02011R0184 — MT — 24.02.2020 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 184/2011

tal-25 ta' Frar 2011

dwar l-awtorizzazzjoni ta' Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imkabbra biex ibidu, għad-dundjani, għall-ispeċi tat-tjur minuri u għasafar ornamentali u salvaġġi oħrajn, (detentur tal-awtorizzazzjoni, ►M2  Asahi Calpis Wellness Co. Ltd, rappreżentata fl-Unjoni Ewropea minn Pen & Tec Consulting S.L.U. ◄ )

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 053 26.2.2011, p. 33)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/897 tat-8 ta' Ġunju 2016

  L 152

7

9.6.2016

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/146 tat-3 ta’ Frar 2020

  L 31

3

4.2.2020




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 184/2011

tal-25 ta' Frar 2011

dwar l-awtorizzazzjoni ta' Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imkabbra biex ibidu, għad-dundjani, għall-ispeċi tat-tjur minuri u għasafar ornamentali u salvaġġi oħrajn, (detentur tal-awtorizzazzjoni, ►M2  Asahi Calpis Wellness Co. Ltd, rappreżentata fl-Unjoni Ewropea minn Pen & Tec Consulting S.L.U. ◄ )

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li taqa' taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mal-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' prodott tal-għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonarju: stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana

4b1820

►M2  Asahi Calpis Wellness Co. Ltd, rappreżentata fl-Unjoni Ewropea minn Pen & Tec Consulting S.L.U. ◄

Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544)

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' Bacillus subtilis C-3102 DSM 15544 li għandu minimu ta' 1 × 1010 CFU/g

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Spori vijabbli ta' Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544)

Metodi analitiċi (1)

Enumerazzjoni: pjanċi għad-diffużjoni, metodu li juża t-tryptone soya agar bi pretrattament ta' sħana tal-kampjuni tal-għalf

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

Tiġieġ imkabbra biex ibidu

—

5 × 108

—

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura tal-ħżin, it-tul tal-ħżin u l-istabilità għall-pelleting.

2.  Għas-sigurtà: għandu jintlibes nuċċali tal-protezzjoni tan-nifs u jintlibsu l-ingwanti waqt l-esperiment

3.  Jista' jintuża fl-għalf li fih il-koċċidjostati li ġejjin meta awtorizzat: decoquinate, monensin sodium, robenidine hydrochloride, diclażuril, sodju lasaloċidu, halofuginone, narasin, sodju salinomiċin, ammonju maduramiċin, narasin-nicarbażin, sodju semduramiċin jew nikarabażin

It-18 ta' Marzu 2021

Dundjani, speċi tat-tjur minuri u għasafar ornamentali u salvaġġi oħrajn

3 × 108

(1)   Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives