<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-523/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CC0523</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:90">EU:C:2012:90</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET VILLALÓN — KAWŻA C-523/10</P><P>WINTERSTEIGER</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Villalón</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C-523/10</P><P>Wintersteiger AG</P><P>vs</P><P>Products 4U Sondermaschinenbau GmbH</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija)</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 44/2001</KEYWORD><KEYWORD>Vjolazzjoni ta’ trade mark minħabba l-iskrizzjoni, minn kompetitur, ta’ sinjal identiku għat-trade mark ma’ fornitur ta’ servizzi ta’ tfittxija fuq l-internet</KEYWORD><KEYWORD>Iskrizzjoni ta’ kelma prinċipali (AdWord)</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni nazzjonali tat-trade mark fi Stat Membru differenti minn dak fejn il-kelma prinċipali ġiet iskritta</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-post fejn il-fatt dannuż seħħ jew fejn hemm riskju li jseħħ</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-Oberster Gerichtshof (Qorti suprema tal-Awstrija) għamlet żewġ domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati Awstrijaċi fil-każ tal-vjolazzjoni allegata ta’ trade mark Awstrijaka permezz tal-internet. Fil-każ preżenti, il-ksur allegat li dwaru qed tilmenta r-rikorrenti fil-kawża prinċipali, proprjetarja ta’ trade mark Awstrijaka, seħħ fil-Ġermanja, minħabba l-iskrizzjoni, min-naħa tal-konvenuta fil-kawża prinċipali, kompetitriċi tar-rikorrenti u stabbilita f’dan il-pajjiż, ta’ isem ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Wintersteiger<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, bħala kelma prinċipali fis-servizz ta’ tfittxija pprovdut minn Google fuq it-top-level domain korrispondenti għall-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-kawża preżenti toffri lill-Qorti tal-Ġustizzja l-possibbiltà li tikkjarifika kwistjoni li tikkonċerna kemm l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.</P></NOTE>, li jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ azzjonijiet li jikkonċernaw ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali għal danni, kif ukoll id-dritt tal-proprjetà intellettwali. Il-kwistjoni żgur li hija waħda ta’ konċiljazzjoni tad-diffikultajiet li toħloq in-natura territorjali nazzjonali tat-trade mark u l-possibbiltà tal-preżenza multipla ta’ ksur, imwettaq permezz tal-internet, li joriġina fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 jistabbilixxi li l-persuni domiċiljati fi Stat Membru jistgħu jiġu mfittxija fi Stat Membru ieħor, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kwasi delitt, fil-qrati tal-post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura quddiem il-qorti nazzjonali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Wintersteiger AG hija impriża li tipproduċi u tikkummerċjalizza, mad-dinja kollha, magni għall-manutenzjoni ta’ skis u snowboards, kif ukoll partijiet ta’ bdil (spare parts) u aċċessorji relatati mal-istess. Is-sede tagħha tinsab fl-Awstrija, fejn ilha proprjetarja tat-trade mark Awstrijaka <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Wintersteiger<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> mill-1993. Għalkemm il-qorti tar-rinviju tindika li t-trade mark hija rreġistrata biss fl-Awstrija, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali semmiet fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha li t-trade mark hija protetta wkoll fi Stati oħra, fosthom il-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Products 4U Sondermaschinenbau GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Products 4U<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) hija impriża li għandha s-sede tagħha fil-Ġermanja, pajjiż li minnu tiżviluppa u tikkummerċjalizza, mad-dinja kollha, magni għall-manutenzjoni ta’ skis u snowboards. Hija tbigħ, fost oħrajn, aċċessorji għall-magni mmanifatturati mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali. Mill-proċess jirriżulta li Wintersteiger ma tfornix lil Products 4U u ma tawtorizzahiex tbigħ il-prodotti tagħha. Minkejja dan, l-impriża Ġermaniża rreġistrat, fl-<DATE ISO="20081201">1 ta’ Diċembru 2008</DATE>, il-kelma prinċipali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Wintersteiger<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> fis-servizz ta’ tfittxija mal-pubbliċità pprovduta minn Google, fejn hija llimitat madankollu din l-iskrizzjoni għal tiftix imwettaq fit-top-level domain li jikkorrispondi għall-Ġermanja (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>.de<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Kif tindika l-qorti tar-rinviju, ir-reġistrazzjoni tal-kelma prinċipali timplika li kull darba li t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Wintersteiger<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> jiddaħħal fil-mutur tat-tfittxija ta’ Google, li jikkorrispondi għat-top-level domain <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>.de<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jidher, taħt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>reklami<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> u fuq in-naħa tal-lemin, link pubbliċitarju kif ukoll link li jikkorrispondi għas-sit tal-internet tal-impriża Wintersteiger. It-test ta’ dan ir-reklam jinkludi xi espressjonijiet bħas-segwenti: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>materjal għal-workshops għat-tiswija ta’ skis<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>magni għal skis u snowboards<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>; <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>manutenzjoni u tiswija<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Meta wieħed jikklikkja fuq il-link tar-reklam, l-utent jiġi dirett lejn sezzjoni tas-sit tal-internet ta’ Products 4U bit-titolu ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Aċċessorji Wintersteiger<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Kif enfasizzat il-qorti tar-rinviju, għalkemm Google tuża top-level domain Awstrijak (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>.at<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), is-sit tal-internet www.google.de jista’ jiġi kkonsultat fl-Awstrija.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Wintersteiger bdiet proċedura għall-inibizzjoni mill-użu, quddiem il-qrati Awstrijaċi filwaqt li ppreżentat kontestwalment talba għal miżuri provviżorji, sabiex Products 4U tastjeni milli tuża t-trade mark <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Wintersteiger<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> bħala kelma prinċipali fil-mutur ta’ tfittxija ta’ google.de. Fl-ewwel istanza, it-talba ġiet miċħuda minħabba nuqqas ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali, fejn il-qorti qieset li peress li l-kwistjoni tikkonċerna kelma prinċipali li hija limitata għal google.de, ma hemmx rabta suffiċjenti mat-territorju Awstrijak. Il-qorti tat-tieni istanza, l-Oberlandesgericht Linz, warrbet dan ir-raġunament u rrikonoxxiet il-ġurisdizzjoni tal-qrati Awstrijaċi, anki jekk ċaħdet it-talba fuq il-mertu. Peress li d-deċiżjoni tal-qorti tal-appell kienet is-suġġett ta’ appell għal reviżjoni quddiem l-Oberster Gerichtshof u li din tal-aħħar, fid-dawl tal-fatti, kienet dubjuża dwar il-ġurisdizzjoni tagħha, hija għamlet id-domandi preliminari segwenti lil-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.P><TXT>Il-frażi <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, meta jkun ikkonstatat preġudizzju, ikkawżat minn persuna stabbilita fi Stat Membru ieħor, għal trade mark tal-Istat tal-forum bl-użu ta’ keyword (AdWord) li hija identika għal dik it-trade mark f’mutur ta’ tfittxija tal-internet, li toffri s-servizzi tagħha f’diversi top-level domains nazzjonali, għandha tiġi interpretata fis-sens,</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.1.</NO.P><TXT>li l-ġurisdizzjoni hija stabbilita biss fil-każ meta l-keyword tintuża fis-sit tal-mutur ta’ tfittxija li t-top-level domain tiegħu huwa dak tal-Istat tal-forum;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>1.2.</NO.P><TXT>li l-ġurisdizzjoni hija stabbilita biss mill-fatt li s-sit tal-internet tal-mutur ta’ tfittxija li fuqu tintuża l-keyword jista’ jiġi kkonsultat fl-Istat tal-forum;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>1.3.</NO.P><TXT>li l-ġurisdizzjoni tiddependi, minbarra l-possibbiltà li s-sit tal-internet jiġi kkonsultat, mir-realizzazzjoni ta’ kundizzjonijiet addizzjonali?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ tweġiba pożittiva għad-domanda 1.3:</TXT><P>Skont liema kriterji għandu jiġi ddeterminat jekk, fil-każ tal-użu ta’ trade mark tal-Istat tal-forum bħala keyword (AdWord) fuq is-sit tal-internet ta’ mutur ta’ tfittxija b’top-level domain nazzjonali li ma jkunx dak tal-Istat tal-forum, il-ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 5(3) hijiex stabbilita?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, il-konvenuta fil-kawża prinċipali, kif ukoll il-Gvern Awstrijaku, dak Spanjol, dak Brittaniku, dak Taljan u l-Kummissjoni ippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub f’din il-kawża.