|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2497 |
27.9.2024 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: https://unece.org/status-1958-agreement-and-annexed-regulations
Regolament Nru 152 tan-NU — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-Sistema Avvanzata għal Ibbrejkjar f’Emerġenza (AEBS) għall-vetturi M1 u N1 [2024/2497]
Jinkorpora t-test validu kollu sa:
Is-Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 02 – Id-data tad-dħul fis-seħħ: l-24 ta’ Settembru 2023
Dan id-dokument huwa maħsub esklużivament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni. It-testi awtentiċi u legalment vinkolanti huma:
ECE/TRANS/WP.29/2020/69
ECE/TRANS/WP.29/2021/16
ECE/TRANS/WP.29/2021/18
ECE/TRANS/WP.29/2021/142
ECE/TRANS/WP.29/2022/20 (kif emendat bil-paragrafu 81 tar-rapport ECE/TRANS/WP.29/1164)
ECE/TRANS/WP.29/2023/16 (kif emendat bil-paragrafu 90 tar-rapport ECE/TRANS/WP.29/1171)
WERREJ
Regolament
|
1. |
Kamp ta’ applikazzjoni |
|
2. |
Definizzjonijiet |
|
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
4. |
Approvazzjoni |
|
5. |
Speċifikazzjonijiet |
|
6. |
Proċedura tat-test |
|
7. |
Modifika tat-tip ta’ vettura u estensjoni tal-approvazzjoni |
|
8. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
9. |
Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
|
10. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
11. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
|
12. |
Dispożizzjonijiet Tranżizzjonali |
Annessi
|
1 |
Komunikazzjoni |
|
2 |
Arranġament tal-marki tal-approvazzjoni |
|
3 |
Rekwiżiti speċjali li għandhom jiġu applikati għall-aspetti tas-sikurezza tas-sistemi ta’ kontroll elettroniku |
Appendiċi 1 - Mudell ta’ formola ta’ valutazzjoni għal sistemi elettroniċi
Appendiċi 2 - Xenarji ta’ reazzjoni falza
Daħla
L-intenzjoni ta’ dan ir-Regolament hija li jistabbilixxi dispożizzjonijiet uniformi għas-Sistemi Avvanzati għal Ibbrejkjar f’Emerġenza (AEBS) immuntati fuq vetturi bil-mutur tal-Kategoriji M1 u N1 li jintużaw primarjament f’kundizzjonijiet urbani.
Is-sistema għandha tiddetetta awtomatikament ħbit imminenti minn quddiem, tipprovdi lis-sewwieq bi twissija xierqa u tattiva s-sistema tal-ibbrejkjar tal-vettura biex tnaqqas il-veloċità tal-vettura bl-għan li tiġi evitata jew li tittaffa s-severità ta’ ħbit f’każ li s-sewwieq ma jirreaġix għat-twissija.
Fil-każ ta’ ħsara fis-sistema, it-tħaddim sikur tal-vettura ma għandux jitqiegħed f’periklu.
Matul kwalunkwe azzjoni meħuda mis-sistema, is-sewwieq jista’, fi kwalunkwe ħin permezz ta’ azzjoni konxja, eż. b’azzjoni bl-istering jew bi twaqqigħ tal-ger permezz tal-aċċeleratur, jieħu l-kontroll f’idejh u jaqta’ l-kontroll tas-sistema.
Dan ir-Regolament ma jistax ikopri l-kundizzjonijiet kollha tat-traffiku u l-karatteristiċi tal-infrastruttura kollha fil-proċess tal-approvazzjoni tat-tip; dan ir-Regolament jirrikonoxxi li l-prestazzjonijiet meħtieġa f’dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu fil-kundizzjonijiet kollha (il-kundizzjoni tal-vettura, l-adeżjoni mat-triq, il-kundizzjonijiet tat-temp, infrastruttura tat-toroq deterjorata u xenarji tat-traffiku, eċċ., jistgħu jaffettwaw il-prestazzjonijiet tas-sistema). Il-kundizzjonijiet attwali u l-karatteristiċi fid-dinja reali jenħtieġ li ma jirriżultawx fi twissijiet foloz jew ibbrejkjar għalxejn sal-punt li s-sewwieq jitħajjar jitfi s-sistema. Ir-Regolament jipprovdi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ AEBS iddisinjata biex tevita ħbit ma’ karozzi jew ma’ persuni bil-mixi jew it-tnejn li huma.
Dan ir-Regolament huwa applikabbli biss jekk is-sistema tkun installata. Ma għandux jipprevjeni lill-partijiet kontraenti milli jagħtu mandat għall-installazzjoni ta’ AEBS iddisinjata biex tevita ħbit ma’ karozzi jew ma’ persuni bil-mixi jew it-tnejn li huma approvata f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
1. Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għall-approvazzjoni ta’ vetturi tal-Kategoriji M1 u N1 (1) (2) fir-rigward ta’ sistema abbord
|
(a) |
li tevita jew ittaffi s-severità ta’ ħbit fuq in-naħa ta’ wara fil-karreġġata ma’ karozza tal-passiġġieri, |
|
(b) |
li tevita jew ittaffi s-severità ta’ impatt ma’ persuna bil-mixi. |
2. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
|
2.1. |
“Sistema avvanzata għal ibbrejkjar f’emerġenza (AEBS)” tfisser sistema li tista’ tiddetetta b’mod awtomatiku ħbit minn quddiem imminenti u tattiva s-sistema tal-ibbrejkjar tal-vettura biex tnaqqas il-veloċità tal-vettura bl-għan li l-ħbit jiġi evitat jew imtaffi. |
|
2.2. |
“Ibbrejkjar ta’ emerġenza” tfisser domanda tal-ibbrejkjar maħruġa mill-AEBS lis-sistema ta’ brejk ta’ servizz tal-vettura. |
|
2.3. |
“Twissija ta’ ħbit” tfisser twissija maħruġa mill-AEBS lis-sewwieq meta l-AEBS tiddetetta ħbit imminenti minn quddiem. |
|
2.4. |
“Tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema avvanzata tagħha għal ibbrejkjar f’emerġenza” tfisser kategorija ta’ vetturi li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħal:
|
|
2.5. |
“Vettura tat-test” tfisser il-vettura li qed tiġi ttestjata. |
|
2.6. |
“Bersall artab” tfisser bersall li jġarrab ħsara minima u li jikkawża ħsara minima lill-vettura tat-test fil-każ ta’ ħbit. |
|
2.7. |
“Bersall fil-forma ta’ vettura” tfisser bersall li jirrappreżenta vettura |
|
2.8. |
“Bersall fil-forma ta’ persuna bil-mixi” tfisser bersall artab li jirrappreżenta persuna bil-mixi |
|
2.9. |
“Bersall fil-forma ta’ rota” tfisser bersall artab li jirrappreżenta rota b’ċiklist |
|
2.10. |
“Spazju komuni” tfisser żona li fiha jistgħu jintwerew żewġ funzjonijiet tal-informazzjoni jew iktar (eż. simbolu) iżda mhux simultanjament. |
|
2.11. |
“Awtokontroll” tfisser funzjoni integrata li tiċċekkja għal xi ħsara fis-sistema fuq bażi kontinwa mill-anqas sakemm is-sistema tkun attiva. |
|
2.12. |
“Ħin sal-ħbit (TTC)” tfisser il-valur tal-ħin miksub billi d-distanza lonġitudinali (fid-direzzjoni tal-ivvjaġġar tal-vettura tat-test) bejn il-vettura tat-test u l-bersall tiġi diviża bil-veloċità relattiva tal-vettura tat-test u l-bersall, fi kwalunkwe ħin. |
|
2.13. |
“Triq xotta li tagħti adeżjoni tajba” tfisser triq b’koeffiċjent massimu tal-ibbrejkjar (PBC) nominali suffiċjenti li jippermetti:
|
|
2.14. |
“Koeffiċjent Massimu tal-Ibbrejkjar (PBC) nominali suffiċjenti”: tfisser koeffiċjent tal-frizzjoni tas-superfiċe tat-triq ta’:
|
|
2.15. |
“Inizjalizzazzjoni” tfisser il-proċess tal-istabbiliment tat-tħaddim tas-sistema wara li l-vettura tiġi MIXGĦULA sakemm tkun kompletament funzjonali. |
|
2.16. |
“Massa ta’ vettura f’kundizzjoni ta’ sewqan” tfisser il-massa ta’ vettura mhux mgħobbija, li tinkludi l-karozzerija, il-fluwidu berried, iż-żjut, mill-inqas 90 fil-mija tal-kapaċità tal-fjuwil, 100 fil-mija tal-kapaċità ta’ likwidi oħra u sewwieq (75 kg) iżda mingħajr ilma użat, għodod u stepni. |
|
2.17. |
“Massa massima” tfisser il-massa massima ddikjarata mill-manifattur tal-vettura li hija teknikament permissibbli (din il-massa tista’ tkun ogħla mill-“massa massima permissibbli” stabbilita mill-amministrazzjoni nazzjonali). |
|
2.18. |
“Id-deċellerazzjoni medja żviluppata għalkollox (dm)”, għandha tiġi kkalkolata bħala d-deċellerazzjoni medja fir-rigward tad-distanza bejn l-intervall vb sa ve, skont il-formula li ġejja:
Meta:
Il-veloċità u d-distanza għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ strumenti li jkollhom akkuratezza ta’ ±1 fil-mija fil-veloċità stipulata għat-test. Id-dm tista’ tiġi ddeterminata permezz ta’ metodi oħra minbarra l-kejl tal-veloċità u tad-distanza; f’dan il-każ, l-akkuratezza tad-dm għandha tkun sa ± 3 fil-mija. |
3. Applikazzjoni għall-approvazzjoni
|
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-AEBS tagħha għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. |
|
3.2. |
Għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt: |
|
3.2.1. |
Deskrizzjoni tat-tip tal-vettura fir-rigward tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 2.4., flimkien ma’ pakkett ta’ dokumentazzjoni li jagħti aċċess għad-disinn bażiku tal-AEBS u l-mezzi li bihom hija konnessa ma’ sistemi oħrajn tal-vettura jew li permezz tagħhom tikkontrolla direttament lill-varjabbli tal-output. In-numri u/jew is-simboli li jidentifikaw it-tip ta’ vettura għandhom jiġu speċifikati. |
|
3.3. |
Vettura li tirrappreżenta t-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata għandha titressaq quddiem is-Servizz Tekniku li jkun qed iwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni. |
4. Approvazzjoni
|
4.1. |
Jekk it-tip ta’ vettura mressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5. ta’ hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura. |
|
4.2. |
Għal kull tip approvat għandu jiġi assenjat numru ta’ approvazzjoni; l-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 00, li jikkorrispondu għas-serje ta’ emendi 00) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenin reċenti li saru għar-Regolament fiż-żmien meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lill-istess tip ta’ vettura mgħammra b’tip ieħor ta’ AEBS, jew lil tip ieħor ta’ vettura. |
|
4.3. |
Għandha tintbagħat notifika ta’ approvazzjoni jew ta’ ċaħda ta’ approvazzjoni skont dan ir-Regolament lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 u d-dokumentazzjoni mogħtija mill-applikant f’format mhux ikbar mid-daqs A4 (210 × 297 mm) jew mitwi għal dak il-format u fuq skala xierqa jew f’format elettroniku. |
|
4.4. |
Ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal, b’mod li jidher u f’post li huwa faċilment aċċessibbli li jiġi speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonforma mal-mudell deskritt fl-Anness 2 u li tikkonsisti minn: |
|
4.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E”, segwit min-numru distintiv tal-pajjiż li ta l-approvazzjoni (3); |
|
4.4.2. |
In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru ta’ approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1. ta’ hawn fuq. |
|
4.5. |
Jekk il-vettura tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont Regolament ieħor jew Regolamenti oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. ta’ hawn fuq ma hemmx għalfejn jiġi ripetut; f’dan il-każ, ir-Regolament u n-numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali għandhom jitqiegħdu f’kolonni wieqfa fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. ta’ hawn fuq. |
|
4.6. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara sew u ta’ tip li ma titħassarx. |
|
4.7. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura jew inkella qrib tagħha. |
5. Speċifikazzjonijiet
|
5.1. |
Rekwiżiti ġenerali |
|
5.1.1. |
Kwalunkwe vettura mgħammra b’AEBS li tikkonforma mad-definizzjoni tal-paragrafu 2.1. ta’ hawn fuq għandha, meta tiġi attivata u mħaddma fil-meded ta’ veloċità preskritti, tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni: |
|
5.1.1.1. |
tal-paragrafu 5.1. u tal-paragrafi 5.3. sa 5.6. ta’ dan ir-Regolament għall-vetturi kollha; |
|
5.1.1.2. |
tal-paragrafu 5.2.1. ta’ dan ir-Regolament għall-vetturi sottomessi għall-approvazzjoni għax-xenarju bejn karozza u karozza; |
|
5.1.1.3. |
tal-paragrafu 5.2.2. ta’ dan ir-Regolament għall-vetturi sottomessi għall-approvazzjoni għax-xenarju bejn karozza u persuna bil-mixi. |
|
5.1.1.4. |
Tal-paragrafu 5.2.3. ta’ dan ir-Regolament għall-vetturi sottomessi għall-approvazzjoni għax-xenarju bejn karozza u rota. |
|
5.1.2. |
L-effikaċja tal-AEBS ma għandhiex tkun affettwata b’mod avvers minn kampijiet manjetiċi jew elettriċi. Dan għandu jintwera billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tekniċi u billi jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tas-serje ta’ emendi 06 tar-Regolament tan-NU Nru 10. |
|
5.1.3. |
Il-konformità mal-aspetti ta’ sikurezza ta’ sistemi ta’ kontroll elettroniku għandha tintwera billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Anness 3. |
|
5.1.4. |
Twissijiet u informazzjoni
Minbarra t-twissijiet ta’ ħbit deskritti fil-paragrafi 5.2.1.1. u 5.2.2.1., is-sistema għandha tagħti twissija/twissijiet xierqa lis-sewwieq kif deskritt hawn taħt: |
|
5.1.4.1. |
Twissija ta’ ħsara meta jkun hemm ħsara fl-AEBS li tipprevjeni li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. It-twissija għandha tkun kif speċifikat fil-paragrafu 5.5.4. |
|
5.1.4.1.1. |
Ma għandux ikun hemm intervall ta’ ħin twil wisq bejn kull awtokontroll mill-AEBS, u sussegwentement, ma għandux ikun hemm dewmien biex jinxtegħel is-sinjal ta’ twissija, fil-każ ta’ ħsara li tista’ tiġi detetta b’mezz elettriku. |
|
5.1.4.1.2. |
Malli tiġi detetta kwalunkwe kundizzjoni ta’ ħsara mhux elettrika (eż. funzjonament jew allinjament ħażin tas-sensur), għandu jixgħel is-sinjal ta’ twissija kif definit fil-paragrafu 5.1.4.1. |
|
5.1.4.2. |
Jekk is-sistema ma tkunx ġiet inizjalizzata wara ħin ta’ sewqan kumulattiv ta’ 15-il sekonda b’veloċità ta’ aktar minn 10 km/h, l-informazzjoni dwar dan l-istatus għandha tiġi indikata lis-sewwieq. Din l-informazzjoni għandha tibqa’ tiġi indikata sakemm is-sistema tkun ġiet inizjalizzata b’suċċess. |
|
5.1.4.3. |
Jekk il-vettura tkun mgħammra b’mezzi sabiex l-AEBS tiġi diżattivata, għandha tingħata twissija ta’ diżattivazzjoni meta s-sistema tiġi diżattivata. Dan għandu jkun kif speċifikat fil-paragrafu 5.4.3. |
|
5.1.5. |
Ibbrejkjar ta’ emerġenza
Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 5.3.1. u 5.3.2., is-sistema għandha tipprovdi l-interventi ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza deskritti fil-paragrafi 5.2.1.2., 5.2.2.2. u 5.2.3.2. bl-għan li titnaqqas b’mod sinifikanti l-veloċità tal-vettura tat-test. |
|
5.1.6. |
Evitar ta’ reazzjoni falza
Is-sistema għandha tkun iddisinjata b’mod li timminimizza l-ħolqien ta’ sinjali ta’ twissija ta’ ħbit u b’mod li tevita ibbrejkjar avvanzat f’emerġenza f’sitwazzjonijiet fejn ma jkunx hemm riskju ta’ ħbit imminenti. Dan għandu jintwera fil-valutazzjoni mwettqa skont l-Anness 3, u din il-valutazzjoni għandha tinkludi b’mod partikolari x-xenarji elenkati fl-Appendiċi 2 tal-Anness 3. |
|
5.1.7. |
Kull vettura mgħammra b’AEBS għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ prestazzjoni tar-Regolament tan-NU Nru 13-H fis-serje ta’ emendi 01 tiegħu għall-vetturi tal-Kategorija M1 u N1 jew ir-Regolament Nru 13 fis-serje ta’ emendi 11 tiegħu għall-vetturi tal-Kategorija N1 u għandha tkun mgħammra b’funzjoni tal-ibbrejkjar antilokk f’konformità mar-rekwiżiti ta’ prestazzjoni tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU Nru 13-H fis-serje ta’ emendi 01 tiegħu jew tal-Anness 13 tar-Regolament tan-NU Nru 13 fis-serje ta’ emendi 11 tiegħu. |
|
5.2. |
Rekwiżiti Speċifiċi |
|
5.2.1. |
Xenarju bejn karozza u karozza |
|
5.2.1.1. |
Twissija ta’ ħbit
Meta ħbit imminenti ma’ vettura preċedenti tal-Kategorija M1, fl-istess karreġġata jiġi detett b’veloċità relattiva ogħla minn dik il-veloċità sa liema l-vettura tat-test tkun tista’ tevita l-ħbit (fi ħdan il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 5.2.1.4.), għandha tiġi pprovduta twissija ta’ ħbit kif speċifikat fil-paragrafu 5.5.1., u għandha tiġi skattata sa mhux aktar tard minn 0,8 sekonda qabel jibda l-ibbrejkjar ta’ emerġenza. Madankollu, f’każ li l-ħbit ma jkunx jista’ jiġi antiċipat fil-ħin biex tingħata twissija ta’ ħbit 0,8 sekonda qabel l-ibbrejkjar ta’ emerġenza, għandha tiġi pprovduta twissija ta’ ħbit kif speċifikat fil-paragrafu 5.5.1., li għandha tiġi pprovduta mhux aktar tard minn meta jibda l-intervent tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza. It-twissija ta’ ħbit tista’ tiġi abortita jekk il-kundizzjonijiet prevalenti waqt ħbit ma jkunux għadhom preżenti. Dan għandu jiġi ttestjat skont il-paragrafi 6.4. u 6.5. |
|
5.2.1.2. |
Ibbrejkjar ta’ emerġenza
Meta s-sistema tiddetetta l-possibbiltà ta’ ħbit imminenti, għandha ssir domanda tal-ibbrejkjar ta’ mill-inqas 5,0 m/s2 lis-sistema ta’ brejk ta’ servizz tal-vettura. Dan ma jipprojbix valuri tad-domanda tad-deċellerazzjoni ogħla minn 5 m/s2 matul it-twissija ta’ ħbit għal durati qosra ħafna, eż. bħala twissija tattili biex tiġi stimulata l-attenzjoni tas-sewwieq. L-ibbrejkjar ta’ emerġenza jista’ jiġi abortit jew id-domanda tad-deċellerazzjoni tista’ titnaqqas taħt il-limitu ta’ hawn fuq (skont kif rilevanti), jekk il-kundizzjonijiet prevalenti ta’ ħbit ma jibqgħux preżenti jew jekk ir-riskju ta’ ħbit ikun naqas. Dan għandu jiġi ttestjat skont il-paragrafi 6.4. u 6.5. ta’ dan ir-Regolament. |
|
5.2.1.3. |
Medda ta’ veloċità
Is-sistema għandha tkun attiva mill-anqas fi ħdan il-medda ta’ veloċità tal-vettura bejn 10 km/h u 60 km/h u għal kull kundizzjoni tat-tagħbija tal-vettura, sakemm ma tiġix diżattivata skont il-paragrafu 5.4. |
|
5.2.1.4. |
Tnaqqis tal-veloċità permezz ta’ domanda tal-ibbrejkjar
Fin-nuqqas tal-input tas-sewwieq li jwassal għal interruzzjoni skont il-paragrafu 5.3.2., l-AEBS għandha tkun kapaċi tikseb veloċità tal-impatt relattiva li tkun inqas jew daqs il-veloċità tal-impatt relattiva massima kif muri fit-tabella li ġejja, sakemm:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5.2.2. |
Xenarju bejn karozza u persuna bil-mixi |
|
5.2.2.1. |
Twissija ta’ Ħbit
Meta l-AEBS tiddetetta l-possibbiltà ta’ ħbit ma’ persuna bil-mixi li tkun qed taqsam it-triq b’veloċità kostanti ta’ 5 km/h (fi ħdan il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 5.2.2.4.), għandha tiġi pprovduta twissija ta’ ħbit kif speċifikat fil-paragrafu 5.5.1. It-twissija ta’ ħbit għandha tiġi pprovduta sa mhux aktar tard mill-bidu tal-intervent ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza. It-twissija ta’ ħbit tista’ tiġi abortita jekk il-kundizzjonijiet prevalenti waqt ħbit ma jkunux għadhom preżenti. |
|
5.2.2.2. |
Ibbrejkjar ta’ Emerġenza
Meta s-sistema tiddetetta l-possibbiltà ta’ ħbit imminenti, għandha ssir domanda tal-ibbrejkjar ta’ mill-inqas 5,0 m/s2 lis-sistema ta’ brejk ta’ servizz tal-vettura. Dan ma jipprojbix valuri tad-domanda tad-deċellerazzjoni ogħla minn 5 m/s2 matul it-twissija ta’ ħbit għal durati qosra ħafna, eż. bħala twissija tattili biex tiġi stimulata l-attenzjoni tas-sewwieq. L-ibbrejkjar ta’ emerġenza jista’ jiġi abortit jew id-domanda tad-deċellerazzjoni tista’ titnaqqas taħt il-limitu ta’ hawn fuq (skont kif rilevanti), jekk il-kundizzjonijiet prevalenti ta’ ħbit ma jibqgħux preżenti jew jekk ir-riskju ta’ ħbit ikun naqas. Dan għandu jiġi ttestjat skont il-paragrafu 6.6. ta’ dan ir-Regolament. |
|
5.2.2.3. |
Medda ta’ veloċità
Is-sistema għandha tkun attiva mill-anqas fi ħdan il-medda ta’ veloċità tal-vettura bejn 20 km/h u 60 km/h u għal kull kundizzjoni tat-tagħbija tal-vettura, sakemm ma tiġix diżattivata skont il-paragrafu 5.4. |
|
5.2.2.4. |
Tnaqqis tal-Veloċità permezz ta’ Domanda tal-Ibbrejkjar
Fin-nuqqas tal-input tas-sewwieq li jwassal għal interruzzjoni skont il-paragrafu 5.3.2., l-AEBS għandha tkun kapaċi tikseb veloċità tal-impatt li tkun inqas jew daqs il-veloċità tal-impatt relattiva massima kif muri fit-tabella li ġejja, sakemm:
