|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3837 |
22.7.2025 |
Avviż ta’ pożizzjoni vakanti — CONS/AD/200/25 — Direttur għal ORG.3
(C/2025/3837)
TAGĦRIF ĠENERALI
|
Dipartiment |
ORG.3 Bini u Loġistika |
|
Post tax-xogħol |
Brussell, il-Bini Justus Lipsius |
|
Titlu tal-pożizzjoni |
Direttur |
|
Grupp tal-funzjoni u grad |
AD 14 |
|
Approvazzjoni tas-sigurtà meħtieġa |
SECRET UE/EU SECRET |
|
SKADENZA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET |
Il-5 ta’ Settembru 2025 — 12:00 (nofsinhar) ħin ta’ Brussell |
Min aħna
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) jassisti lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill tal-UE u l-korpi preparatorji tagħhom fl-oqsma kollha tal-attivitajiet tagħhom. Taħt l-awtorità tas-Segretarju Ġenerali, jipprovdi pariri u sostenn lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill u lill-Presidenti tagħhom fl-oqsma kollha ta’ attività, inkluż pariri politiċi u legali, koordinazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra, tfassil ta’ kompromessi u abbozzar, superviżjoni kif ukoll trattament tal-aspetti prattiċi kollha li huma meħtieġa għat-tħejjija u t-tmexxija bla xkiel tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill.
Id-Direttorat Ġenerali għall-Iżvilupp Organizzattiv u s-Servizzi (DĠ ORG) huwa responsabbli għall-ġestjoni strateġika ġenerali tal-iżvilupp organizzattiv u s-servizzi fis-SĠK. Id-Direttorat Ġenerali bħalissa huwa magħmul minn ħames Direttorati (Riżorsi Umani, Protokoll u Laqgħat, Bini u Loġistika, Finanzi, u Sikurezza u Sigurtà).
Id-Direttorat għall-Bini u l-Loġistika (ORG.3) huwa responsabbli biex jipprovdi l-infrastrutturi materjali (bini, installazzjonijiet u tagħmir tekniku) u servizzi loġistiċi (armar, manutenzjoni, żarmar, trasport) li jippermettu lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-korpi preparatorji tiegħu u lis-SĠK iwettqu l-funzjonijiet tagħhom fis-sitwazzjonijiet u ċ-ċirkostanzi kollha, inkluż f’sitwazzjonijiet straordinarji ta’ emerġenza u ta’ kriżi. ORG.3 huwa responsabbli minn baġit annwali ta’ madwar EUR 45 miljun kif ukoll minn għadd importanti ta’ kuntratti ta’ servizzi u jrid jiżgura li l-prodotti u s-servizzi jinxtraw skont proċeduri stabbiliti. Barra minn hekk, qed jitħejja proġett kbir ta’ rinnovazzjoni tal-kampus tas-SĠK.
Attwalment, id-Direttorat huwa magħmul minn tliet Unitajiet li jittrattaw rispettivament il-Bini (il-politika tal-bini u l-ġestjoni ambjentali, il-ġestjoni teknika u l-inġinerija, u l-operazzjonijiet u l-manutenzjoni ġenerali), il-Loġistika (it-tagħmir u l-operazzjonijiet, is-servizzi tat-trasport) u l-Finanzi (l-implimentazzjoni tal-baġit u l-kuntratti tal-akkwist pubbliku), flimkien ma’ Settur Appoġġ ġenerali u akkwist mehmuż mad-Direttur.
X’qed noffru
Il-kariga ta’ Direttur ta’ ORG.3 hija pożizzjoni li toffri sfida f’ambjent politikament interessanti u dinamiku, fit-tmexxija ta’ tim ta’ aktar minn 150 membru tal-persunal bl-appoġġ ta’ għadd sostanzjali ta’ kuntratturi esterni f’oqsma varjati ħafna. F’din il-kariga tkun responsabbli għall-aspetti operazzjonali, strateġiċi u finanzjarji tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet kollha tad-Direttorat.