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi tad-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Preliminarjament, jeħtieġ li jiġu ttrattati xi punti li jikkundizzjonaw l-analiżi sostantiva tad-domanda preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Kif diġà ġie indikat, l-Oberster Gerichtshof għandha d-dubji tagħha dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, applikat fil-konfront ta’ azzjoni ta’ inibizzjoni fir-rigward ta’ aġir fuq l-internet li huwa ta’ preġudizzju għal trade mark nazzjonali. Għal din ir-raġuni, il-qorti tar-rinviju għamlet żewġ domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, li l-ewwel waħda fosthom hija maqsuma fi tliet sottodomandi u kull waħda minnhom tirrifletti l-interpretazzjonijiet differenti awtorizzati mill-artikolu ċċitat iktar ’il fuq. Madankollu, minflok issir analiżi u tingħata risposta għal kull waħda minn dawn id-domandi, inqis li l-Qorti tal-Ġustizzja ser tipprovdi soluzzjoni li hija perfettament utli billi tillimita ruħha għall-kriterji li jistgħu, skont il-każ, jiġġustifikaw il-ġurisdizzjoni internazzjonali ta’ qorti nazzjonali f’każ bħalma huwa dak fil-kawża preżenti. Konsegwentement, ser nittratta l-kawża preżenti billi nifformula mill-ġdid id-domandi magħmula f’domanda waħda.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Jidher ukoll li huwa opportun li jiġi enfasizzat li l-impriża Wintersteiger, rikorrenti fil-kawża prinċipali, talbet, fl-ewwel istanza, deċiżjoni ġudizzjarja dwar il-mertu kif ukoll dwar l-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji. Il-qorti tar-rinviju tfakkar din iċ-ċirkustanza f’iktar minn okkażjoni waħda, għalkemm dawn id-domandi huma limitati esklużivament għall-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Huwa magħruf tajjeb li l-adozzjoni ta’ miżura provviżorja f’kuntest internazzjonali Ewropew tirrikjedi l-applikazzjoni tal-Artikolu 31 tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq u toħloq problemi speċifiċi. Madankollu, minkejja li jidher li din il-kwistjoni ġiet ittrattata fil-varji istanzi tal-kawża prinċipali, id-domanda magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari hija limitata esklużivament għall-azzjoni ta’ inibizzjoni u, konsegwentement, għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) iċċitat iktar ’il fuq. Għalhekk, f’dawn il-konklużjonijiet, ser nillimita ruħi strettament għas-suġġett tad-domanda preliminari u nwarrab fil-ġenb il-problematika tal-miżuri provviżorji li mid-dehra tissussisti fil-kawża prinċipali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ftit wara l-preżentazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet, ser nagħti l-opinjoni tiegħi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 44/2001, f’kuntest li huwa relatat mad-drittijiet tal-proprjetà industrijali (Kawża Solvay, C-616/10).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, hemm ukoll lok li jiġi kkjarifikat punt li huwa suxxettibbli li jibdel l-approċċ meħtieġ sabiex jissolva l-każ preżenti. Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju tindika li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali hija proprjetarja ta’ trade mark Awstrijaka u jirriżulta mid-digriet tar-rinviju li din tal-aħħar hija l-uniku titolu ta’ proprjetà industrijali li attwalment jipproteġi t-trade mark <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Wintersteiger<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Madankollu,<?PAGE NO="4"?> ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tikkontesta b’mod miftuħ, fl-osservazzjonijiet tagħha, din id-deskrizzjoni tal-fatti u tenfasizza li hija proprjetarja ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>diversi trade marks internazzjonali li jinkludu l-element verbali <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Wintersteiger<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/><QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Għal dan il-għan, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tirreferi għat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>trade marks internazzjonali 615.770 WINTERSTEIGER (WB) u 992.008 WINTERSTEIGER (WB), protetti f’diversi pajjiżi, fosthom il-Ġermanja<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Għalkemm ma hemmx dubju li l-portata tal-kawża prinċipali tinbidel jekk dan il-fatt jiġi kkonfermat, wieħed ma jistax jinjora l-fatt li l-qorti tar-rinviju qed tistaqsi esklużivament lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, f’kuntest fejn hemm biss trade mark waħda li hija rreġistrata fl-Awstrija. L-eżami fid-dettall ta’ sitwazzjonijiet fattwali oħra jkun jimplika t-twettiq ta’ studju dwar suġġett li fuqu l-ebda waħda mill-partijiet, minbarra r-rikorrenti fil-kawża prinċipali, ma ppronunċjat ruħha. Għalhekk ser nillimita ruħi, minn issa ’l quddiem, biex nirrispondi għad-domanda kif magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-post fejn seħħ id-dannu fis-sens tal-Artikolu 5(3), applikat għal aġir li huwa suxxettibbli li jippreġudika trade mark nazzjonali permezz tal-internet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, il-punt problematiku tal-interpretazzjoni jikkonċerna d-determinazzjoni <HT TYPE="ITALIC">tal-post jew postijiet fejn l-fatt dannuż seħħ jew seta’ jseħħ</HT> fis-sens tal-Artikolu 5(3), iċċitat iktar ’il fuq, u dan f’kuntest fejn l-aġir li allegatament ippreġudika t-trade mark nazzjonali twettaq b’mezz bħalma huwa l-internet.