Meta l-kundizzjonijiet jiddevjaw minn dawk elenkati hawn fuq, is-sistema ma għandhiex tiddiżattiva jew taqleb l-istrateġija ta’ kontroll bla raġuni. Dan għandu jintwera mill-manifattur f’konformità mal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament u, jekk jitqies ġustifikat, jista’ jiġi segwit minn ittestjar mis-Servizz Tekniku f’kundizzjonijiet li jiddevjaw minn dawk elenkati hawn fuq jew dawk fil-paragrafu 6. Ir-raġunament għal dan l-ittestjar għall-verifika u r-riżultati tiegħu għandhom jiġu mehmuża mar-rapport tat-test. Veloċità tal-Impatt Massima (km/h) għal M1 (6)
Veloċità tal-Impatt Massima (km/h) għal vetturi N1 (7)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5.2.3. |
Xenarju bejn karozza u rota |
|
5.2.3.1. |
Twissija ta’ ħbit
Meta l-AEBS tiddetetta l-possibbiltà ta’ ħbit ma’ rota li tkun qed taqsam it-triq b’veloċità kostanti ta’ 15 km/h (fi ħdan il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 5.2.3.4.), għandha tiġi pprovduta twissija ta’ ħbit kif speċifikat fil-paragrafu 5.5.1. It-twissija ta’ ħbit għandha tiġi pprovduta sa mhux aktar tard mill-bidu tal-intervent ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza. It-twissija ta’ ħbit tista’ tiġi abortita jekk il-kundizzjonijiet prevalenti waqt ħbit ma jkunux għadhom preżenti. |
|
5.2.3.2. |
Ibbrejkjar ta’ emerġenza
Meta s-sistema tiddetetta possibbiltà ta’ ħbit imminenti, għandha ssir domanda tal-ibbrejkjar ta’ mill-inqas 5,0 m/s2 lis-sistema ta’ brejk ta’ servizz tal-vettura. Dan ma jipprojbix valuri tad-domanda tad-deċellerazzjoni ogħla minn 5 m/s2 matul it-twissija ta’ ħbit għal durati qosra ħafna, eż. bħala twissija tattili biex tiġi stimulata l-attenzjoni tas-sewwieq. L-ibbrejkjar ta’ emerġenza jista’ jiġi abortit jew id-domanda tad-deċellerazzjoni tista’ titnaqqas taħt il-limitu ta’ hawn fuq (skont kif rilevanti), jekk il-kundizzjonijiet prevalenti ta’ ħbit ma jibqgħux preżenti jew jekk ir-riskju ta’ ħbit ikun naqas. Dan għandu jiġi ttestjat skont il-paragrafu 6.7. ta’ dan ir-Regolament. |
|
5.2.3.3. |
Medda ta’ veloċità
Is-sistema għandha tkun attiva mill-anqas fi ħdan il-medda ta’ veloċità tal-vettura bejn 20 km/h u 60 km/h u għal kull kundizzjoni tat-tagħbija tal-vettura, sakemm ma tiġix diżattivata skont il-paragrafu 5.4. |
|
5.2.3.4. |
Tnaqqis tal-veloċità permezz ta’ domanda tal-ibbrejkjar
Fin-nuqqas tal-input tas-sewwieq li jwassal għal interruzzjoni skont il-paragrafu 5.3.2., l-AEBS għandha tkun kapaċi tikseb veloċità tal-impatt li tkun inqas jew daqs il-veloċità tal-impatt relattiva massima kif muri fit-tabella li ġejja, sakemm:
Meta l-kundizzjonijiet jiddevjaw minn dawk elenkati hawn fuq, is-sistema ma għandhiex tiddiżattiva jew taqleb l-istrateġija ta’ kontroll bla raġuni. Dan għandu jintwera mill-manifattur f’konformità mal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament u, jekk jitqies ġustifikat, jista’ jiġi segwit minn ittestjar mis-Servizz Tekniku f’kundizzjonijiet li jiddevjaw minn dawk elenkati hawn fuq jew dawk fil-paragrafu 6. Ir-raġunament għal dan l-ittestjar għall-verifika u r-riżultati tiegħu għandhom jiġu mehmuża mar-rapport tat-test. Veloċità tal-Impatt Massima (km/h) għal M1 (8)
Veloċità tal-Impatt Massima (km/h) għal N1 (9)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5.3. |
Interruzzjoni mis-sewwieq |
|
5.3.1. |
L-AEBS għandha tipprovdi l-mezzi lis-sewwieq biex jinterrompi t-twissija ta’ ħbit u l-ibbrejkjar ta’ emerġenza. |
|
5.3.2. |
Fiż-żewġ każijiet ta’ hawn fuq, din l-interruzzjoni tista’ tinbeda bi kwalunkwe azzjoni pożittiva (pereżempju twaqqigħ tal-ger, bl-attivazzjoni tal-kontroll tal-indikatur tad-direzzjoni) li tindika li s-sewwieq huwa konxju mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza. Il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi lista ta’ dawn l-azzjonijiet pożittivi lis-servizz tekniku fiż-żmien tal-approvazzjoni tat-tip u din għandha tinhemeż mar-rapport tat-test. |
|
5.4. |
Diżattivazzjoni |
|
5.4.1. |
Meta vettura tkun mgħammra b’mezz biex il-funzjoni tal-AEBS tiġi diżattivata manwalment, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin kif xieraq: |
|
5.4.1.1. |
Il-funzjoni AEBS għandha tiġi attivata mill-ġdid b’mod awtomatiku mal-bidu ta’ kull startjar ġdid tal-magna (jew ċiklu ta’ tħaddim, skont kif rilevanti).
Dan ir-rekwiżit ma japplikax meta l-istartjar il-ġdid tal-magna (jew ċiklu ta’ tħaddim, skont kif rilevanti) jitwettaq b’mod awtomatiku, eż. it-tħaddim ta’ sistema ta’ tifi u startjar. |
|
5.4.1.2. |
Il-kontroll tal-AEBS għandu jkun iddisinjat b’tali mod li d-diżattivazzjoni manwali ma tkunx possibbli b’inqas minn żewġ azzjonijiet intenzjonati. |
|
5.4.1.3. |
Il-kontroll tal-AEBS għandu jkun installat b’tali mod li jkun konformi mar-rekwiżiti rilevanti u mad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament Nru 121 tan-NU jew ta’ kwalunkwe serje ta’ emendi li tinħareġ aktar tard. |
|
5.4.1.4. |
Ma għandux ikun possibbli li l-AEBS tiġi diżattivata manwalment f’veloċità ogħla minn 10 km/h. |
|
5.4.2. |
Meta l-vettura tkun mgħammra b’mezz għad-diżattivazzjoni awtomatika tal-funzjoni tal-AEBS, pereżempju f’sitwazzjonijiet bħall-użu off-road, waqt l-irmunkar, waqt it-tħaddim fuq dinamometru, waqt it-tħaddim f’impjant tal-ħasil, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin kif xieraq: |
|
5.4.2.1. |
Fiż-żmien tal-approvazzjoni tat-tip, il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi lis-servizz tekniku b’lista ta’ sitwazzjonijiet u kriterji korrispondenti meta l-funzjoni tal-AEBS tiġi diżattivata awtomatikament, u din għandha tinhemeż mar-rapport tat-test. |
|
5.4.2.2. |
Il-funzjoni tal-AEBS għandha tiġi attivata mill-ġdid awtomatikament hekk kif il-kundizzjonijiet li wasslu għad-diżattivazzjoni awtomatika ma jibqgħux preżenti. |
|
5.4.2.3. |
Meta d-diżattivazzjoni awtomatika tal-funzjoni tal-AEBS isseħħ minħabba li s-sewwieq jitfi l-funzjoni tal-ESC tal-vettura b’mod manwali, din id-diżattivazzjoni tal-AEBS għandha teħtieġ mill-inqas żewġ azzjonijiet intenzjonati mis-sewwieq. |
|
5.4.3. |
Sinjal ottiku ta’ twissija kostanti għandu jinforma lis-sewwieq li l-funzjoni AEBS tkun ġiet diżattivata. Is-sinjal ta’ twissija isfar speċifikat fil-paragrafu 5.5.4. ta’ hawn taħt jista’ jintuża għal dan l-għan. |
|
5.4.4. |
Filwaqt li l-funzjonijiet ta’ sewqan awtomatizzat ikunu f’kontroll lonġitudinali tal-vettura (eż. l-ALKS hija attiva), il-funzjoni tal-AEBS tista’ tiġi sospiża jew l-istrateġiji ta’ kontroll tagħha (jiġifieri t-domanda tal-ibbrejkjar, il-ħin għat-twissija) jistgħu jiġu adattati mingħajr indikazzjoni lis-sewwieq, sakemm jibqa’ jiġi żgurat li l-vettura tipprovdi mill-inqas l-istess kapaċitajiet għall-evitar tal-ħbit bħall-funzjoni tal-AEBS matul it-tħaddim manwali. |
|
5.5. |
Indikazzjoni ta’ twissija |
|
5.5.1. |
It-twissija ta’ ħbit imsemmija fil-paragrafi 5.2.1.1., 5.2.2.1. u 5.2.3.1. għandha tiġi pprovduta b’mill-inqas żewġ modalitajiet magħżula bejn dik akustika, tattili jew ottika. |
|
5.5.2. |
Deskrizzjoni tal-indikazzjoni tat-twissija u s-sekwenza li fiha jiġu ppreżentati s-sinjali tat-twissija ta’ ħbit lis-sewwieq għandhom jingħataw mill-manifattur tal-vettura fiż-żmien tal-approvazzjoni tat-tip u jiġu rreġistrati fir-rapport tat-test. |
|
5.5.3. |
Meta jintuża mezz ottiku bħala parti mit-twissija ta’ ħbit, is-sinjal ottiku jista’ jkun it-teptip tas-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara kif speċifikat fil-paragrafu 5.5.4. |
|
5.5.4. |
It-twissija ta’ ħsara msemmija fil-paragrafu 5.1.4.1. għandha tikkonsisti minn sinjal ottiku ta’ twissija isfar kostanti. |
|
5.5.5. |
Kull sinjal ottiku ta’ twissija tal-AEBS għandu jiġi attivat meta s-swiċċ tal-ignixin (startjar) jinxtegħel għall-pożizzjoni “on” (tħaddim) jew meta s-swiċċ tal-ignixin (startjar) ikun f’pożizzjoni bejn “on” (tħaddim) u “startjar”, li tkun deżinjata mill-manifattur bħala pożizzjoni ta’ kontroll (sistema inizjali (power-on)). Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal sinjali ta’ twissija murija fi spazju komuni. |
|
5.5.6. |
Is-sinjali ottiċi ta’ twissija għandhom ikunu viżibbli, anki matul il-ġurnata; il-kundizzjoni sodisfaċenti tas-sinjali trid tkun verifikabbli faċilment mis-sewwieq meta jkun fis-sit tiegħu. |
|
5.5.7. |
Meta s-sewwieq jingħata sinjal ta’ twissija ottiku biex jindika li l-AEBS temporanjament mhix disponibbli, pereżempju minħabba kundizzjonijiet tat-temp ħżiena, is-sinjal għandu jkun kostanti. Is-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara speċifikat fil-paragrafu 5.5.4. ta’ hawn fuq jista’ jintuża għal dan l-għan. |
|
5.6. |
Dispożizzjonijiet għall-Ispezzjoni Teknika Perjodika |
|
5.6.1. |
Waqt Spezzjoni Teknika Perjodika għandu jkun possibbli li wieħed jikkonferma l-istatus ta’ tħaddim korrett tal-AEBS permezz ta’ osservazzjoni viżiva tal-istatus tas-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara, wara “power-ON” u kwalunkwe kontroll tal-bozza.
Fil-każ li s-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara jkun fi spazju komuni, dan l-ispazju komuni jrid ikun osservat li jkun funzjonali qabel ma jsir il-kontroll tal-istatus tas-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara. |
|
5.6.2. |
Fiż-żmien tal-approvazzjoni tat-tip għandu jiġi deskritt b’mod kunfidenzjali l-mezz ta’ protezzjoni kontra modifika sempliċi mhux awtorizzata tat-tħaddim tas-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara magħżul mill-manifattur.