Taħt l-awtorità tad-Direttur Ġenerali, timmaniġġa u tikkoordina d-Direttorat tiegħek u r-riżorsi tiegħu b’mod professjonali, torganizza l-attivitajiet tiegħu u tappoġġa u timmotiva lill-membri tal-persunal f’xogħolhom. Tkun tiżgura l-kwalità tas-servizzi u l-prodotti provduti mid-Direttorat, kif ukoll il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni effettivi fid-Direttorat, fid-Direttorat Ġenerali kollu u ma’ servizzi oħra tas-SĠK.
Tkun tagħti pariri lill-President tal-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill, lill-Coreper u lil korpi preparatorji oħra u lill-Presidenza tagħhom, u lis-Segretarju Ġenerali dwar l-aspetti kollha tad-dossiers fil-kompetenza tad-Direttorat. Tieħu sehem f’laqgħat u, fejn xieraq, f’laqgħat ta’ informazzjoni u/jew f’negozjati bil-ħsieb li jintlaħqu kompromessi u jinstabu soluzzjonijiet. F’dan il-kuntest, tkun tassisti lill-Presidenza fin-negozjati u tiżgura komunikazzjoni u kooperazzjoni effettivi ma’ istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħra tal-UE fl-oqsma fil-kompetenza tad-Direttorat.
Tkun tiddefinixxi l-objettivi li għandhom jintlaħqu u tikkontribwixxi biex dawn jintlaħqu billi tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma tad-Direttorat u tiżgura l-monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni tiegħu.
Tkun tista’ tippjana u torganizza l-ħidma b’mod flessibbli, skont il-ħinijiet tax-xogħol u l-iskeda tal-laqgħat fil-qasam ta’ attività tad-Direttorat. Int u l-persunal tiegħek tkunu tistgħu tgawdu mill-arranġamenti tax-xogħol tas-SĠK, inkluż it-telexogħol.
Ikunu meħtieġa missjonijiet okkażjonali barra mill-pajjiż, normalment ġewwa l-UE (pereżempju fil-Lussemburgu jew fi Strażburgu).
X’qed infittxu
Qed infittxu maniġer, persuna bil-kapaċità li tmexxi u timmotiva tim kbir b’diversi ħiliet u li jkollha għarfien u esperjenza f’oqsma fil-kompetenza tad-Direttorat u li hija familjari mar-rwol u l-funzjonament tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill. Ħiliet b’saħħithom ta’ ġestjoni tal-partijiet ikkonċernati huma essenzjali.
L-għarfien u l-esperjenza fil-qasam tal-ġestjoni tal-bini u tal-uffiċċji jkunu ta’ vantaġġ. Għalkemm mhuwiex essenzjali l-għarfien tar-regoli u l-proċeduri baġitarji u/jew finanzjarji fl-Istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll tal-prinċipji li jirregolaw l-għoti u l-ġestjoni ta’ kuntratti fis-settur pubbliku tal-UE, il-persuna f’din il-kariga tkun mistennija tiżviluppa l-għarfien f’dak il-qasam.
Għarfien tajjeb tal-isfidi ambjentali jkun ta’ vantaġġ.
Il-managers kollha tas-SĠK huma mistennija jagħtu pariri lill-ġerarkija tagħhom u lill-partijiet ikkonċernati, jimmaniġġaw il-persunal u r-riżorsi finanzjarji tagħhom, u jirrappreżentaw lis-SĠK. Dawn l-aspettattivi huma mfissra fil-profil orizzontali tal-managers tas-SĠK (1).