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Preliminarjament, huwa utli li jitfakkar li, meta hemm avveniment wieħed iżda l-post ta’ oriġini tad-dannu u l-post tal-preġudizzju huma differenti, l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, kif ġie interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja sa mis-sentenza Mines de Potasse, jivvalida l-ġurisdizzjoni ta’ żewġ qrati differenti: dik tal-post fejn id-dannu mmaterjalizza ruħu u dik tal-post fejn seħħ l-aġir li kkawża d-dannu, u r-rikorrent ikollu għalhekk jagħżel il-forum li jikkorrispondi l-aħjar għall-interessi tiegħu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="19761130">30 ta’ Novembru 1976</DATE>, Bier (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="21/76" PAGE.ECR="1735" YEAR="1976">21/76, Ġabra p. 1735</REF.DOC.ECR>, punti 24 u 25). Ara wkoll is-sentenzi tal-<DATE ISO="20021001">1 ta’ Ottubru 2002</DATE>, Henkel (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-167/00" PAGE.ECR="I-8111" YEAR="2002">C-167/00, Ġabra p. I-8111</REF.DOC.ECR>, punt 44); tal-<DATE ISO="20040205">5 ta’ Frar 2004</DATE>, DFDS Torline (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-18/02" PAGE.ECR="I-1417" YEAR="2004">C-18/02, Ġabra p. I-1417</REF.DOC.ECR>, punt 40), u tas-<DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, Zuid-Chemie (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-189/08" PAGE.ECR="I-6917" YEAR="2009">C-189/08, Ġabra p I-6917</REF.DOC.ECR>, punt 24).</P></NOTE>. Din is-soluzzjoni tiggarantixxi effikaċja prattika għar-regola stabbilita f’dan l-artikolu, filwaqt li tattribwixxi simultanjament lill-vittma tad-dannu marġni ta’ deċiżjoni li, fost oħrajn, iżżomm il-prossimità bejn il-qorti li quddiemha tressqet il-kawża u l-fatti rilevanti tal-kawża. Il-kwistjoni fundamentali fil-kawża preżenti hija, mingħajr dubju, dik li jiġi stabbilit jekk din il-ġurisprudenza tapplikax meta l-aġir li kkawża d-dannu allegat iseħħ permezz tal-internet. Madankollu, f’dan ir-rigward, għandhom jiġu integrati diversi kunsiderazzjonijiet addizzjonali fir-riflessjoni tiegħi.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Ir-regola li ħarġet mis-sentenza Mines de Potasse tirrikonoxxi xi eċċezzjonijiet, b’mod partikolari meta d-dannu jolqot l-istess vittma f’diversi Stati Membri. Dan huwa l-każ meta l-preġudizzju jolqot id-drittijiet tal-personalità. F’dawn il-każijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja introduċiet, fis-sentenza Shevill, limitu għall-portata tal-ġurisdizzjoni tal-qorti kompetenti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="19950307">7 ta’ Marzu 1995</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-68/93" PAGE.ECR="I-415" YEAR="1995">C-68/93, Ġabra p. I-415</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Din is-sentenza introduċiet ir-regola msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>prinċipju możajk<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> li bis-saħħa tagħha r-rikorrent jista’ jressaq azzjoni kemm quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn oriġina l-avveniment li kkawża d-dannu, biex tintalab it-totalità tad-danni, kif ukoll quddiem il-qrati tal-Istati Membri fejn id-dannu mmaterjalizza ruħu, iżda unikament biex jintalab kumpens għad-dannu soffert fit-territorji tagħhom.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-pożizzjoni meħuda fis-sentenza Shevill ġiet reċentement adattata għaċ-ċirkustanzi partikolari tal-internet. Fil-kawża eDate<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-509/09+C-161/10" PAGE.ECR="I-10269" YEAR="2011">C-509/09 u C-161/10, Ġabra p. I-10269</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li meta hemm ksur tad-drittijiet tal-personalità fuq l-internet, dan il-ksur jieħu xejra ta’ gravità partikolari minħabba l-impatt ġeografiku tal-informazzjoni dannuża. Konsegwentement, il-kriterji ta’ konnessjoni stabbiliti fis-sentenza Shevill ġew estiżi, għalkemm huma limitati għall-każijiet ta’ ksur tad-dritt tal-personalità. Minbarra l-kriterji stabbiliti fil-punt preċedenti, is-sentenza eDate tippermetti lill-allegata vittma titlob it-totalità tad-danni u l-interessi għall-preġudizzju soffert quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn għandha ċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>ċentru ta’ interess<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Madankollu il-pożizzjoni meħuda fis-sentenzi Shevill u eDate ma hijiex applikabbli