|
1.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 89/9 |
DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2017/620 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tad-29 ta' Marzu 2017
li taħtar Imħallef fil-Qorti Ġenerali
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 48 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jipprevedi li l-Qorti Ġenerali tikkonsisti minn 47 Imħallef mill-1 ta' Settembru 2016. L-Artikolu 2(b) ta' dak ir-Regolament jistabbilixxi t-tul tal-mandat tas-seba' Mħallfin addizzjonali b'mod li t-tmiem tal-mandat tagħhom jikkoinċidi mat-tiġdid parzjali tal-Qorti Ġenerali li ser isir fl-1 ta' Settembru 2019 u l-1 ta' Settembru 2022. |
|
(2) |
Huwa f'dan il-kuntest li s-Sur Colm MAC EOCHAIDH ġie propost għall-kariga ta' Mħallef addizzjonali fil-Qorti Ġenerali. |
|
(3) |
Il-kumitat stabbilit bl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Colm MAC EOCHAIDH sabiex jaqdi d-dmirijiet ta' Mħallef fil-Qorti Ġenerali. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li s-Sur Colm MAC EOCHAIDH jinħatar għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sal-31 ta' Awwissu 2019, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Colm MAC EOCHAIDH huwa b'dan maħtur Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sal-31 ta' Awwissu 2019.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Marzu 2017.
Il-President
M. BONNICI
(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 14).