Barra minn hekk, il-persuna impjegata jeħtieġ ikollha:
|
— |
il-kapaċità li taħseb u tippjana b’mod strateġiku, li tantiċipa u tidentifika problemi potenzjali u li tipproponi kompromessi u soluzzjonijiet fattibbli; |
|
— |
ħila ta’ tmexxija u l-kapaċità li tippromwovi spirtu qawwi ta’ tim u li tiggwida, timmotiva u tawtonomizza lill-persunal f’ambjent ta’ diversità u multikulturali, b’enfasi qawwija fuq l-iżvilupp tal-persunal; |
|
— |
sens ta’ diplomazija, tagħraf meta għandha tkun flessibbli u meta tkun soda waqt li toqgħod attenta għad-dettall mingħajr ma tinsa l-kuntest ġenerali; |
|
— |
il-kapaċità li tippromwovi u żżomm relazzjonijiet tax-xogħol tajba ma’ firxa ta’ interlokuturi interni u esterni; |
|
— |
il-kapaċità li tilħaq qbil u għanijiet komuni billi tagħti pariri speċifiċi lill-partijiet ikkonċernati u billi tiffaċilita d-diskussjoni b’mod effettiv u kostruttiv; |
|
— |
il-kapaċità li torganizza x-xogħol ġenerali tad-Direttorat sabiex jintlaħqu l-iskadenzi kruċjali u li tiżgura t-tqassim ġust tax-xogħol fost il-membri tat-tim u l-ippjanar tas-suċċessjoni; |
|
— |
il-kapaċità li timmaniġġa t-tibdil u tappoġġa lill-persunal waqt it-tibdil; |
|
— |
ħiliet ta’ komunikazzjoni eċċellenti, inkluż ħiliet ta’ komunikazzjoni interpersonali. |
Peress li s-SĠK iħaddan politika ta’ mobbiltà għall-managers tiegħu, li huma mistennija jkollhom esperjenza estensiva, il-kandidati għandhom ikunu lesti u kapaċi jaħdmu f’oqsma ta’ attività differenti matul il-karriera tagħhom fis-SĠK.
POLITIKA TA’ REKLUTAĠĠ
L-applikanti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin fid-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet:
|
(a) |
Kondizzjonijiet ġenerali
|
|
(b) |
Kondizzjonijiet speċifiċi
|
NB:
|
(1) |
Din il-pożizzjoni tirrikjedi approvazzjoni tas-sigurtà li tippermetti l-aċċess għal informazzjoni klassifikata (livell SECRET UE/EU SECRET). Il-kandidati li japplikaw għall-pożizzjoni jridu jkunu lesti jgħaddu minn investigazzjoni ta’ sigurtà skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (3). Il-ħatra għal din il-pożizzjoni ssir effettiva biss bil-kundizzjoni li l-kandidat magħżul ikun kiseb ċertifikat validu ta’ approvazzjoni tas-sigurtà. Kandidati mingħajr l-approvazzjoni tas-sigurtà jiġu offruti kuntratt temporanju sakemm jinkiseb ir-riżultat tal-proċedura tal-approvazzjoni tas-sigurtà. |
|
(2) |
Il-kandidat li jintgħażel għandu jew għandha tkun lesta ssegwi l-programm ta’ taħriġ fil-ġestjoni tas-SĠK. |
PROĊEDURA TAL-GĦAŻLA
|
— |
Fl-għażla tal-kandidati, l-Awtorità tal-Ħatra ser tkun megħjuna minn kumitat konsultattiv ta’ selezzjoni. Il-kumitat konsultattiv ta’ selezzjoni jkollu l-appoġġ ta’ ċentru ta’ evalwazzjoni, immexxi minn konsulenti tar-reklutaġġ esterni. Rapporti stabbiliti miċ-ċentru ta’ evalwazzjoni għall-istess tip ta’ pożizzjoni ma jibqgħux validi wara sentejn mid-data li fiha saru l-eżerċizzji rilevanti jew mat-tmiem tal-kuntratt qafas bejn is-SĠK u ċ-ċentru ta’ evalwazzjoni inkwistjoni - skont liema data tiġi l-ewwel. |
|
— |
Il-kumitat konsultattiv ta’ selezzjoni l-ewwel jevalwa u jqabbel il-kwalifiki, l-esperjenza u l-motivazzjoni tal-applikanti kollha, abbażi tal-applikazzjonijiet tagħhom. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni komparattiva, il-kumitat konsultattiv ta’ selezzjoni jagħmel lista ristretta tal-kandidati li, fl-opinjoni tiegħu, huma l-aktar adatti sabiex jiġu mistiedna għall-ewwel intervista. Peress li din l-ewwel għażla hija bbażata fuq evalwazzjoni komparattiva tal-applikazzjonijiet, l-ilħuq tar-rekwiżiti għal dan l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ma jiggarantix stedina għall-ewwel intervista. Minn fost il-kandidati intervistati, il-kumitat konsultattiv ta’ selezzjoni jagħżel il-kandidati li għandhom jattendu ċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, kif ukoll għat-tieni intervista mal-kumitat konsultattiv ta’ selezzjoni. |
L-ippjanar proviżorju għall-proċedura ta’ selezzjoni huwa kif ġej:
|
— |
huwa mistenni li l-kandidati magħżula għall-intervisti jiġu infurmati sa nofs Settembru 2025; |
|
— |
l-ewwel intervisti huma previsti li jsiru fit-tieni nofs ta’ Settembru 2025; |
|
— |
iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni mistenni jsir fil-bidu ta’ Ottubru 2025; |
|
— |
it-tieni ċiklu ta’ intervisti huwa previst li jsir fl-ewwel nofs ta’ Ottubru 2025. |
NB: L-iskeda mogħtija hawn fuq hija purament indikattiva u tista’ tinbidel.