għall-kawża preżenti. Fil-fatt, dawn iż-żewġ sentenzi jirrigwardaw ksur tad-drittijiet tal-personalità, li huma differenti ħafna mid-drittijiet tal-proprjetà industrijali, li jibbenefikaw minn protezzjoni territorjali u li għandhom bħala għan l-użu kummerċjali ta’ assi partikolari<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara f’dan ir-rigward M. Virgós Soriano u F. J. Garcimartín Alférez, <HT TYPE="ITALIC">Derecho Procesal Civil Internacional, Litigación International</HT>, it-Tieni Edizzjoni, Thomson-Civitas, 2007, p. 194 u 195, u C. Heinze, <HT TYPE="ITALIC">The CLIP Principles on Jurisdiction</HT>, J. Basedow <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (edituri), <HT TYPE="ITALIC">Intellectual Property in the Global Arena — Jurisdiction, Applicable Law, and the Recognition of Judgments in Europe, Japan and the US</HT>, MatIPR 49, Mohr Siebeck, Tübingen, 2010, p. 68 u 69.</P></NOTE>. Konsegwentement, il-kriterji ta’ konnessjoni previsti fl-Artikolu 5(3) ma jistgħux japplikaw, mingħajr distinzjoni, għal sitwazzjonijiet bħal dawk fis-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq u għall-kawża preżenti u jeħtieġ li wieħed jipproċedi għal interpretazzjoni tal-artikolu ċċitat iktar ’il fuq li hija adattata għaċ-ċirkustanzi partikolari tad-dritt tal-proprjetà industrijali.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest partikolari, wieħed għandu jitlaq mill-punt li, fl-ipoteżi ta’ aġir li jista’ jippreġudika trade mark nazzjonali, ir-Regolament Nru 44/2001 jagħti lir-rikorrent, bħala regola ġenerali, il-possibbiltà li jressaq kawża quddiem il-qorti fejn il-konvenut huwa domiċiljat, abbażi tal-forum ġenerali previst fl-Artikolu 2 tiegħu, jew quddiem il-qorti tal-post fejn id-dannu seħħ jew seta’ jseħħ, skont l-Artikolu 5(3) iċċitat iktar ’il fuq. Din ir-regola tieqaf tapplika meta l-avveniment li minnu jkun oriġina d-dannu jseħħ fi Stat Membru filwaqt li d-dannu jseħħ fi Stat Membru ieħor, f’liema każ jiġi applikat il-kriterju introdott fis-sentenza Mines de Potasse. B’hekk, meta tiġi ppreġudikata trade mark minħabba l-produzzjoni ta’ merkanzija ffalsifikata fil-Ġermanja, intiża għas-suq Awstrijak, lil hinn mill-forum tal-konvenut, xejn ma jwaqqaf lill-proprjetarju tat-trade mark milli jinvoka l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 sabiex iressaq kawża quddiem il-qrati Ġermaniżi (il-post fejn seħħ l-aġir li kkawża d-dannu) jew il-qrati Awstrijaċi (il-post fejn id-dannu mmaterjalizza ruħu)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Dwar il-possibbiltà ta’ ksur ta’ dritt ta’ trade mark permezz ta’ aġir extraterritorjali, ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20110712">12 ta’ Lulju 2011</DATE>, L’Oréal <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-324/09" PAGE.ECR="I-6011" YEAR="2011">C-324/09, Ġabra p. I-6011</REF.DOC.ECR>, punt 63), għalkemm il-kuntest ta’ din il-kawża ma għandux x’jaqsam ma’ dak tal-ġurisdizzjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Din is-soluzzjoni ssir problematika meta l-aġir dannuż jitwettaq bil-mezz tekniku tal-internet. F’dan il-każ, għandu jitqies li s-sempliċi aċċess għall-informazzjoni dannuża diġà jikkostitwixxi preġudizzju u dan jimmultiplika l-fora fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea. Bl-istess mod, il-persuna li tqassam l-informazzjoni dannuża fuq l-internet tkun qed taġixxi bħala attriċi tad-dannu u dan jifframmenta l-post tal-oriġini tal-ksur<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara D. Moura Vincente, <HT TYPE="ITALIC">La propriété intellectuelle en droit international privé</HT>, Martinus Nijhoff, Leiden-Boston, 2009, p. 398 sa 405.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja kemm-il darba warrbet, għalkemm f’ċirkustanzi li huma estranji għad-dritt tal-proprjetà industrijali, il-possibbiltà li s-sempliċi aċċess għall-informazzjoni dannuża jew is-sempliċi tqassim tagħha fuq l-internet huwa biżżejjed sabiex jiġġustifika l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/200 relatati mal-ġurisdizzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20101207">7 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Pammer u Hotel Alpenhof (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-585/08+C-144/09" PAGE.ECR="I-12527" YEAR="2010">C-585/08 u C-144/09, Ġabra p. I-12527</REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, fil-punt 64 tas-sentenza L’Oréal <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja twarrab il-possibbiltà li s-sempliċi aċċess jikkostitwixxi element li huwa legalment rilevanti, għalkemm din il-pożizzjoni tittieħed fil-kuntest ta’ analiżi fuq il-mertu ta’ trade mark, u mhux fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li jitfakkar li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-territorju fejn id-dannu seħħ jew seta’ jseħħ, meta dan ġie kkawżat permezz tal-internet, l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat, b’mod konformi mal-ġurisprudenza fil-kawża Mines de Potasse, fis-sens li jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni, minn naħa, tal-qrati tal-post fejn seħħ l-aġir li kkawża d-dannu u, min-naħa l-oħra, ta’ dawk tal-post fejn id-dannu mmaterjalizza ruħu skont kriterji partikolari li ser nesponi iktar ’l isfel.