|
5.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 369/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1636
tat-30 ta’ Ottubru 2020
li taħtar membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 300(2) u l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-proposta li saret mir-Repubblika tal-Polonja,
Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-mandat tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew skada fl-20 ta’ Settembru 2020. |
|
(2) |
Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1392 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 adottata fit-18 ta’ Settembru 2020 (2). Fit-22 ta’ Ottubru, il-Kunsill adotta Deċiżjoni ulterjuri li taħtar membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 (3). Baqa’ vakanti siġġu wieħed fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għar-Repubblika tal-Polonja u jeħtieġ li jimtela’ b’deċiżjoni ta’ ħatra sussegwenti, li tapplika b’mod retroattiv mill-21 ta’ Settembru 2020. |
|
(3) |
Permezz ta’ ittra tat-22 ta’ Settembru 2020, ir-Repubblika tal-Polonja kkonfermat in-nomina tas-Sur Jacek KRAWCZYK għall-ħatra bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, sabiex tikkompleta l-lista tal-membri tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Jacek KRAWCZYK, Vice-president, Confederation Lewiatan, huwa b’dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-21 ta’ Settembru 2020.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 15.
(2) ĠU L 322, 5.10.2020, p. 1.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1555 tat-22 ta’ Ottubru 2020 li taħtar membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 (ĠU L 355, 26.10.2020, p. 1).