Min-naħa l-oħra, dan ir-rekwiżit ta’ protezzjoni jiġi ssodisfat meta jkun disponibbli mezz sekondarju għall-kontroll tal-istatus ta’ tħaddim korrett tal-AEBS. |
6. Proċedura tat-test
|
6.1. |
Kundizzjonijiet tat-test |
|
6.1.1. |
Superfiċe tat-test |
|
6.1.1.1. |
It-test għandu jitwettaq fuq triq ċatta u xotta tal-konkrit jew tal-asfalt, li tagħti adeżjoni tajba. |
|
6.1.1.2. |
Is-superfiċe tat-test għandu jkollha inklinazzjoni konsistenti bejn orizzontali (0 %) u 1 %. |
|
6.1.2. |
It-temperatura tal-ambjent għandha tkun bejn 0 °C u 45 °C. |
|
6.1.3. |
Il-firxa ta’ viżibbiltà orizzontali għandha tippermetti li l-bersall ikun osservat matul it-test kollu. |
|
6.1.4. |
It-testijiet għandhom jitwettqu meta ma jkunx hemm riħ li jista’ jaffettwa r-riżultati. |
|
6.1.5. |
L-illuminazzjoni ambjentali naturali trid tkun omoġenja fiż-żona tat-test u ta’ aktar minn 1 000 lux fil-każ ta’ xenarju bejn karozza u karozza kif stipulat fil-paragrafu 5.2.1. u ta’ 2 000 lux fil-każ ta’ xenarju bejn karozza u persuna bil-mixi kif stipulat fil-paragrafu 5.2.2. u ta’ 2 000 lux fil-każ ta’ xenarju bejn karozza u rota kif stipulat fil-paragrafu 5.2.3. Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-ittestjar ma jsirx waqt is-sewqan lejn ix-xemx jew lil hinn minnha f’angolu baxx. |
|
6.1.6. |
Fuq talba tal-manifattur u bi qbil mas-Servizz Tekniku, it-testijiet jistgħu jitwettqu f’kundizzjonijiet tat-test li jiddevjaw (kundizzjonijiet subottimali, eż. fuq superfiċe mhux xotta; taħt it-temperatura ambjentali minima speċifikata), filwaqt li r-rekwiżiti tal-prestazzjoni għandhom jiġu ssodisfati xorta waħda. |
|
6.2. |
Kundizzjonijiet tal-Vettura |
|
6.2.1. |
Massa tat-test
Il-vettura għandha tiġi ttestjata:
Id-distribuzzjoni tat-tagħbija għandha tkun skont ir-rakkomandazzjoni tal-manifattur u għandha tkun annessa mar-rapport tat-test. Ma għandha ssir l-ebda bidla ladarba tkun inbdiet il-proċedura tat-test. Matul is-serje ta’ ċikli tat-test, il-livell tal-fjuwil jista’ jonqos iżda qatt ma għandu jinżel taħt il-50 fil-mija. |
|
6.2.2. |
Kundizzjonament Qabel it-Test |
|
6.2.2.1. |
Jekk mitlub mill-manifattur tal-vettura:
|
|
6.2.2.2. |
Id-dettalji tal-istrateġija tal-kundizzjonament qabel it-test mitlub mill-manifattur tal-vettura għandhom jiġu identifikati u rreġistrati fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura. |
|
6.2.3. |
It-tajers immuntati għandhom jiġu identifikati u rreġistrati fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. |
|
6.2.4. |
Il-vettura tista’ tkun mgħammra b’tagħmir protettiv li ma jaffettwax ir-riżultati tat-testijiet. |
|
6.3. |
Bersalli tat-Test |
|
6.3.1. |
Il-bersall użat għat-testijiet tad-detezzjoni tal-vettura għandu jkun karozza tal-passiġġieri regolari ta’ produzzjoni ta’ serje ta’ volum għoli tal-Kategorija M1, jew inkella “bersall artab” li jirrappreżenta vettura tal-passiġġieri f’termini tal-karatteristiċi tal-identifikazzjoni tagħha applikabbli għas-sistema tas-sensuri tal-AEBS li tkun qed tiġi ttestjata skont ISO 19206-3:2021. Il-punt ta’ referenza għall-post fejn tinsab il-vettura għandu jkun il-punt li jinsab l-aktar wara fuq il-linja ċentrali tal-vettura. |
|
6.3.2. |
Il-bersall użat għat-testijiet ta’ detezzjoni tal-persuni bil-mixi għandu jkun “bersall artab artikolat” li jirrappreżenta tifel u għandu jkun rappreżentattiv tal-attributi umani applikabbli għas-sistema tas-sensuri tal-AEBS li tkun qed tiġi ttestjata skont ISO 19206-2:2018. |
|
6.3.3. |
Il-bersalli użati għat-testijiet tad-detezzjoni tar-roti għandhom ikunu “bersalli rotob” u għandhom ikunu rappreżentattivi tar-rota b’attributi ta’ ċiklist adult applikabbli għas-sistema tas-sensuri tal-AEBS li tkun qed tiġi ttestjata skont ISO 19206-4:2020. |
|
6.3.4. |
Dettalji li jippermettu li l-bersall jew bersalli jiġu identifikati u riprodotti speċifikament għandhom jiġu rreġistrati fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura. |
|
6.4. |
Test tat-Twissija u l-Attivazzjoni b’Bersall fil-Forma ta’ Vettura Stazzjonarja
Il-vettura tat-test għandha tersaq lejn il-bersall stazzjonarju f’linja dritta għal mill-anqas żewġ sekondi qabel il-parti funzjonali tat-test ma’ vettura tat-test li jkollha bersall ’l barra mil-linja ċentrali ta’ mhux aktar minn 0,2 m. It-testijiet għandhom jitwettqu b’vettura li tivvjaġġa b’veloċitajiet murija fit-tabelli ta’ hawn taħt għall-Kategoriji M1 u N1 rispettivament. Jekk ikun ġustifikat, is-servizz tekniku jista’ jittestja kwalunkwe veloċità oħra elenkata fit-tabelli fil-paragrafu 5.2.1.4. u fil-medda ta’ veloċità preskritta kif definit fil-paragrafu 5.2.1.3. Veloċità tat-test tal-vettura tat-test għall-kategorija M1 f’xenarju ta’ bersall stazzjonarju
Veloċità tat-test tal-vettura tat-test għall-kategorija N1 f’xenarju ta’ bersall stazzjonarju
Il-parti funzjonali tat-test għandha tibda kif ġej:
It-tolleranzi għandhom jiġu rispettati bejn il-bidu tal-parti funzjonali tat-test u l-intervent tas-sistema. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
6.5. |
Test tat-Twissija u l-Attivazzjoni b’Bersall fil-Forma ta’ Vettura Miexja
Il-vettura tat-test u l-bersall li jiċċaqlaq għandhom jivvjaġġaw f’linja dritta, fl-istess direzzjoni, għal mill-inqas żewġ sekondi qabel il-parti funzjonali tat-test, b’vettura tat-test li jkollha bersall ’l barra mil-linja ċentrali ta’ mhux aktar minn 0,2 m. It-testijiet għandhom jitwettqu b’vettura li tivvjaġġa bil-veloċitajiet murija fit-tabelli ta’ hawn taħt għall-kategoriji M1 u N1 rispettivament u b’bersall li jkun qed jivvjaġġa b’veloċità ta’ 20 km/h (b’tolleranza ta’ +0/-2 km/h għall-vetturi bersall). Jekk ikun ġustifikat, is-Servizz Tekniku jista’ jittestja kwalunkwe veloċitajiet oħra għall-vettura tat-test u għall-vettura bersall fil-medda ta’ veloċità kif definit fil-paragrafu 5.2.1.3. Veloċità tat-test tal-vettura tat-test għall-kategorija M1 f’xenarju ta’ bersall li jiċċaqlaq
Il-veloċità tat-test tal-vettura tat-test għall-kategorija N1 f’xenarju ta’ bersall li jiċċaqlaq
Il-parti funzjonali tat-test għandha tibda kif ġej:
It-tolleranzi għandhom jiġu rispettati bejn il-bidu tal-parti funzjonali tat-test u l-intervent tas-sistema. |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
6.6. |
Test tat-Twissija u l-Attivazzjoni b’Bersall fil-forma ta’ persuna bil-mixi |
|
6.6.1. |
Il-vettura tat-test għandha tersaq lejn il-punt tal-impatt mal-bersall fil-forma ta’ persuna bil-mixi f’linja dritta għal mill-anqas żewġ sekondi qabel il-parti funzjonali tat-test, b’vettura tat-test li jkollha punt tal-impatt ’l barra mil-linja ċentrali antiċipat ta’ mhux aktar minn 0,1 m.
Il-parti funzjonali tat-test għandha tibda kif ġej:
It-tolleranzi għandhom jiġu rispettati bejn il-bidu tal-parti funzjonali tat-test u l-intervent tas-sistema. Il-bersall fil-forma ta’ persuna bil-mixi għandu jivvjaġġa f’linja dritta perpendikolari mad-direzzjoni tal-ivvjaġġar tal-vettura tat-test b’veloċità kostanti ta’ 5 km/h ± 0,2 km/h, u dan ma għandux jibda qabel tkun bdiet il-parti funzjonali tat-test. Il-pożizzjonament tal-bersall fil-forma ta’ persuna bil-mixi għandu jkun ikkoordinat mal-vettura tat-test b’tali mod li l-punt tal-impatt tal-bersall fil-forma ta’ persuna bil-mixi fuq in-naħa ta’ quddiem tal-vettura tat-test ikun fuq il-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura tat-test. b’tolleranza ta’ mhux aktar minn 0,1 m jekk il-vettura tat-test iżżomm il-veloċità preskritta tat-test matul il-parti funzjonali tat-test u ma tibbrejkjax. It-testijiet għandhom jitwettqu b’vettura li tivvjaġġa b’veloċitajiet murija fit-tabelli ta’ hawn taħt għall-kategoriji M1 u N1 rispettivament. Jekk ikun ġustifikat, is-Servizz Tekniku jista’ jittestja kwalunkwe veloċità oħra elenkata fit-tabella fil-paragrafu 5.2.2.4. u fil-medda ta’ veloċità preskritta kif definit fil-paragrafu 5.2.2.3. Veloċità tat-test tal-vettura tat-test għall-kategorija M1 f’xenarju ta’ bersall fil-forma ta’ persuna bil-mixi
Il-veloċità tat-test tal-vettura tat-test għall-kategorija N1 f’xenarju ta’ bersall fil-forma ta’ persuna bil-mixi
It-test preskritt hawn fuq għandu jitwettaq b’“bersall artab”, kif definit fil-paragrafu 6.3.2., li jirrappreżenta tifel bil-mixi. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
6.6.2. |
Il-valutazzjoni tal-veloċità tal-impatt għandha tissejjes fuq il-punt ta’ kuntatt proprja bejn il-bersall u l-vettura, filwaqt li titqies il-forma tal-vettura mingħajr tagħmir protettiv addizzjonali kif permess skont il-paragrafu 6.2.4. |
|
6.7. |
Test tat-Twissija u l-Attivazzjoni b’Bersall fil-Forma ta’ Rota |
|
6.7.1. |
Il-vettura tat-test għandha tersaq lejn il-punt tal-impatt mal-bersall fil-forma ta’ rota f’linja dritta għal mill-anqas żewġ sekondi qabel il-parti funzjonali tat-test, b’vettura tat-test li jkollha punt tal-impatt ’l barra mil-linja ċentrali antiċipat mal-krankxaft tar-rota ta’ mhux aktar minn 0,1 m.