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-post fejn id-dannu mmaterjalizza ruħu, diġà għidt li dan tal-aħħar huwa dejjem u fi kwalunkwe każ dak tal-Istat Membru fejn it-trade mark hija rreġistrata, peress li l-preġudizzju jseħħ biss fejn teżisti protezzjoni legali. Madankollu, l-eżistenza ta’ informazzjoni dannuża fuq l-internet ma hijiex biżżejjed sabiex tiġi rrikonoxxuta l-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat Membru fejn it-trade mark hija rreġistrata. Sabiex dan ikun possibbli, inqis li huwa meħtieġ li l-informazzjoni inkwistjoni tkun tista’ tippreġudika realment lit-trade mark.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 jippermetti li tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru fejn ikun seħħ l-aġir li kkawża d-dannu. F’dan il-kuntest speċifiku tal-proprjetà industrijali, inqis li dan il-post huwa dak fejn ġew użati l-mezzi meħtieġa sabiex titwettaq il-vjolazzjoni effettiva tat-trade mark. Dan il-kriterju ma huwiex marbut man-natura intenzjonali tal-persuna li wettqet l-azzjoni dannuża u lanqas maċ-ċentru tal-interessi tal-vittma, iżda mal-kapaċità li titwettaq vjolazzjoni ta’ trade mark fi Stat Membru ieħor permezz tal-internet. Huwa minnu li, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dan il-post jikkoinċidi ma’ dak tad-domiċilju tal-konvenut, iżda hemm ukoll lok li jiġi enfasizzat li xi kultant dan id-domiċilju u l-post fejn seħħ l-aġir li kkawża d-dannu ma jkunux jinsabu fl-istess Stat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Sabiex jiġu ddeterminati kemm il-post fejn seħħ l-aġir li kkawża d-dannu kif ukoll dak fejn id-dannu mmaterjalizza ruħu, huwa meħtieġ li jiġu eżaminati serje ta’ kriterji li ser jindikaw il-lokalizzazzjoni preċiża ta’ dawn iż-żewġ avvenimenti. Kif ser naraw iktar ’il quddiem, il-kriterji li ser jiġu enumerati jservu wkoll sabiex jiġi ddeterminat il-post tal-fatt dannuż kif ukoll dak fejn id-dannu mmaterjalizza ruħu, peress li jirreferu għal ċirkustanzi fattwali applikabbli għal dawn iż-żewġ aspetti tal-problema.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-fattur jew kriterju fundamentali huwa dak li jiġi stabbilit jekk l-informazzjoni maħruġa fuq l-internet hijiex realment intiża li jkollha impatt fit-territorju fejn it-trade mark hija rreġistrata<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Dwar dan il-punt, ara, pereżempju, is-sentenza McBee vs Delica Co., United States Court of Appeals, 1st Circuit, 417 F. 3d. 107 (2005), jew id-digriet tat-Tribunal de grande instance de Paris, tas-<DATE ISO="20080516">16 ta’ Mejju 2008</DATE>, Rueducommerce vs Carrefour Belgium.</P></NOTE>. Ma huwiex biżżejjed li l-kontenut tal-informazzjoni jkun jista’ jikkostitwixxi vjolazzjoni tat-trade mark iżda huwa meħtieġ, barra minn hekk, li tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ elementi oġġettivi li jippermettu li jiġi identifikat l-aġir li, fih innifsu, huwa intiż li jkollu dimensjoni extraterritorjali. Għal dan il-għan hemm diversi kriterji li jistgħu jkunu utli, bħal-lingwa li biha l-informazzjoni ġiet ipprovduta, l-aċċess għall-informazzjoni jew il-preżenza kummerċjali tal-konvenut fis-suq protett mit-trade mark nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa meħtieġ li tiġi ddeterminata l-portata tas-suq li fih topera r-rikorrenti u dak fejn l-informazzjoni ġiet ipprovduta fuq l-internet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara pereżempju, is-sentenza Zippo Manufacturing Company vs Zippo Dot Com, Inc., United States District Court, W. D. Pennsylvania, 952 F. Supp 1119, jew is-sentenza tal-Cour de cassation (Franza) tal-<DATE ISO="20050111">11 ta’ Jannar 2005</DATE>, Société Hugo Boss vs Société Reemstma Cigarettenfabriken GMBH.