BAŻI LEGALI
Din il-pożizzjoni hija ppubblikata fl-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea u barra mill-istituzzjonijiet, f’konformità mal-Artikolu 29, il-paragrafi 1 u 2, tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4).
KIF TAPPLIKA
Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija l- 5 ta’ Settembru 2025 f’12:00 (nofsinhar) ħin ta’ Brussell.
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu biss bil-posta elettronika u jridu jintbagħtu lil applications.management@consilium.europa.eu (5) sa mhux aktar tard mid-data u l-ħin tal-għeluq. Applikazzjonijiet li jaslu tard mhumiex ser jitqiesu.
Għandu jintuża l-indirizz elettroniku indikat hawn fuq għal kwalunkwe korrispondenza dwar il-proċedura tal-għażla (fil-linja tas-suġġett għandha titniżżel ir-referenza li ġejja: CONS/AD/200/25 ORG.3 BINI U LOĠISTIKA).
Qabel ma jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom, il-kandidati għandhom jivverifikaw sew jekk jissodisfawx ir-rekwiżiti mniżżla hawn fuq, taħt “Politika ta’ Reklutaġġ”, biex b’hekk jevitaw l-esklużjoni awtomatika mill-proċedura tal-għażla.
Biex ikun validu, il-fajl tal-applikazzjoni jrid jinkludi d-dokumenti li ġejjin f’format pdf (NB: dokumenti maqfula, protetti bil-password jew b’firma elettronika ma jiġux aċċettati):
|
(a) |
il-formola tal-applikazzjoni mimlija u datata kif suppost (il-fajl għandu jissemma “XXX (KUNJOMOK) - Application form.pdf”); biex tniżżel il-formola tal-applikazzjoni elettronika (EN jew FR) agħfas fuq il-ħolqa t-tajba hawn taħt jew ikkopjaha u ppejstjaha fil-browser tiegħek (6):
|
|
(b) |
curriculum vitae dettaljat bl-Ingliż jew bil-Franċiż (mingħajr ritratti inklużi), preferibbilment fil-format Europass (https://europa.eu/europass/mt/create-europass-cv; https://europa.eu/europass/mt/create-your-europass-cv), li jkopri l-karriera kollha tal-persuna li qed tapplika, u jelenka, fost oħrajn, il-kwalifiki, l-għarfien lingwistiku, l-esperjenza u l-kompiti attwali tal-persuna li qed tapplika (il-fajl għandu jkun imsemmi “XXX (KUNJOMOK) - CV.pdf”); |
|
(c) |
ittra ta’ motivazzjoni, bl-Ingliż jew bil-Franċiż (il-fajl għandu jkun imsemmi “XXX (KUNJOMOK) - Motivation letter.pdf”). |
Jekk ma jiġux inklużi dawn id-dokumenti l-applikazzjoni tkun invalida.
N.B.Ser jintalbu l-kopji ta’ diplomi li jiċċertifikaw l-edukazzjoni u l-kopji ta’ dokumenti u ċertifikati relatati mal-esperjenza professjonali mingħand il-kandidati preselezzjonati mistiedna għall-ewwel ċiklu ta’ intervisti. Id-dokumenti ta’ sostenn iridu jkunu nħarġu minn parti terza.