Il-parti funzjonali tat-test għandha tibda meta l-vettura tat-test tkun qed tivvjaġġa b’veloċità kostanti u tkun f’distanza li tikkorrispondi għal TTC ta’ mill-inqas 4 sekondi mill-punt tal-ħbit. Il-bersall fil-forma ta’ rota għandu jivvjaġġa f’linja dritta perpendikulari mad-direzzjoni tal-ivvjaġġar tal-vettura tat-test b’veloċità kostanti ta’ 15 km/h +0/-1 km/h, u dan ma għandux jibda qabel tkun bdiet il-parti funzjonali tat-test. Matul il-fażi ta’ aċċellerazzjoni tar-rota qabel il-parti funzjonali tat-test, il-bersall fil-forma ta’ rota għandu jiġi ostakolat. Il-pożizzjonament tal-bersall fil-forma ta’ rota għandu jkun ikkoordinat mal-vettura tat-test b’tali mod li l-punt tal-impatt tal-bersall fil-forma ta’ rota fuq in-naħa ta’ quddiem tal-vettura tat-test ikun fuq il-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura tat-test, b’tolleranza ta’ mhux aktar minn 0,1 m jekk il-vettura tat-test iżżomm il-veloċità preskritta tat-test matul il-parti funzjonali tat-test u ma tibbrejkjax. It-testijiet għandhom jitwettqu b’vettura li tivvjaġġa b’veloċitajiet murija fit-tabelli ta’ hawn taħt għall-Kategoriji M1 u N1 rispettivament. Jekk ikun ġustifikat, is-Servizz Tekniku jista’ jittestja kwalunkwe veloċità oħra elenkata fit-tabella fil-paragrafu 5.2.3.4. u fil-medda ta’ veloċità preskritta kif definit fil-paragrafu 5.2.3.3. Veloċità tat-test tal-vettura tat-test għall-kategorija M1 f’xenarju ta’ bersall fil-forma ta’ rota
Veloċità tat-test tal-vettura tat-test għall-kategorija N1 f’xenarju ta’ bersall fil-forma ta’ rota
Il-parti funzjonali tat-test għandha tibda kif ġej:
It-tolleranzi għandhom jiġu rispettati bejn il-bidu tal-parti funzjonali tat-test u l-intervent tas-sistema. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
6.7.2. |
Il-valutazzjoni tal-veloċità tal-impatt għandha tissejjes fuq il-punt ta’ kuntatt proprja bejn il-bersall u l-vettura, filwaqt li titqies il-forma tal-vettura. |
|
6.8. |
Test ta’ Detezzjoni ta’ Ħsara |
|
6.8.1. |
Agħmel simulazzjoni ta’ ħsara elettrika, pereżempju billi tneħħi s-sors tal-enerġija ta’ kwalunkwe komponent tal-AEBS jew billi tneħħi kull konnessjoni elettrika bejn il-komponenti tal-AEBS. Meta ssir simulazzjoni ta’ ħsara tal-AEBS, la l-konnessjonijiet elettriċi għas-sinjal ta’ twissija tas-sewwieq li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 5.5.4. ta’ hawn fuq u lanqas il-kontroll ta’ diżattivazzjoni manwali fakultattiv tal-AEBS li hemm referenza għalih fil-paragrafu 5.4.1. ma għandhomx ikunu skonnettjati. |
|
6.8.2. |
Is-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara li ssir referenza għalih fil-paragrafu 5.5.4. ta’ hawn fuq għandu jkun attivat u jibqa’ attivat mhux aktar tard minn 10 sekondi wara li l-vettura tkun instaqet b’veloċità akbar minn 10 km/h u jerġa’ jiġi attivat mill-ġdid immedjatament wara ċiklu ta’ ignixin “off” ignixin “on” bil-vettura stazzjonarja sakemm tibqa’ teżisti l-ħsara simulata. |
|
6.9. |
Test tad-Diżattivazzjoni |
|
6.9.1. |
Għal vetturi mgħammra b’mezzi ta’ diżattivazzjoni manwali tal-AEBS, dawwar is-swiċċ tal-ignixin (startjar) lejn il-pożizzjoni “on” (tħaddim) u ddiżattiva l-AEBS. Is-sinjal ta’ twissija msemmi fil-paragrafu 5.4.3. ta’ hawn fuq għandu jkun attivat. Dawwar is-swiċċ tal-ignixin (startjar) lejn il-pożizzjoni “off”. Għal darb’oħra, dawwar is-swiċċ tal-ignixin (startjar) lejn il-pożizzjoni “on” (tħaddim) u vverifika li s-sinjal ta’ twissija li kien attivat qabel mhux attivat mill-ġdid, li jindika li l-AEBS tkun reġgħet ġiet attivata kif speċifikat fil-paragrafu 5.4.1. ta’ hawn fuq. Jekk is-sistema tal-ignixin hija attivata permezz ta’ “ċavetta”, ir-rekwiżit ta’ hawn fuq għandu jiġi ssodisfat mingħajr ma titneħħa ċ-ċavetta. |
|
6.10. |
Robustezza tas-sistema |
|
6.10.1. |
Kwalunkwe wieħed mix-xenarji tat-test ta’ hawn fuq, fejn xenarju jiddeskrivi konfigurazzjoni tat-test waħda b’veloċità tal-vettura tat-test f’kundizzjoni waħda ta’ tagħbija ta’ kategorija waħda (xenarji bejn karozza u karozza, xenarji bejn karozza u persuna bil-mixi, xenarji bejn karozza u rota), għandu jitwettaq darbtejn. Jekk wieħed miż-żewġ ċikli tat-test ma jirnexxilux jissodisfa l-prestazzjoni meħtieġa, it-test jista’ jerġa’ jsir darba. Xenarju tat-test għandu jitqies li għadda jekk il-prestazzjoni meħtieġa tiġi ssodisfata f’żewġ ċikli tat-test. L-għadd ta’ ċikli tat-test li ma jirnexxux f’kategorija waħda ma għandux jaqbeż:
|
|
6.10.2. |
Il-kawża ewlenija ta’ kwalunkwe ċiklu tat-test li ma jirnexxix għandha tiġi analizzata flimkien mas-Servizz Tekniku u għandha tinhemeż mar-rapport tat-test. Jekk il-kawża ewlenija ma tkunx tista’ tiġi konnessa ma’ devjazzjoni fil-konfigurazzjoni tat-test, is-servizz tekniku jista’ jittestja kwalunkwe veloċitajiet oħra fil-medda ta’ veloċità kif definit fil-paragrafi 5.2.1.3., 5.2.1.4., 5.2.2.3., 5.2.2.4., 5.2.3.3. jew 5.2.3.4., skont kif rilevanti. |
|
6.10.3. |
Waqt il-valutazzjoni skont l-Anness 3, il-manifattur għandu juri, permezz ta’ dokumentazzjoni xierqa, li s-sistema hija kapaċi tipprovdi l-prestazzjonijiet meħtieġa b’mod affidabbli. |
7. Modifika tat-tip ta’ vettura u estensjoni tal-approvazzjoni
|
7.1. |
Kull modifika tat-tip ta’ vettura kif definit fil-paragrafu 2.4. ta’ hawn fuq għandha tiġi notifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta’ vettura. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad tista’ jew: |
|
7.1.1. |
Tqis li l-modifiki li saru ma għandhomx effett avvers fuq il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-approvazzjoni, u tagħti estensjoni tal-approvazzjoni; |
|
7.1.2. |
Tqis li l-modifiki li saru jaffettwaw il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-approvazzjoni, u titlob li jsiru testijiet jew kontrolli addizzjonali qabel ma tagħti estensjoni tal-approvazzjoni. |
|
7.2. |
Il-konferma jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni, li tispeċifika t-tibdiliet, għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-proċedura indikata fil-paragrafu 4.3. ta’ hawn fuq. |
|
7.3. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tinforma lill-Partijiet Kontraenti l-oħra dwar l-estensjoni permezz tal-formola ta’ komunikazzjoni li tidher fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. Għandha tassenja numru tas-serje lil kull estensjoni, li jkun magħruf bħala n-numru tal-estensjoni. |
8. Konformità tal-produzzjoni
|
8.1. |
Il-proċeduri li jikkonċernaw il-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Iskeda 1 tal-Ftehim tal-1958 (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin: |
|
8.2. |
Kull vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun immanifatturata b’tali mod li tikkonforma mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5. ta’ hawn fuq; |
|
8.3. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-konformità tal-mezzi ta’ kontroll li huma applikabbli għal kull unità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn. |
9. Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni
|
9.1. |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward tat-tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 8, ta’ hawn fuq ma jiġux rispettati. |
|
9.2. |
Jekk Parti Kontraenti tirtira l-approvazzjoni li kienet tat qabel, għandha minnufih tavża b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li jkunu qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
10. Produzzjoni mwaqqfa għalkollox
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf b’mod permanenti mill-manifattura tat-tip ta’ vettura approvat f’konformità ma’ dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni, li min-naħa tagħha għandha tinnotifika minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim li jkunu qed japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.
11. Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip
Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim, li japplikaw dan ir-Regolament, għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti (10) l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni.
12. Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
|
12.1. |
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali applikabbli għas-serje ta’ emendi 01 |
|
12.1.1. |
Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat bis-serje ta’ emendi 01. |
|
12.1.2. |
Mill-1 ta’ Mejju 2024, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip skont il-verżjoni oriġinali ta’ dan ir-Regolament, maħruġa għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Mejju 2024. |
|
12.1.3. |
Sal-1 ta’ Mejju 2026, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip skont il-verżjoni oriġinali ta’ dan ir-Regolament, maħruġa għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Mejju 2024. |
|
12.1.4. |
Mill-1 ta’ Mejju 2026, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip maħruġa skont il-verżjoni oriġinali ta’ dan ir-Regolament. |
|
12.1.5. |
Minkejja l-paragrafu 12.1.4., il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettaw l-approvazzjonijiet tat-tip maħruġa skont il-verżjoni oriġinali ta’ dan ir-Regolament, għal vetturi li mhumiex affettwati mill-bidliet imdaħħla permezz tas-Serje ta’ emendi 01. |
|
12.2. |
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali applikabbli għas-serje ta’ emendi 02 |
|
12.2.1. |
Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat bis-serje ta’ emendi 02. |
|
12.2.2. |
Mill-1 ta’ Mejju 2024, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip għas-serje preċedenti ta’ emendi ta’ dan ir-Regolament, maħruġa għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Mejju 2024. |
|
12.2.3. |
Sal-1 ta’ Lulju 2026, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip skont is-serje preċedenti ta’ emendi ta’ dan ir-Regolament, maħruġa għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Mejju 2024. |
|
12.2.4. |
Mill-1 ta’ Lulju 2026, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip maħruġa għas-serje preċedenti ta’ dan ir-Regolament. |
|
12.2.5. |
Minkejja l-paragrafu 12.2.4., il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip maħruġa skont is-serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament, għal vetturi li ma humiex affettwati mill-bidliet introdotti bis-serje ta’ emendi 02 (jiġifieri approvazzjonijiet rigward karozza u karozza u/jew karozza u persuna bil-mixi mhumiex affettwati minn din is-serje 02 ġdida). |
|
12.3. |
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali ġenerali: |
|
12.3.1. |
Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jagħtu approvazzjonijiet tat-tip skont kwalunkwe serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament jew estensjoni tiegħu. |
|
12.3.2. |
Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu estensjonijiet għall-approvazzjonijiet eżistenti għal kwalunkwe serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament. |
(1) Kif definiti fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, il-para. 2 - https://unece.org/transport/standards/transport/vehicle-regulations-wp29/resolutions.
(2) Dan ir-Regolament joffri wkoll sett alternattiv ta’ rekwiżiti għall-vetturi tal-Kategorija M2, u għal dawk tal-Kategoriji M3/N2 b’piż massimu ta’ 8 tunnellati jew inqas, mgħammra bi bbrejkjar idrawliku, għal dawk li jinsabu fir-Regolament tan-NU Nru 131.
Għall-vetturi deskritti hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw kemm ir-Regolament tan-NU Nru 131 kif ukoll dan ir-Regolament jagħrfu l-approvazzjonijiet skont kull regolament bħala validi indaqs.
(3) In-numri distintivi tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, Anness 3 - https://unece.org/transport/standards/transport/vehicle-regulations-wp29/resolutions.
(4) Għall-veloċitajiet relattivi bejn il-valuri elenkati (eż. 53 km/h), għandha tapplika l-veloċità tal-impatt relattiva massima (jiġifieri 30/30 km/h) assenjata għall-veloċità relattiva ogħla li jmiss (jiġifieri 55 km/h).
Għal mases ogħla mill-massa f’kundizzjoni ta’ sewqan, għandha tapplika l-veloċità tal-impatt relattiva massima assenjata għall-massa massima.
(5) Għall-veloċitajiet relattivi bejn il-valuri elenkati (eż. 53 km/h), għandha tapplika l-veloċità tal-impatt relattiva massima (jiġifieri 35/30 km/h) assenjata għall-veloċità relattiva ogħla li jmiss (jiġifieri 55 km/h).
Għal mases ogħla mill-massa f’kundizzjoni ta’ sewqan, għandha tapplika l-veloċità tal-impatt relattiva massima assenjata għall-massa massima.
(6) Għall-veloċitajiet relattivi bejn il-valuri elenkati (eż. 53 km/h), għandha tapplika l-veloċità tal-impatt relattiva massima (jiġifieri 30/30 km/h) assenjata għall-veloċità relattiva ogħla li jmiss (jiġifieri 55 km/h).
Għal mases ogħla mill-massa f’kundizzjoni ta’ sewqan, għandha tapplika l-veloċità tal-impatt relattiva massima assenjata għall-massa massima.
(7) Għall-veloċitajiet tal-vettura tat-test bejn il-valuri elenkati (eż. 53 km/h), għandha tapplika l-veloċità tal-impatt massima (jiġifieri 35/30 km/h) assenjata għall-veloċità tal-vettura tat-test ogħla li jmiss (jiġifieri 55 km/h).
Għal mases ogħla mill-massa f’kundizzjoni ta’ sewqan, għandha tapplika l-veloċità tal-impatt relattiva massima assenjata għall-massa massima.