</P></NOTE>. F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġu evalwati ċirkustanzi bħal, fost oħrajn, it-top-level domain, id-domiċilju u l-informazzjoni l-oħra ta’ lokalizzazzjoni pprovduta fuq is-sit tal-internet, jew il-post fejn jinsab iċ-ċentru operazzjonali ta’ attività fuq is-sit tal-persuna responsabbli mill-informazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Wara dan l-eżami, il-qorti tkun tista’ tiddeċiedi jekk għandhiex quddiemha l-mezzi meħtieġa li <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> jikkostitwixxu effettivament vjolazzjoni ta’ trade mark fi Stat Membru ieħor permezz tal-internet. B’hekk, ikun possibbli li jiġi ddeterminat kemm il-post fejn seħħ l-aġir li kkawża d-dannu kif ukoll dak fejn id-dannu effettivament immaterjalizza ruħu. Din is-soluzzjoni hija koerenti man-natura territorjali tat-trade mark nazzjonali, peress li fl-ebda mument ma tinjora l-fatt li l-effett dannuż immaterjalizza ruħu fl-Istat Membru fejn it-trade mark hija protetta. Għaldaqstant, hija tippermetti lir-rikorrent iressaq azzjoni quddiem il-fora fejn hemm rabta stretta bejn il-fatti dannużi u l-qorti, mingħajr frammentazzjoni fil-ġurisdizzjoni li tipperikola s-sens tar-Regolament Nru 44/2001. Għandu jiżdied ukoll ma’ dak li diġà ntqal li din hija soluzzjoni adattata għaċ-ċirkustanzi partikolari tal-proprjetà intellettwali, li hija għal kollox konformi mal-ispirtu tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija sal-ġurnata ta’ llum.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Bla dubju, din l-analiżi tirrikjedi evalwazzjoni tal-fatti li tavviċina eżami fuq il-mertu tal-kawża, iżda dawn iż-żewġ livelli huma, b’mod ċar, differenti u ma għandhomx jiġu konfużi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara s-sentenza tal-<DATE ISO="19900515">15 ta’ Mejju 1990</DATE>, Hagen (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-365/88" PAGE.ECR="I-1845" YEAR="1990">C-365/88, Ġabra p. I-1845</REF.DOC.ECR>, punti 12 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>. Il-kriterju tal-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>mezzi meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/>, li huwa limitat għall-fażi tad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni, ma jiħux inkunsiderazzjoni l-ksur li twettaq u li seħħ, iżda l-potenzjal tal-ksur ta’ aġir determinat. Din id-differenza bejn iż-żewġ livelli hija ċara fil-kawża preżenti: huwa opportun li jitfakkar li l-qorti Awstrijaka li ttrattat il-kawża fit-tieni istanza, iddikjarat il-ġurisdizzjoni tagħha qabel ma ċaħdet it-talba fuq il-mertu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-kriterju propost fir-rigward taċ-ċirkustanzi tal-kawża preżenti</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Ladarba ġiet deċiża l-kwistjoni tal-kriterju għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, ser nanalizza, sabiex inkun nista’ nipprovdi risposta utli lill-qorti tar-rinviju, il-konsegwenzi tal-proposta fiċ-ċirkustanzi tal-kawża preżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Sa fejn ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali hija l-proprjetarja tat-trade mark Wintersteiger fl-Awstrija, il-kriterji preċedentement esposti jippermettu li jiġi invokat l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 sabiex tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni tal-qrati Awstrijaċi. Fil-fatt, ladarba jiġi kkonstatat li ntużaw il-mezzi meħtieġa sabiex, skont il-każ, titwettaq effettivament il-vjolazzjoni ta’ trade mark, il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-post fejn seħħ il-fatt dannuż tiġi kkonfermata, l-istess bħal dik tal-qrati li fit-territorju tagħhom id-dannu mmaterjalizza ruħu, li huma dawk tat-territorju fejn it-trade mark hija protetta, jiġifieri, fil-kawża preżenti, il-qrati Awstrijaċi.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-proċess, Products 4U hija impriża ddomiċiljata fil-Ġermanja li teżerċita l-attivitajiet tagħha mad-dinja kollha. Madankollu, iċ-ċentru operazzjonali tagħha jinsab fl-Awstrija u ċerti attivitajiet pubbliċitarji huma limitati għal dan it-territorju, kif inhuwa l-każ għar-reġistrazzjoni ta’ ċerti kliem prinċipali fuq Google. L-iskrizzjoni tal-kelma prinċipali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Wintersteiger<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, mitluba mill-konvenuta fil-kawża prinċipali ġiet limitata għas-servizzi ta’ tfittxija offruti minn Google permezz ta’ top-level domain determinat li jikkorrispondi għall-Ġermanja (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>.de<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-possibbiltà li titwettaq vjolazzjoni tat-trade mark Awstrijaka hija ċara.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Kif ikkonfermat il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Google France u Google, fil-kuntest ta’ domanda preliminari li, ta’ min wieħed ifakkar, kienet tikkonċerna l-ksur ta’ dritt ta’ trade mark u mhux il-ġurisdizzjoni, il-funzjoni ta’ trade mark tista’ tiġi affettwata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>meta l-utenti tal-internet jintwerew, fuq il-bażi ta’ kelma prinċipali identika għal trade mark, reklam ta’ terz, bħal dak ta’ kompetitur tal-proprjetarju ta’ din it-trade mark<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20100323">23 ta’ Marzu 2010</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-236/08+C-237/08+C-238/08" PAGE.ECR="I-2417" YEAR="2010">C-236/08 sa C-238/08, Ġabra p. I-2417</REF.DOC.ECR>, punt 83).