Id-dokumenti ta’ sostenn għandhom jiġu nnumerati (Anness 1, 2, eċċ.) u għandhom jinġabru flimkien f’dokument pdf wieħed (fajl li għandu jissemma “XXX (KUNJOMOK) - Supporting documents.pdf”). Dan għandu jinkludi indiċi.
In-nuqqas ta’ sottomissjoni tad-dokumenti ta’ sostenn kollha sa mhux aktar tard mill-jum ta’ qabel l-ewwel intervista, jista’ jitqies bħala bażi għal skwalifika.
Applikazzjonijiet li jaslu bil-posta jew permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ ħżin ta’ data bbażati fi cloud jew pjattaformi għall-kondiviżjoni ta’ fajls ma jiġux ikkunsidrati.
Il-persuna magħżula minn fost il-kandidati tintalab tipprovdi d-dokumenti oriġinali msemmija hawn fuq.
Il-kandidati jirċievu email li tinfurmahom li l-applikazzjoni tagħhom tkun waslet. Madankollu, jistgħu jinqalgħu diffikultajiet tekniċi li minħabba fihom l-emails ma jaslux. Għaldaqstant, il-kandidati li ma jirċevux email li tikkonferma l-wasla tal-applikazzjoni huma mitluba jikkuntattjaw lil applications.management@consilium.europa.eu. Peress li l-kumitat konsultattiv ta’ selezzjoni ser jibda l-ħidma tiegħu ftit wara d-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet, kull korrispondenza dwar il-wasla tal-applikazzjoni għandha ssir fil-ġimgħa ta’ wara dik id-data.
DIVERSITÀ U INKLUŻJONI
Is-SĠK huwa impenjat favur id-diversità u l-inklużjoni. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara d-dikjarazzjoni rilevanti:
|
|
https://www.consilium.europa.eu/mt/general-secretariat/jobs/diversity-and-inclusion/. |
RIEŻAMI TAL-APPLIKAZZJONIJIET
Għal informazzjoni dwar il-proċeduri marbuta mat-talbiet għal ilmenti, appelli u riferimenti lill-Ombudsman Ewropew tista’ tikkonsulta lil:
|
|
https://www.consilium.europa.eu/media/56631/complaint-mt.pdf. |
PROTEZZJONI TAD-DATA
Ir-regoli li jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali b’rabta ma’ din il-proċedura ta’ selezzjoni jinsabu fid-dikjarazzjoni ta’ privatezza:
|
|
https://www.consilium.europa.eu/media/4brojk4o/jobs-data-protection-083r02-mt.pdf |
(1) https://www.consilium.europa.eu/media/53266/gsc-manager-profile-mt.pdf.
(2) L-Artikolu 5(3)(c) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ir-Regolamenti tal-Persunal) jesiġi li l-applikanti jkollhom mill-inqas:
|
(i) |
livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti, iċċertifikati b’diploma, fejn il-perjodu normali ta’ edukazzjoni universitarja hu ta’ 4 snin jew iżjed, jew |
|
(ii) |
livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti, iċċertifikati b’diploma u esperjenza professjonali adegwata ta’ mill-inqas sena, fejn it-tul ta’ żmien normali tal-edukazzjoni universitarja hu ta’ mill-inqas 3 snin. |
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
(4) Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1), test konsolidat disponibbli fuq https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A01962R0031-20250513
(5) Dan l-indirizz elettroniku jappartjeni għal kaxxa postali funzjonali u jista’ jipproċessa biss messaġġi bil-kunfidenzjalità speċifikata bħala “Normali”; emails b’livell ta’ kunfidenzjalità differenti (eż. “Personal”, “Private”, “Confidential” jew posta kriptata) ma jistgħux jiġu pproċessati. Għaldaqstant, jekk jogħġbok agħżel il-livell ta’ kunfidenzjalità “Normal”. L-email ma tridx tkun akbar minn 25MB. Jekk id-daqs tal-email tiegħek bl-hemżiet magħha jkun ikbar minn dan, jekk jogħġbok qassam l-hemżiet fuq għadd ta’ emails.
(6) Jekk teħtieġ aktar informazzjoni u/jew tiltaqa’ ma’ problemi tekniċi, jekk jogħġbok ibgħat email lil: applications.management@consilium.europa.eu.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3837/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)