(8) Għall-veloċitajiet tal-vettura tat-test bejn il-valuri elenkati (eż. 53 km/h), għandha tapplika l-veloċità tal-impatt relattiva massima (jiġifieri 35/35 km/h) assenjata għall-veloċità tal-vettura tat-test ogħla li jmiss (jiġifieri 55 km/h).
Għal mases ogħla mill-massa f’kundizzjoni ta’ sewqan, għandha tapplika l-veloċità tal-impatt relattiva massima assenjata għall-massa massima.
(9) Għall-veloċitajiet tal-vettura tat-test bejn il-valuri elenkati (eż. 53 km/h), għandha tapplika l-veloċità tal-impatt relattiva massima (jiġifieri 40/35 km/h) assenjata għall-veloċità tal-vettura tat-test ogħla li jmiss (jiġifieri 55 km/h).
Għal mases ogħla mill-massa f’kundizzjoni ta’ sewqan, għandha tapplika l-veloċità tal-impatt relattiva massima assenjata għall-massa massima.
(10) Is-segretarjat tan-NU/KEE jipprovdi l-pjattaforma online (“/343 Application”) għall-iskambju ta’ informazzjoni ta’ dan it-tip mas-segretarjat: https://www.unece.org/trans/main/wp29/datasharing.html.
ANNESS 1
Komunikazzjoni
(Format massimu: A4 (210 × 297 mm)
|
|
maħruġa minn: |
(Isem l-amministrazzjoni) … … … |
|
dwar (2): |
Approvazzjoni mogħtija Approvazzjoni estiża Approvazzjoni rifjutata Approvazzjoni rtirata Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
ta’ tip ta’ vettura fir-rigward ta’ sistema avvanzata għal ibbrejkjar f’emerġenza skont ir-Regolament Nru 152 tan-NU
Nru tal-Approvazzjoni: …
|
1. |
Trademark: … |
|
2. |
Tip u isem/ismijiet kummerċjali: … |
|
3. |
Isem u indirizz tal-manifattur: … |
|
4. |
Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: … |
|
5. |
Deskrizzjoni qasira tal-vettura: … |
|
6. |
Data li fiha l-vettura tressqet għall-approvazzjoni: … |
|
7. |
Servizz Tekniku li wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni: … |
|
8. |
Data tar-rapport maħruġ minn dak is-Servizz: … |
|
9. |
Numru tar-rapport maħruġ minn dak is-Servizz: … |
|
10. |
Approvazzjoni |
|
10.1. |
għal xenarju bejn karozza u karozza mogħtija/rifjutata/estiża/irtirata:2 |
|
10.2. |
għal xenarju bejn karozza u persuna bil-mixi mogħtija/rifjutata/estiża/irtirata:2 |
|
10.3. |
għal xenarju bejn karozza u rota mogħtija/rifjutata/estiża/irtirata:2 |
|
11. |
Post: … |
|
12. |
Data: … |
|
13. |
Firma: … |
|
14. |
Annessi ma’ din il-komunikazzjoni hemm id-dokumenti li ġejjin, li għandhom fuqhom in-numru tal-approvazzjoni indikat iktar ’il fuq: … |
|
15. |
Rimarki: … |
(1) Numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet ta’ approvazzjoni fir-Regolament).
(2) Ingassa dak li ma japplikax.
ANNESS 2
Tqassim tal-marki tal-approvazzjoni
(ara l-paragrafi 4.4. sa 4.4.2. ta’ dan ir-Regolament)
a = minimu ta’ 8 mm
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat ġie approvat fil-Belġju (E 6) fir-rigward tas-Sistemi Avvanzati għal Ibbrejkjar f’Emerġenza (AEBS) skont ir-Regolament Nru 152 tan-NU (marka b’C għal xenarji bejn karozza u karozza. B’P għal xenarji bejn karozza u persuna bil-mixi. B’B għal xenarji bejn karozza u rota). L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 152 kif emendat bis-serje ta’ emendi 02.
ANNESS 3
Rekwiżiti speċjali li għandhom jiġu applikati għall-aspetti tas-sikurezza tas-sistemi ta’ kontroll elettroniku
1. Punti ġenerali
Dan l-anness jiddefinixxi r-rekwiżiti speċjali għad-dokumentazzjoni, għall-istrateġija tal-ħsarat u għall-verifika fir-rigward tal-aspetti tas-sikurezza ta’ Sistemi Kumplessi ta’ Kontroll Elettroniku tal-Vettura (il-paragrafu 2.4. ta’ hawn taħt) safejn huwa kkonċernat dan ir-Regolament.
Dan l-anness għandu japplika wkoll għal funzjonijiet relatati mas-sikurezza identifikati f’dan ir-Regolament li huma kkontrollati minn sistema elettronika/sistemi elettroniċi (paragrafu 2.3.) safejn huwa kkonċernat dan ir-Regolament.
Dan l-Anness ma jispeċifikax il-kriterji tal-prestazzjoni għas-“Sistema” iżda jkopri l-metodoloġija applikata għall-proċess tad-disinn u għall-informazzjoni li trid tiġi żvelata lis-Servizz Tekniku, għal finijiet tal-approvazzjoni tat-tip.
Din l-informazzjoni għandha turi li “Is-Sistema” tirrispetta, taħt kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ ħsara u ta’ ħsara, ir-rekwiżiti kollha ta’ prestazzjoni xierqa speċifikati band’oħra f’dan ir-Regolament u li hija mfassla biex topera b’tali mod li ma twassalx għal riskji kritiċi ta’ sikurezza.
2. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness,
|
2.1. |
“Is-Sistema” tfisser sistema ta’ kontroll elettroniku jew sistema kumplessa ta’ kontroll elettroniku li tipprovdi jew tifforma parti mit-trażmissjoni ta’ kontroll ta’ funzjoni li għaliha japplika dan ir-Regolament. Dan jinkludi wkoll kwalunkwe sistema oħra koperta fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll links ta’ trażmissjoni lejn jew minn sistemi oħra li huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li jaġixxi fuq funzjoni li għaliha japplika dan ir-Regolament.” |
|
2.2. |
“Kunċett ta’ sikurezza” huwa deskrizzjoni tal-miżuri ddisinjati fis-sistema, pereżempju fl-unitajiet elettroniċi, sabiex tiġi indirizzata l-integrità tas-sistema u b’hekk ikun żgurat tħaddim sikur sew taħt kundizzjonijiet ta’ ħsara kif ukoll ta’ mingħajr ħsara, inkluż fil-każ ta’ ħsara elettrika. Il-possibbiltà li l-vettura taqleb għal tħaddim parzjali jew saħansitra għal sistema ta’ appoġġ għall-funzjonijiet vitali tal-vettura tista’ tkun parti mill-kunċett ta’ sikurezza. |
|
2.3. |
“Sistema ta’ Kontroll Elettroniku” tfisser kombinament ta’ unitajiet, iddisinjati biex jikkooperaw fil-produzzjoni tal-funzjoni ddikjarata tal-kontroll tal-vettura bl-ipproċessar elettroniku tad-data. Sistemi bħal dawn, ta’ spiss ikkontrollati minn software, jinbnew minn komponenti funzjonali distinti bħal sensuri, unitajiet ta’ kontroll elettroniċi u attwaturi u huma konnessi b’links ta’ trażmissjoni. Jistgħu jinkludu elementi mekkaniċi, elettropnewmatiċi jew elettroidrawliċi. |
|
2.4. |
“Sistemi Kumplessi ta’ Kontroll Elettroniku tal-Vettura” huma dawk is-sistemi ta’ kontroll elettroniku fejn funzjoni kkontrollata permezz ta’ sistema elettronika jew mis-sewwieq tista’ tiġi annullata minn sistema/funzjoni ta’ livell ogħla ta’ kontroll elettroniku. Funzjoni li tiġi annullata ssir parti mis-sistema kumplessa, kif isir għal kwalunkwe sistema/funzjoni li tieħu preċedenza fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-links ta’ trażmissjoni lejn u minn sistemi/funzjoni ta’ annullament barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu inklużi wkoll. |
|
2.5. |
Sistemi/funzjonijiet ta’ “Kontroll Elettroniku ta’ Livell Ogħla” huma dawk li jużaw dispożizzjonijiet addizzjonali ta’ pproċessar u/jew ta’ perċezzjoni biex jimmodifikaw l-imġiba tal-vettura billi jikkmandaw varjazzjonijiet fil-funzjoni(jiet) tas-sistema ta’ kontroll ta’ vettura. Dan jippermetti li sistemi kumplessi ibiddlu l-objettivi tagħhom awtomatikament bi prijorità li tiddependi fuq iċ-ċirkostanzi pperċepiti. |
|
2.6. |
“Unitajiet” huma l-iżgħar diviżjonijiet tal-komponenti ta’ sistema li se jitqiesu f’dan l-Anness, minħabba li dawn il-kombinamenti ta’ komponenti se jiġu ttrattati bħala entitajiet singoli għal finijiet ta’ identifikazzjoni, analiżi jew sostituzzjoni. |
|
2.7. |
“Links ta’ trażmissjoni” huma l-mezzi li jintużaw biex jiġu interkonnessi l-unitajiet distribwiti sabiex jitwasslu sinjali, data operattiva jew provvista tal-enerġija. Ġeneralment, dan it-tagħmir ikun elettriku iżda jista’ jagħti l-każ li jkun parzjalment mekkaniku, pnewmatiku jew idrawliku. |
|
2.8. |
“Medda ta’ kontroll” tirreferi għall-varjabbli tal-output u tiddefinixxi l-medda li fuqha s-sistema x’aktarx li teżerċita kontroll. |
|
2.9. |
“Konfini ta’ ħidma funzjonali” tiddefinixxi l-konfini tal-limiti fiżiċi esterni li fihom is-sistema tista’ żżomm kontroll. |
|
2.10. |
“Funzjoni Relatata mas-Sikurezza” tfisser funzjoni tas-“Sistema” li kapaċi tibdel l-imġiba dinamika tal-vettura. “Is-Sistema” tista’ tkun kapaċi twettaq aktar minn funzjoni waħda relatata mas-sikurezza. |
3. Dokumentazzjoni
|
3.1. |
Rekwiżiti
Il-manifattur għandu jipprovdi pakkett ta’ dokumentazzjoni li jagħti aċċess għad-disinn bażiku tas-“Sistema” u l-mezzi li bihom hija konnessa ma’ sistemi oħrajn tal-vettura jew li permezz tagħhom tikkontrolla direttament il-varjabbli tal-output. Għandha tiġi spjegata l-funzjoni/għandhom jiġu spjegati l-funzjonijiet tas-“Sistema” u l-kunċett ta’ sikurezza, kif stabbiliti mill-manifattur. Id-dokumentazzjoni għandha tkun qasira, iżda għandha tipprovdi evidenza li d-disinn u l-iżvilupp kellhom il-benefiċċju ta’ għarfien espert mill-oqsma kollha tas-sistema li huma involuti. Għal spezzjonijiet tekniċi perjodiċi, id-dokumentazzjoni għandha tiddeskrivi kif jista’ jiġi vverifikat l-istatus operattiv attwali tas-“Sistema”. Is-Servizz Tekniku għandu jevalwa l-pakkett ta’ dokumentazzjoni biex juri li “Is-Sistema”:
|
|
3.1.1. |
Id-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli f’żewġ partijiet:
|
|
3.2. |
Deskrizzjoni tal-funzjonijiet tas-“Sistema”
Għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni li tagħti spjegazzjoni sempliċi tal-funzjonijiet kollha ta’ kontroll tas-“Sistema” u tal-metodi li ntużaw sabiex jintlaħqu l-objettivi, inkluża dikjarazzjoni tal-mekkaniżmu/i li permezz tiegħu/tagħhom jiġi eżerċitat il-kontroll. Kwalunkwe funzjoni deskritta li tista’ tiġi annullata għandha tiġi identifikata, filwaqt li għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni ulterjuri tal-motivazzjoni mibdula tal-operat tal-funzjoni. |
|
3.2.1. |
Għandha tkun ipprovduta lista tal-varjabbli kollha tal-input u dawk rilevati minn sors u għandha tiġi ddefinita l-firxa ta’ ħidma tagħhom. |
|
3.2.2. |
Għandha tkun ipprovduta lista tal-varjabbli tar-riżultati kollha li jiġu kkontrollati mis-“Sistema” u, f’kull każ, għandha tingħata indikazzjoni ta’ jekk il-kontroll huwiex dirett jew permezz ta’ sistema ta’ vettura oħra. Għandha tiġi definita l-firxa ta’ kontroll (il-paragrafu 2.8.) eżerċitata fuq kull varjabbli bħal dan. |
|
3.2.3. |
Meta jkun xieraq għall-prestazzjoni tas-sistema, għandhom jiġu ddikjarati l-limiti li jiddefinixxu l-konfini tal-ħidma funzjonali (il-paragrafu 2.9.). |
|
3.3. |
L-arranġament u l-iskematika tas-sistema |
|
3.3.1. |
Inventarju tal-komponenti.
