European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1495

28.5.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1495

tal-21 ta’ Mejju 2024

li taħtar żewġ membri, proposti mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Lussemburgiż,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fid-9 ta’ Ottubru 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2023/2161 (3), li taħtar żewġ membri u żewġ membri supplenti, proposti mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għar-riżenji tas-Sur Gusty GRAAS u tas-Sur Marc SPAUTZ, saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Il-Gvern Lussemburgiż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Alexandre DONNERSBACH, Conseiller communal, Conseil communal de la commune de la commune de Walferdange (Kunsillier Muniċipali, Kunsill Muniċipali ta’ Walferdange), u s-Sur Lou LINSTER, Conseiller communal, Conseil communal de la commune de la commune de Leudelange (Kunsillier Muniċipali, Kunsill Muniċipali ta’ Leudelange),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

—

Is-Sur Alexandre DONNERSBACH, Conseiller communal, Conseil communal de la commune de la commune de Walferdange (Kunsillier Muniċipali, Kunsill Muniċipali ta’ Walferdange),

—

Is-Sur Lou LINSTER, Conseiller communal, Conseil communal de la commune de Leudelange (Kunsillier Muniċipali, Kunsill Muniċipali ta’ Leudelange).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LAHBIB


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/2157/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2161 tad-9 ta’ Ottubru 2023 li taħtar żewġ membri u żewġ membri supplenti, proposti mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L, 2023/2161, 12.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2161/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1495/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)