52006PC0419




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 26.7.2006

KUMM(2006) 419 finali

2006/0139 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tagħti garanzija komunitarja lill-Bank Ewropew ta’ l- Investiment kontra it-telf minn self għal proġetti barra l-Komunità (l-Ewropa Ċentrali u dik tal-Lvant, il-pajjiżi Mediterranji, l-Amerika Latina u l-Asja u r-Repubblika ta’l-Afrika ta’ Isfel) (Verżjoni kkodifikata)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunita sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunita tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunita huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunita.

Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta hi li sseħħ il- kodifikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/24/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 li tagħti garanzija komunitarja lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment kontra it-telf minn self għal proġetti barra l-Komunità (l-Ewropa Ċentrali u dik tal-Lvant, il-pajjiżi Mediterranji, l-Amerika Latina u l-Asja u r-Repubblika ta’ l-Afrika ta’ Isfel)[3]. Id-Deċiżjoni l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Deċiżjoni 2000/24/KE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Publikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness II tad-Deċiżjoni kkodifikata.

ê 2000/24/KE (adattat)

2006/0139 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tagħti garanzija komunitarja lill-Bank Ewropew ta’ l- Investiment kontra it-telf minn self għal proġetti barra l-Komunità (l-Ewropa Ċentrali u dik tal-Lvant, il-pajjiżi Mediterranji, l-Amerika Latina u l-Asja u r-Repubblika ta’l-Afrika ta’ Isfel)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308Ö 181a Õ tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[5],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6],

Billi:

ê

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/24/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 li tagħti garanzija komunitarja lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment kontra it-telf minn self għal proġetti barra l-Komunità (l-Ewropa Ċentrali u dik tal-Lvant, il-pajjiżi Mediterranji, l-Amerika Latina u l-Asja u r-Repubblika ta’l-Afrika ta’ Isfel)[7] ġiet emendata kemm-il darba[8] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Deċiżjoni għandha tiġi kkodifikata.

ê 2000/24/KE Premessa 1

(2) Il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f’Madrid fil-15 u s-16 ta’ Diċembru 1995 ikkonfermat l-importanza tal-Bank Ewropew ta’ l-Investiment, hawn imsejjaħ “l-EIB”, bħala strument ta’ kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-Amerika Latina u talab lill-EIB biex jintensifika l-attività tiegħu fir-reġjun. Dawn il-proġetti għandhom ikunu ta’ interess kemm għall-Komunità kif ukoll għall-pajjiżi kkonċernati.

ê 2000/24/KE Premessa 2

(3) Il-Kunsill Ewropew li ltaqa’ f’Firenze fil-21 u t-22 ta’ Ġunju 1996 laqa’ r-riżultati tal-laqgħa għolja Asja-Ewropa, li kienet il-bidu ta’ kambjament fir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ kontinenti.

ê 2000/24/KE Premessa 3

(4) Il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f’Amsterdam fil-16 u s-17 ta’ Ġunju 1997 laqgħet il-konklużjonijiet adottati fit-Tieni Konferenza Ewro-Meditteranja, li saret fil-Belt Valletta, Malta, fil-15 u s-16 ta’ April 1997 u affermat mill-ġdid il-prinċipji u l-għanijiet miftiehma f’Barċellona fl-1995.

ê 2000/24/KE Premessa 4

(5) Il-Kunsill Ewropew meta ltaqa’ fil-Lussemburgu fit-12 u t-13 ta Diċembru 1997 ta’ bidu għall-proċess ta’ tkabbir mal-pajjiżi ta’l-Ewropa Ċentrali u dik tal-Lvant u ma’ Ċipru.

ê 2000/24/KE Premessa 5

(6) Il-Kunsill Ewropew meta ltaqa’ f’Cardiff fil-15 u s-16 ta’ Ġunju 1998 laqa’ l-sforzi li r-Repubblika ta’ l-Afrika tan-Nofsinhar kien qed tagħmel biex timmodernizza l-ekonomija tagħha u tintegraha fis-sistema kummerċjali dinjija.

ê 2000/24/KE Premessa 6

(7) L-EIB qed jissokta l-programmi tas-self li hemm bħalissa għall-Ewropa Ċentrali u dik tal-Lvant, ir-reġjun tal-Meditteran, l-Asja u l-Amerika Latina u r-Repubblika ta’ l-Afrika ta’ Isfel skond id-Deċiżjoni 97/256/KE[9], kif ukoll ukoll is-self irregolat mil-Protokoll fuq il-Kooperazzjoni Finanzjarja ma’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/348/KE[10].

ê 2000/24/KE Premessa 7

(8) Il-Kunsill stieden lill-EIB biex jibda operazzjonijiet fil-Bosnja u l-Ħerzegovina. Dawn l-operazzjonijiet jistgħu jitkomplew, bil-kondizzjoni li jsir rapport pożittiv kif stipulat fid-Deċiżjoni 98/729/KE[11].

