 mm bejn iċ-ċrieki u t-toqob fuq kull naħa tad-dritt jekk il-kostruzzjoni tal-vettura u l-folja hija hekk li tipprevieni kull aċċess għall-kompartiment tat-tagħbija. It-toqob għandhom ikunu rinforżati.";

3. fl-Anness 6:

(a) in-Nota Spjegattiva għandha tiddaħħal wara l-introduzzjoni:

"1. L-ANNESS 1

1.10. (ċ) Regoli dwar l-użu tal-ktejjeb TIR

- Listi tat-tagħbija mehmuża mal-manifest ta' l-oġġetti

Nru 10(ċ) tar-regoli dwar l-użu tal-permessi tal-ktejjeb TIR l-użu ta' listi tat-tagħbija kif mehmuża għall-ktejjeb TIR ukoll meta jkun hemm biżżejjed spazju b'mod ieħor fil-manifest biex idaħħal l-oġġetti mġorra. Iżda, dan huwa permissibbli biss jekk il-lista tat-tagħbija jkun fiha kull partikolarità meħtieġa mill-manifest f'forma leġibbli u rikonoxxibbli u jitħarsu d-dispożizzjonijiet oħra kollha tar-Regola 10(ċ).";

(b) in-Nota Spjegattiva li ġejja għandha tiddaħħal wara n-Nota Spjegattiva Nota 2.3.6.(b):

"2.3.8. Il-Paragrafu 8 — Spazji bejn iċ-ċrieki u bejn it-toqob

Spazji li jeċċedu 200 mm imma li ma jeċċedix 300 mm huma aċċettabbli fuq id-dritt jekk iċ-ċrieki huma mdaħħla fil-kartuniet tal-ġenb u t-toqob huma ovali u tant zgħar li jistgħu jgħaddu bil-kemm fuq iċ-ċrieki."

L-Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tinforma lis-Segretarju Esekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tad-dispożizzjonijiet adottati mill-Artikolu 1.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

manque traduction

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-19 ta' Ottubru 1981.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Walker

[1] ĠU L 368, tal-31.12.1976, p. 1.

--------------------------------------------------