Għandha tkun ipprovduta lista li tiġbor flimkien l-unitajiet kollha tas-“Sistema” u li ssemmi s-sistemi l-oħrajn tal-vettura li huma meħtieġa sabiex tinkiseb il-funzjoni ta’ kontroll ikkonċernata. Għandha tkun ipprovduta dijagramma skematika ġenerali li turi dawn l-unitajiet f’kombinament fejn kemm id-distribuzzjoni tat-tagħmir kif ukoll l-interkonnessjonijiet għandhom jiġu ċċarati. |
|
3.3.2. |
Il-funzjonijiet tal-unitajiet
Il-funzjoni ta’ kull unità tas-“Sistema” għandha tiġi deskritta fil-qosor u għandhom jintwerew is-sinjali li jikkonnettjawha ma’ unitajiet oħrajn jew ma’ sistemi oħrajn tal-vettura. Dan jista’ jkun ipprovdut permezz ta’ dijagramma bi blokki dettaljata jew dijagramma skematika oħra, jew b’deskrizzjoni megħjuna minn dijagramma bħal din. |
|
3.3.3. |
Interkonnessjonijiet
L-interkonnessjonijiet fi ħdan “Is-Sistema” għandhom jintwerew permezz ta’ dijagramma taċ-ċirkwiti għal-links elettriċi ta’ trażmissjoni, dijagramma tal-pajpijiet għat-tagħmir ta’ trażmissjoni pnewmatika jew idrawlika u permezz ta’ arranġament dijagrammatiku simplifikat għat-trażmissjoni mekkanika. Il-links ta’ trażmissjoni kemm lejn kif ukoll minn sistemi oħra għandhom jintwerew ukoll. |
|
3.3.4. |
Il-fluss tas-sinjali, data operattiva u l-prijoritajiet
Għandu jkun hemm korrispondenza ċara bejn dawn il-links tat-trażmissjoni u s-sinjali u/jew data operattiva trażmessi bejn l-unitajiet. Il-prijoritajiet tas-sinjali u/jew data operattiva fuq mogħdijiet multiplessati tad-data għandhom jiġu ddikjarati kull fejn il-prijorità tista’ tkun kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni jew is-sikurezza sa fejn ikun ikkonċernat dan ir-Regolament. |
|
3.3.5. |
Identifikazzjoni tal-unitajiet
Kull unità għandha tkun identifikabbli b’mod ċar u mhux ambigwu (eż. b’immarkar għall-hardware u b’immarkar jew b’output tas-software għall-kontenut tas-software) biex tkun ipprovduta assoċjazzjoni korrispondenti tal-hardware u tad-dokumentazzjoni. Meta l-funzjonijiet jiġu kkombinati f’unità waħda jew tabilħaqq f’kompjuter wieħed, iżda jintwerew fi blokki multipli fid-dijagramma bi blokki għal finijiet ta’ ċarezza u ta’ faċilità ta’ spjegazzjoni, għandu jintuża biss immarkar wieħed għall-identifikazzjoni tal-hardware. Bl-użu ta’ din l-identifikazzjoni, il-manifattur għandu jafferma li t-tagħmir ipprovdut huwa konformi mad-dokument korrispondenti. |
|
3.3.5.1. |
L-identifikazzjoni tiddefinixxi l-verżjoni tal-hardware u tas-software u, fejn tal-aħħar jinbidel b’tali mod li jbiddel il-funzjoni tal-unità safejn huwa kkonċernat dan ir-Regolament, din l-identifikazzjoni għandha titbiddel ukoll. |
|
3.4. |
Il-kunċett ta’ sikurezza tal-manifattur |
|
3.4.1. |
Il-Manifattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni li tafferma li l-istrateġija magħżula biex jintlaħqu l-objettivi tas-“Sistema”, f’kundizzjonijiet ta’ mingħajr ħsara mhux se jippreġudikaw it-tħaddim sikur tal-vettura. |
|
3.4.2. |
Fir-rigward tas-software użat fis-“Sistema”, għandha tiġi spjegata l-arkitettura ġenerali u għandhom jiġu identifikati l-metodi u l-għodod tad-disinn li ntużaw. Il-manifattur għandu juri evidenza tal-mezzi li bihom iddetermina r-realizzazzjoni tal-loġika tas-sistema, matul il-proċess tad-disinn u tal-iżvilupp. |
|
3.4.3. |
Il-Manifattur għandu jipprovdi lis-Servizzi Tekniku bi spjegazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-disinn integrati fis-“Sistema” sabiex jiġi ġġenerat tħaddim sikur f’kundizzjonijiet ta’ ħsara. Kriterji tad-disinn possibbli għal ħsara fis-“Sistema” pereżempju huma:
Fil-każ ta’ ħsara, is-sewwieq għandu jiġi mwissi, pereżempju b’sinjal ta’ twissija jew billi jintwera messaġġ. Meta s-sistema ma tkunx diżattivata mis-sewwieq, eż. billi s-swiċċ tal-ignixin (tħaddim) jitqiegħed fuq “off”, jew billi dik il-funzjoni partikolari tintefa’ jekk ikun ipprovdut swiċċ speċjali għal dak il-fini, it-twissija għandha tkun preżenti sakemm tippersisti l-kundizzjoni ta’ ħsara. |
|
3.4.3.1. |
Jekk, f’ċerti kundizzjonijiet ta’ ħsara, il-provvista magħżula tagħżel modalità ta’ prestazzjoni parzjali, allura dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu ddikjarati u l-limiti tal-effikaċja li jirriżultaw għandhom jiġu definiti. |
|
3.4.3.2. |
Jekk il-provvista magħżula tagħżel mezz sekondarju (ta’ appoġġ) biex twettaq l-objettiv tas-sistema ta’ kontroll tal-vettura, il-prinċipji tal-mekkaniżmu tal-bdil, il-loġika u l-livell tat-tagħmir addizzjonali li jaħdem f’każ ta’ ħsara u kwalunkwe karatteristika ta’ kontroll integrata ta’ appoġġ għandhom jiġu spjegati u l-limiti tal-effikaċja ta’ appoġġ li jirriżultaw għandhom jiġu definiti. |
|
3.4.3.3. |
Jekk il-kriterju tad-disinn magħżul jagħżel it-tneħħija tal-Funzjoni ta’ Livell Ogħla, is-sinjali ta’ kontroll tal-output korrispondenti assoċjati ma’ din il-funzjoni għandhom jiġu inibiti, u b’tali mod li jiġi limitat id-disturb ta’ tranżizzjoni. |
|
3.4.4. |
Id-dokumentazzjoni għandha tkun appoġġata minn analiżi li turi, f’termini ġenerali, kif iġġib ruħha s-sistema meta sseħħ kwalunkwe waħda mill-perikli jew ħsarat li jkollha effett fuq il-prestazzjoni jew fuq is-sikurezza tal-kontroll tal-vettura.
Il-metodu/i analitiku/analitiċi magħżul(a) għandu/għandhom jiġi/u stabbilit(i) u miżmum(a) mill-manifattur u għandu/għandhom ikun(u) disponibbli għal spezzjoni mis-Servizz Tekniku fiż-żmien tal-approvazzjoni tat-tip. Is-Servizz Tekniku għandu jwettaq valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-approċċ(i) analitiku/analitiċi. L-awditu għandu jinkludi:
Il-valutazzjoni għandha tikkonsisti minn verifiki ta’ perikli u ħsarat magħżula mis-Servizz Tekniku biex jiġi stabbilit li l-ispjegazzjoni tal-manifattur dwar il-kunċett ta’ sikurezza tinftiehem, hija loġika u li l-pjanijiet ta’ validazzjoni huma xierqa u twettqu. Is-Servizz Tekniku jista ’jwettaq jew jista’ jeħtieġ li jwettaq testijiet kif speċifikat fil-paragrafu 4. biex jivverifika l-kunċett ta’ sikurezza. |
|
3.4.4.1. |
Din id-dokumentazzjoni għandha telenka wieħed wieħed il-parametri li qed jiġu mmonitorjati u għandha tistabbilixxi, għal kull kundizzjoni ta’ ħsara tat-tip iddefinit fil-paragrafu 3.4.4. ta’ dan l-Anness, is-sinjal ta’ twissija li għandu jingħata lis-sewwieq u/jew lill-persunal tas-servizz/tal-ispezzjoni teknika. |
|
3.4.4.2. |
Din id-dokumentazzjoni għandha tiddeskrivi l-miżuri fis-seħħ biex tiżgura li s-“Sistema” ma tippreġudikax it-tħaddim sikur tal-vettura meta l-prestazzjoni tas-“Sistema” tkun affettwata minn kundizzjonijiet ambjentali, eż il-klima, it-temperatura, id-dħul tat-trab, id-dħul tal-ilma, l-ippakkjar tas-silġ. |
4. Verifika u ttestjar
|
4.1. |
Il-tħaddim funzjonali tas-“Sistema”, kif ġie stabbilit fid-dokumenti meħtieġa fil-paragrafu 3., għandu jiġi ttestjat kif ġej: |
|
4.1.1. |
Verifika tal-funzjoni tas-“Sistema”
Is-Servizz Tekniku għandu jivverifika s-“Sistema” taħt kundizzjonijiet ta’ mingħajr ħsara billi jittestja numru ta’ funzjonijiet magħżula minn dawk iddikjarati mill-manifattur fil-paragrafu 3.2. ta’ hawn fuq. Għal sistemi elettroniċi kumplessi, dawn it-testijiet għandhom jinkludu xenarji li bihom funzjoni ddikjarata tiġi annullata. |
|
4.1.2. |
Il-verifika tal-kunċett ta’ sikurezza tal-paragrafu 3.4.
Ir-reazzjoni tas-“Sistema” għandha tiġi vverifikata taħt kundizzjoni ta’ ħsara fi kwalunkwe unità individwali bl-applikazzjoni ta’ sinjali ta’ output li jikkorrispondu għal unitajiet elettriċi jew għal elementi mekkaniċi sabiex jiġu simulati l-effetti ta’ ħsarat interni fl-unità. Is-Servizz Tekniku għandu jagħmel dan il-kontroll għal mill-inqas unità individwali waħda, iżda ma għandux jivverifika r-reazzjoni tas-“Sistema” għal fallimenti simultanji multipli ta’ unitajiet individwali. Is-Servizz Tekniku għandu jivverifika li dawn it-testijiet jinkludu aspetti li jista’ jkollhom impatt fuq il-kontrollabbiltà tal-vettura u l-informazzjoni tal-utent (aspetti tal-HMI).” |
|
4.1.2.1. |
Ir-riżultati tal-verifika għandhom jikkorrispondu mas-sommarju ddokumentat tal-analiżi tal-ħsarat, sa livell ta’ effett kumplessiv b’mod li jiġi kkonfermat li l-kunċett u l-eżekuzzjoni tas-sikurezza jkunu xierqa. |
5. Rappurtar mis-Servizz Tekniku
Ir-rappurtar tal-valutazzjoni mis-Servizz Tekniku għandu jsir b’tali mod li jippermetti t-traċċabbiltà, eż. verżjonijiet tad-dokumenti spezzjonati huma kodifikati u elenkati fir-reġistri tas-Servizz Tekniku.
Eżempju ta’ tqassim possibbli għall-formula ta’ valutazzjoni mis-Servizz Tekniku lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jinsab fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.
Anness 3 - Appendiċi 1
Mudell ta’ formola ta’ valutazzjoni għal sistemi elettroniċi
In-Nru tar-rapport tat-test: …
1.
Identifikazzjoni
1.1.
Għamla tal-vettura: …
1.2.
Tip: …
1.3.
Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura: …
1.4.
Post fejn tinsab il-marka: …
1.5.