ê 2000/24/KE Premessa 8

(9) Għalkemm il-Bosnja-Ħerzegovina u l-FYROM ġew inkluzi fir-reġjun ta’ l-Ewropa Ċentrali u dik tal-Lvant minn meta ġiet adottata d-Deċiżjoni 97/256/KE, l-isforz totali ta’ l-EIB biex jislef lill-pajjiżi applikanti f’dan ir-reġjun għandu jiżdied minħabba l-importanza tal-faċilità ta’ qabel l-adeżjoni li l-EIB jippjana li jifforma għall-self mill-EIB għal proġetti f’dawn il-pajjiżi mingħajr garanzija mingħajr garanzija mill-budget tal-Komunità jew mill-Istati Membri.

ê 2000/24/KE Premessa 9

(10) F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-EIB għandu jiżgura ruħu li s-self garantit tiegħu fil-mandat ta’ l-Ewropa Ċentrali u dik tal-Lvant se jiffinanzja proġetti partikolari f’dawk il-pajjiżi li għandhom anqas proġetti adattati għall-finanzjament mill-faċilità ta’ qabel l-adeżjoni jew proġetti f’pajjiżi mhux applikanti.

ê 2000/24/KE Premessa 10

(11) Il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u n-Nepal, bejn Komunità Ewropea u l-Lao PDR u bejn il-Komunità Ewropea u l-Jemen daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 1996, fl-1 ta’ Diċembru 1997 u fl-1 ta’ Lulju 1998 rispettivament. Il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Korea ta’ Isfel ġie ffirmat fit-28 ta’ Ottubru 1996. In-Nepal, il-Jemen, il-Lao PDR u l-Korea ta’ Isfel għandhom isiru benefiċjarji tal-fondi ta’ l-EIB taħt il- mandat ta’ l-EIB għall-Asja u l-Amerika Latina.

ê 2000/24/KE Premessa 11

(12) Hu approprjat li jsir ċertu titjib fil-programmi ta’ l-operazzjonijiet fir-rigward ta’ kemm dawn idumu u kemm ikopru pajjiżi. Huwa approprjat li jiġu aġġustati l-garanzija totali u l-porżjon tas-self li l-EIB jintalab biex ikopri r-riskju kummerċjali minn garanzija li ma jkunux sovrani.

ê 2000/24/KE Premessa 12

(13) Il-Kunsill qed jitlob lill-EIB biex ikompli bl-operazzjonijiet tiegħu b’appoġġ għal proġetti ta’ investiment li jkunu saru f’dawk il-pajjiżi billi joffrilu l-garanzija prevista fid-Deċiżjoni.

ê 2000/24/KE Premessa 13

(14) F’Ġunju 1996, il-Kummissjoni, bi qbil ma’ l-EIB, ippreżentat lill-Kunsill proposta għal sistema ġdida ta’ garanzija għas-self lil pajjiżi terzi mill-EIB.

ê 2000/24/KE Premessa 14 (adattat) u 2005/47/KE Premessa 5 (adattat)

(15) Fit-2 ta’ Diċembru 1996 il-Kunsill approva l-konklużjonijiet dwar arranġamenti ġodda għall-garanzija ta self mill-EIB lil pajjizi terzi, li skond dawn, l-approċ ta’ garanzija globali, mingħajr ma wieħed jiddistingwi bejn ir-reġjuni u l-proġetti, jiġi approvat u skema ta’ qsim ta’ riskju tiġi aċċettata. Taħt l-iskema ta’ qsim ta’ riskju l-EIB għandu jizgura ruħu minn garanziji adegwati mhux sovrani minn partijiet terzi għal riskji kummerċjali, billi f’dak il-każ garanzija fuq il-budget tkopri Ö il-garanzija tal-budget għandha tkopri Õ biss riskji politiċi li jinħolqu min flus mhux trasferibbli, esproprjazzjoni, gwerra jew rewwixta ċivili Ö disturb ċivili dawk li jirriżultaw minn ċaħda ta’ ġustizzja meta jkun hemm ksur ta’ ċerti kuntratti mill-gvern ta’ pajjiż terz jew minn awtoritajiet oħra Õ.

ê 2005/47/KE Premessa 6

(16) Taħt l-iskema tal-kondiviżjoni tar-riskju, l-EIB għandu jassigura riskji kummerċjali permezz ta’ garanziji non-sovrana ta’ parti terza jew permezz ta’ kwalunkwe titolu jew kollaterali oħra kif ukoll billi jserraħ fuq is-saħħa finanzjarja tad-debitur, skond il-kriterji tiegħu tas-soltu.

ê 2000/24/KE Premessa 15

(17) L-arranġamenti dwar il-garanzija m’għandhomx jeffettwaw ir-reputazzjoni eċċellenti fil-kreditu ta’ l-EIB.