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja qalet ukoll fl-istess sentenza li l-ksur jiddependi madankollu mill-mod kif ir-reklam jiġi ppreżentat. Minkejja dan, fi kwalunkwe każ,<?PAGE NO="8"?> il-funzjoni tal-indikazzjoni tal-oriġini tat-trade mark tiddgħajjef <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>meta r-reklam ma jippermettix lill-utent tal-internet normalment informat u raġonevolment attent, jew jippermettilu biss b’mod diffiċli, li jkun jaf jekk il-prodotti jew is-servizzi msemmija fir-reklam humiex ġejjin mill-proprjetarju tat-trade mark jew minn impriża konnessa miegħu jew, kuntrarjament, minn terz<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza Google France u Google, iċċitata iktar ’il fuq (punti 84 u 99 kif ukoll l-ewwel punt tad-dispożittiv).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Infakkar li l-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq tirreferi għal ksur li effettivament twettaq permezz tal-iskrizzjoni ta’ kelma prinċipali. Fil-kawża preżenti, li tikkonċerna biss id-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni, għandna biss nirreferu, min-naħa l-oħra, għad-dannu potenzjali, kif preċedentement issemma’ fil-punt 31 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Minn din il-perspettiva, jidher ċar li l-iskrizzjoni tal-kelma prinċipali limitata għat-top-level domain <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>.de<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, li hija bil-lingwa Ġermaniża u li hija aċċessibbli fl-Awstrija, pajjiż li jmiss mal-Ġermanja, tista’ <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> twassal għall-vjolazzjoni effettiva tat-trade mark Awstrijaka.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif iddikjarat ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali fl-osservazzjonijiet tagħha, il-fatt li l-iskrizzjoni tal-kelma prinċipali għandha, min-natura tagħha, dimensjoni ġeografika limitata għall-Ġermanja ma jimpedixxix, lil hinn minn dan, lill-klijenti fl-Awstrija tat-trade mark Wintersteiger, milli jirrikorru għas-servizz ta’ tfittxija google.de, kemm mill-Awstrija kif ukoll mill-Ġermanja. Il-fatt li s-suq tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali huwa internazzjonali, u li l-kompetitriċi Ġermaniża tagħha taġixxi minn pajjiż ġirien u b’mezz bħalma huwa Google.de, li l-aċċess għalih huwa liberu fl-Awstrija u li juża l-istess lingwa, huwa ċirkustanza li turi l-impatt li l-aġir tal-konvenuta fil-kawża prinċipali għandu oġġettivament fuq it-trade mark <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Wintersteiger<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> fl-Awstrija.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li l-kelma prinċipali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Wintersteiger<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fiha link li jirreferi lill-utent direttament għas-sit tal-internet tal-konvenuta fil-kawża prinċipali, mingħajr l-ebda referenza għall fatt li t-trade mark hija waħda nazzjonali marbuta ma’ impriża Awstrijaka, jikkostitwixxi fattur ieħor li jista’ oġġettivament jikkontribwixxi sabiex l-utent, li fl-Awstrija jista’ jkollu aċċess mingħajr limitu għal Google.de, jitfixkel bejn dawn iż-żewġ impriżi, li huma kompetituri fis-suq intern Ewropew.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Konsegwentement, inqis li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża preżenti, il-konvenuta fil-kawża prinċipali użat il-mezzi meħtieġa sabiex, oġġettivament, tkun tista’ sseħħ vjolazzjoni effettiva tat-trade mark irreġistrata fl-Awstrija. Konsegwentement, hemm lok li jiġi ddikjarat li, għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, il-post fejn seħħ id-dannu ma huwiex biss limitat għall-Ġermanja, li huwa l-post fejn seħħ l-aġir li kkawża d-dannu, iżda jestendi wkoll għall-Awstrija, sa fejn il-konvenuta fil-kawża prinċipali adottat aġir li jista’ <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> jikkostitwixxi vjolazzjoni tat-trade mark Awstrijaka.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għad-domandi preliminari magħmula mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat, fl-ipoteżi ta’ aġir permezz tal-internet li jista’ jikkostitwixxi vjolazzjoni ta’ trade mark nazzjonali fi Stat Membru, fis-sens li jikkonferixxi l-ġurisdizzjoni:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>lill-qrati tal-Istat Membru fejn it-trade mark hija rreġistrata,</P></ITEM><ITEM><P>lill-qrati tal-Istat Membru fejn huma użati l-mezzi meħtieġa għall-vjolazzjoni effettiva tat-trade mark irreġistrata fi Stat Membru ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></P></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>