Isem u indirizz tal-manifattur: …
1.6.
Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: …
1.7.
Pakkett ta’ dokumentazzjoni formali tal-manifattur:Nru tar-referenzi tad-dokumentazzjoni: …
Data tal-ħruġ oriġinali: …
Data tal-aħħar aġġornament: …
2.
Deskrizzjoni tas-sistema/i tal-vettura/i tat-test
2.1.
Deskrizzjoni ġenerali: …
2.2.
Deskrizzjoni tal-funzjonijiet ta’ kontroll kollha tas-“Sistema”, u metodi ta’ operazzjoni: …
2.3.
Deskrizzjoni tal-komponenti u d-dijagrammi tal-interkonnessjonijiet fi ħdan is-“Sistema”: …
3.
Kunċett ta’ sikurezza tal-manifattur
3.1.
Deskrizzjoni tal-fluss tas-sinjali u tad-data operattiva u l-prijoritajiet tagħhom: …
3.2.
Dikjarazzjoni tal-manifattur:Il-manifattur(i) … jafferma(w) li l-istrateġija magħżula biex jintlaħqu l-objettivi tas-“Sistema”, f’kundizzjonijiet ta’ mingħajr ħsara, mhux se tippreġudika t-tħaddim sikur tal-vettura.
3.3.
L-arkitettura ġenerali tas-software u l-metodi u l-għodod tad-disinn użati: …
3.4.
Spjegazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-disinn integrati fis-“Sistema” taħt kundizzjonijiet ta’ ħsara: …
3.5.
Analiżijiet dokumentati tal-imġiba tas-“Sistema” taħt kundizzjonijiet ta’ periklu jew ta’ ħsara individwali: …
3.6.
Deskrizzjoni tal-miżuri fis-seħħ għall-kundizzjonijiet ambjentali: …
3.7.
Dispożizzjonijiet għall-ispezzjoni teknika perjodika tas-“Sistema”: …
3.8.
Riżultati tat-test ta’ verifika tas-“Sistema”, skont il-para. 4.1.1. tal-Anness 3 tar-Regolament Nru 152 tan-NU: …
3.9.
Riżultati tat-test ta’ verifika tal-kunċett ta’ sikurezza, skont il-para. 4.1.2. tal-Anness 3 tar-Regolament Nru 152 tan-NU: …
3.10.
Data tat-test: …
3.11.
Dan it-test twettaq u r-riżultati ġew irrapportati f’konformità ma’ … tar-Regolament Nru 152 tan-NU kif emendat l-aħħar bis-serje ta’ emendi …Is-Servizz Tekniku (1) li wettaq it-test
|
Firma: … |
Data: … |
3.12.
Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip1|
Firma: … |
Data: … |
3.13.
Kummenti: …
(1) Trid tiġi ffirmata minn persuni differenti anki meta s-Servizz Tekniku u l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip ikunu l-istess jew inkella, tinħareġ awtorizzazzjoni separata tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip mar-rapport.
Anness 3 - Appendiċi 2
Xenarji ta’ reazzjoni falza
Ix-xenarji li ġejjin għandhom jintużaw biex jiġu vvalutati l-istrateġiji tas-sistema implimentati sabiex tiġi minimizzata l-ġenerazzjoni ta’ reazzjonijiet foloz. Il-manifattur tal-vettura għandu jispjega, għal kull tip ta’ xenarju, l-istrateġiji prinċipali implimentati biex tiġi żgurata s-sikurezza.
Il-manifattur għandu jipprovdi evidenza (eż. riżultati ta’ simulazzjonijiet, data tat-test fid-dinja reali, data tat-test tal-korsa) tal-imġiba tas-sistema fit-tipi ta’ xenarji deskritti. Il-parametri deskritti fis-subparagrafu 2 ta’ kull xenarju għandhom jintużaw bħala gwida jekk is-Servizz Tekniku jqis li hemm bżonn li ssir dimostrazzjoni tax-xenarju.
|
(a) |
Definizzjoni ta’ proporzjon ta’ trikkib bejn il-vettura tat-test u l-vettura relatata Il-proporzjon ta’ trikkib bejn il-vettura tat-test u l-vettura relatata jiġi kkalkulat bil-formula li ġejja. Roverlap = Loverlap / Wvehicle * 100 Meta:
|
|
(b) |
Definizzjoni tal-proporzjon ta’ spustar bejn il-vettura tat-test u l-oġġett stazzjonarju Il-proporzjon ta’ spustar bejn il-vettura tat-test u l-oġġett stazzjonarju huwa kkalkulat bil-formula li ġejja. Roffset = Loffset / (0,5*Wvehicle) * 100
|
Xenarju 1
Dawrien lejn ix-xellug jew dawrien lejn il-lemin fl-intersezzjoni
|
1.1. |
F’dan ix-xenarju, il-vettura tat-test tgħaddi minn dawra lejn ix-xellug jew dawra lejn il-lemin quddiem vettura li tkun ġejja mid-direzzjoni opposta li titwaqqaf biex iddur lejn ix-xellug jew lejn il-lemin f’intersezzjoni. |
|
1.2. |
Eżempju tax-xenarju ta’ dettall:
Il-vettura tat-test tinstaq b’veloċità ta’ 30 km/h (b’tolleranza ta’ +0/-2 km/h) lejn l-intersezzjoni, u tiddeċellera billi tibbrejkja għal veloċità ta’ mhux inqas minn 16 km/h f’punt fejn il-vettura tat-test tibda ddur lejn ix-xellug/il-lemin, u l-Ħin sal-ħbit (TTC) mal-vettura li tkun ġejja mid-direzzjoni opposta ma jkunx aktar minn 2.8 sekondi. Meta l-vettura tat-test iddur fuq ix-xellug jew il-lemin fl-intersezzjoni, il-veloċità titnaqqas għal mhux inqas minn 10 km/h, u mbagħad il-vettura ssuq b’veloċità kostanti. It-TTC mal-vettura li tkun ġejja mid-direzzjoni opposta ma jkunx aktar minn 1,7 sekondi meta l-proporzjon ta’ trikkib bejn il-vettura tat-test u l-vettura li tkun ġejja mid-direzzjoni opposta jsir 0 fil-mija. |
Illustrazzjoni 1
Dawrien lejn ix-xellug jew dawrien lejn il-lemin fl-intersezzjoni
(A) Sewqan fuq in-naħa tal-lemin tat-triq
(B) Sewqan fuq in-naħa tax-xellug tat-triq
Xenarju 2
Dawrien lejn il-lemin jew dawrien lejn ix-xellug ta’ vettura miexja ’l quddiem
|
2.1. |
F’dan ix-xenarju, il-vettura tat-test issegwi vettura miexja ’l quddiem. Wara dan, il-vettura miexja ’l quddiem iddur lejn il-lemin jew lejn ix-xellug ma’ kantuniera, u l-vettura tat-test tkompli sejra dritt. |
|
2.2. |
Eżempju tax-xenarju ta’ dettall:
Kemm il-vettura miexja ’l quddiem kif ukoll il-vettura tat-test isuqu b’veloċità ta’ 40 km/h (b’tolleranza ta’ +0/-2 km/h) fit-triq dritta. Il-vettura miexja ’l quddiem tiddeċellera billi tibbrejkja għal veloċità ta’ 10 km/h (b’tolleranza ta’ +0/-2 km/h) sabiex iddur lejn il-lemin jew lejn ix-xellug mal-kantuniera, u l-vettura tat-test tiddeċellera wkoll billi tibbrejkja biex iżżomm distanza xierqa mill-vettura ta’ quddiem. Meta l-vettura ta’ quddiem tibda ddur lejn il-lemin jew lejn ix-xellug, il-veloċità tal-vettura tat-test ma tkunx inqas minn 26 km/h u t-TTC mal-vettura ta’ quddiem ma jkunx aktar minn 4,7 sekondi. Wara dan, il-vettura tat-test tiddeċellera għal veloċità ta’ mhux inqas minn 20 km/h, u mbagħad issuq b’veloċità kostanti. It-TTC mal-vettura li tkun miexja ’l quddiem ma jkunx aktar minn 2,5 sekondi meta l-proporzjon ta’ trikkib bejn il-vettura tat-test u l-vettura li tkun miexja ’l quddiem isir 0 fil-mija. |
Illustrazzjoni 2
Dawrien lejn il-lemin jew dawrien lejn ix-xellug ta’ vettura miexja ’l quddiem
(A) Sewqan fuq in-naħa tal-lemin tat-triq
(B) Sewqan fuq in-naħa tax-xellug tat-triq
Xenarju 3
Triq b’kurva b’pajpijiet ta’ lqugħ u b’oġġett stazzjonarju
|
3.1. |
F’dan ix-xenarju, il-vettura tat-test issuq fi triq b’kurva b’raġġ żgħir li fiha l-pajpijiet ta’ lqugħ huma installati fuq in-naħa ta’ barra, u vettura stazzjonarja (kategorija M1), bersall stazzjonarju fil-forma ta’ persuna bil-mixi jew bersall stazzjonarju fil-forma ta’ rota jitqiegħdu eżatt barra mill-pajpijiet ta’ lqugħ u fuq l-estensjoni taċ-ċentru tal-karreġġata. |
|
3.2. |
Eżempju tax-xenarju ta’ dettall:
Il-vettura tat-test issuq b’veloċità ta’ 30 km/h (b’tolleranza ta’ +0/-2 km/h) lejn il-kurva li r-raġġ tagħha mhuwiex aktar minn 25 m fuq in-naħa ta’ barra tat-triq, u tnaqqas il-veloċità permezz tal-ibbrejkjar għal veloċità ta’ mhux inqas minn 22 km/h f’punt fejn il-vettura tat-test tidħol fil-kurva. It-TTC mal-oġġett stazzjonarju ma jkunx aktar minn 1,6 sekondi meta l-vettura tat-test tibda ddur fil-kurva. Fil-kurva, il-vettura tat-test issuq fil-karreġġata ta’ barra miċ-ċentru tat-triq. Wara dan, il-vettura tat-test tkompli ddur fil-kurva b’veloċità kostanti ta’ mhux inqas minn 21 km/h. It-TTC mal-oġġett stazzjonarju ma jkunx aktar minn 1,1 sekondi meta l-proporzjon ta’ trikkib bejn il-vettura tat-test u l-vettura stazzjonarja jsir 0 fil-mija, jew meta l-proporzjon ta’ spustar bejn il-vettura tat-test u ċ-ċentru tal-bersall stazzjonarju fil-forma ta’ persuna bil-mixi jew il-bersall stazzjonarju fil-forma ta’ rota jsir -100 fil-mija. |
Illustrazzjoni 3
Triq b’kurva b’pajpijiet ta’ lqugħ u b’oġġett stazzjonarju
(A) Sewqan fuq in-naħa tal-lemin tat-triq
(B) Sewqan fuq in-naħa tax-xellug tat-triq
Xenarju 4
Tibdil tal-karreġġata minħabba kostruzzjoni fit-toroq
|
4.1. |
F’dan ix-xenarju, il-vettura tat-test tibdel il-karreġġata quddiem it-tabella li tkun ippożizzjonata fiċ-ċentru tal-karreġġata u tinnotifika lis-sewwieq li l-karreġġata tnaqqset. |
|
4.2. |
Eżempju tax-xenarju ta’ dettall:
Il-vettura tat-test issuq triq dritta b’veloċità ta’ 40 km/h (b’tolleranza ta’ +0/-2 km/h) u tibda ddawwar sabiex tibdel il-karreġġata quddiem it-tabella li tinnotifika t-tnaqqis tal-karreġġata. L-ebda vettura oħra ma tavviċina l-vettura tat-test. It-TTC mat-tabella ma jkunx aktar minn 4,2 sekondi meta l-vettura tat-test tibda ddawwar. Matul it-tibdil tal-karreġġata, il-veloċità tal-vettura tat-test tkun kostanti, u t-TTC mat-tabella ma jkunx aktar minn 3,3 sekondi meta l-proporzjon tal-ispustar bejn il-vettura tat-test u ċ-ċentru tat-tabella jsir -100 fil-mija. |
Illustrazzjoni 4
Tibdil tal-karreġġata minħabba kostruzzjoni fit-toroq
(A) Sewqan fuq in-naħa tal-lemin tat-triq
(B) Sewqan fuq in-naħa tax-xellug tat-triq
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2497/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)