ê 2000/24/KE Premessa 16

(18) Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1149/1999[12], irreveda l-ammont mira u r-rata ta’ proviġjonament għall-Fond tal-Garanzija tas-Self stabbilit bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2728/94[13].

ê 2005/47/KE Premessa 7

(19) Il-perspettiva finanzjarja għall-perijodu 2000 sa 2006 skond il-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-budget u t-titjib tal-proċedura tal-budget[14] jipprevedi limitu massimu għar-riserva tal-garanzija tas-self fil-budget Komunitarju ta’ EUR 200 miljun (bil-prezzijiet ta’ l-1999) per annum.

ê 2000/24/KE Premessa 18

(20) Il-finanzjament mill-EIB f’pajjiżi terzi eliġibbli għandu jiġi amministrat, skond il-kriterji u l-proċeduri tas-soltu ta’ l-EIB, li jinkludu miżuri approprijati ta’ kontoll, kif ukoll skond ir-regoli u l-proċeduri relevanti rigward il-Qorti ta’ l-Awdituri u OLAF, b’tali mod li jappoġa l-linji politiċi Komunitarji u biex ikabbar il-koordinazzjoni ma’ l-istrumenti finanzjarji l-oħra tal-Komunità. Hemm konsultazzjoni regolari bejn l-EIB u l-Kummissjoni biex tiżgura l- koordinazzjoni tal-prijoritajiet u l-attivitajiet f’dawn il-pajjiżi u biex tqis il-progress lejn il-kisba ta’ l-għanijiet politiċi relevanti tal-Komunità. It-twaqqif u r-reviżjoni kull tant żmien ta’ l-għanijiet ta’ l-operazzjoni u kemm dawn ikunu ntlaħqu huma r-responsabbiltà tal-Bord tad-Dirreturi ta’ l-EIB. Partikolarment, il-finanzjament ta’ l-EIB fil-pajjiżi kandidati għandu jirrefletti l-prijoritjiet fil-pattijiet ta’ l-adeżjoni bejn il-Komunitaà u dawk il-pajjiżi. B’ hekk it-trasparenza tas-self mill-EIB taħt din id-deċiżjoni għandha tikber sostanzjalment.

ê 2005/47/KE Premessa 8

(21) Koperazzjoni mill-qrib bejn l-EIB u l-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza u sinerġija mal-programmi ta’ koperazzjoni ġeografika ta’ l-Unjoni Ewropea u tiżgura li operazzjonijiet ta’ self ta’ l-EIB jikkumplimentaw u jsaħħu l-politika ta’ l-Unjoni Ewropea għal dawk ir-reġjuni.

ê 2000/24/KE Premessa 19

(22) Mid-data li fiha din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ, il-garanzija Komunitarja li tkopri l-faċilità speċjali tat-terremoti għat-Turkija taħt id-Deċiżjoni1999/786/KE[15] għandha tieħu l-forma ta’ estensjoni tal-garanzija globali taħt din id-Deċiżjoni.

ê 2000/24/KE Premessa 20

(23) L-EIB u l-Kummissjoni għandhom jadottaw il-proċeduri li jiggarantixxu l-garanzija msemmija,

ê 2000/24/KE

è1 2005/47/KE Art. 1 pt. 1(a)(i)

è2 2005/47/KE Art. 1 pt. 1(a)(ii)

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. è1 Il-Komunità għandha tagħti lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (EIB) garanzija globali fir-rigward tal-pagamenti kollha mhux riċevuti minnha fir-rigward ta’ krediti miftuħa, skond il-kriterji tagħha tas-soltu, u b’sostenn għall-għanijiet tal-politika Komunitarja esterna rilevanti, għal proġetti ta’ investiment imwettqa fil-Ġirien tax-Xlokk, il-pajjiżi Mediterranji, l-Amerika Latina u l-Asja u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel. ç

Din il-garanzija għandha tkun ristretta għal 65 % ta’ l-ammont aggregat tal-krediti miftuħa b’żjieda ta’ ammonti relatati. è2 Il-limitu massimu globali tal-krediti miftuħa għandu jkun ekwivalenti għal EUR 19 460 miljun, imqassma kif ġej: ç

ê 2005/47/KE Art. 1 pt. 1(a)(ii)

- Ġirien tax-Xlokk:

EUR 9 185 miljun,

- Pajjiżi mediterranji:

EUR 6 520 miljun,

- L-Amerika Latina u l-Asja:

EUR 2 480 miljun,

- Ir-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel:

EUR 825 miljun,

- Azzjoni speċjali li ssostni l-konsolidazzjoni u l-intensifikazzjoni ta’ l-Unjoni Doganali KE-Turkija:

EUR 450 miljun;

u jistgħu jintużaw sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2007. Għandu jittieħed kont tal-krediti diġà iffirmati bħala deduzzjoni mil-limiti massimi reġjonali.

ê 2000/24/KE (adattat)

Il-Kummissjoni għandha tirapporta fuq l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni mhux aktar tard mill-31 ta’Jannar 2004, jew Ö minn Õ sitt xhur qabel ma xi trattati ġodda ta’ l-adeżjoni jidħlu fis-seħħ, u tagħmel proposti għal emendi ta’ din id-Deċiżjoni kif approprjat. Il-Kunsill għandu jiddiskuti u jaġixxi fuq kwalunkwe proposta b’effett mill-1 ta’ Awissu 2004, jew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe trattat ġdid ta’ l-adeżjoni.

Jekk, malli jiskadi l-perjodu tas-self garantit fil-31 ta’ Jannar 2007, is-self mogħti mill-EIB ma jkunx laħaq l-ammonti globali msemmija fit-tieni paragrafu, dan il-perjodu għandu jiġi awtomatikament estiż b’sitt xhur.

2. Il-pajjiżi koperti mill-paragrafu 1 huma:

ê 2005/47/KE Art. 1 pt. 1(b)(i)

- Ġirien tax-Xlokk : l-Albanija, il-Bosnja u Ħerżegovina, il-Bulgarija, il-Kroazja, Dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Rumanija, is-Serbja u Montenegro, it-Turkija;

ê 2000/24/KE

è1 2006/174/KE Art. 1

- Il-pajjiżi tal-Mediterran : l-Alġerija, l-Eġittu, Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, is-Sirja, it-Tuneżija u x-Xatt tal-Punent ta’ Gaza;

- Amerika Latina : l-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċili, il-Kolombja, Kosta Rika, l-Ekwador, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messikou, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Paragwaj, il-Peru, l-Urugwaj u l-Veneżwela;

- Asja : Il-Bangladesh, il-Brunei, iċ-Ċina, l-Indja, l-Indoneżja, Laos, il-Makao, il-Malasja, è1 the Maldives, ç il-Mongolja, in-Nepal, il-Pakistan, il-Filippini, Singapor, il-Korea ta’ Isfel, Sri Lanka, it-Tajlandja, il-Vjetnam u l-Jemen;

- ir-Repubblika ta’ l-Afrika ta’ Isfel.

3. L-EIB qiegħed b’hekk jintalab li jimmira biex ikopri r-riskji ekonomiċi fuq 30 % tas-self tiegħu taħt din id-Deċiżjoni minn garanziji mhux sovrani safejn jista’ jkun fuq bażi ta’ mandat reġjonali individwali. Dan il-perċentwal għandu jikber meta jkun possibli safejn is-suq jippermetti.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ta’ kull sena dwar l-operazzjonijirt ta’ self u l-progress li jkun sar fuq il-qsim tar-riskju taħt l-Artikolu 1(3) u għandha, fl-istess waqt tressaq stima dwar l-operazzjoni ta’ l-iskema u dwar il-koordinazzjoni bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu joperaw fiż-żona. L-informazzjoni mressqa mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tinkludi stima tal-kontribuzzjoni tas-self taħt din id-Deċiżjoni biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika esterna releventi tal-Komunità, waqt li jitqiesu l-għanijiet operattivi u l-miżuri approprjati għall-kisba tagħhom li għandhom jiġu stabbiliti mill-EIB għas-self taħt din id-Deċiżjoni.

Għall-finijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu, l-EIB għandha tibgħat lill- Kummissjoni l-informazzjoni approprjata.

ê 2005/47/KE Art.1 pt. 2

Il-Kummissjoni għandha tirraporta dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sa mhux iżjed tard mill-31 ta’ Lulju 2006.

ê 2000/24/KE

Artikolu 3

L-EIB u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu t-termini li fuqhom għandha tingħata l-garanzija.

ê

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 2000/24/KE hi mħassra.

Referenzi għad-Deċiżjoni li ġiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala riferenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

ê 2000/24/KE

Artikolu 45

Din id-Deciżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data tal- fl-għoxrin jum wara l-publikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

é

ANNESS I

Deċiżjoni mħassra flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tagħha

Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/24/KE | (ĠU L 9, 13.1.2000, p. 24) |

Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/688/KE | (ĠU L 285, 10.11.2000, p. 20) |

Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/788/KE | (ĠU L 314, 14.12.2000, p. 27) |

Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/778/KE | (ĠU L 292, 9.11.2001, p. 43) |

Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/47/KE | (ĠU L 21, 25.1.2005, p. 9) |

Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/174/KE | (ĠU L 62, 3.3.2006, p. 26) |

_____________

ANNESS II

Tabella Ta ’ KORRELAZZJONI

Deċiżjoni 2000/24/KE | Din id-Deċiżjoni |

Artikoli 1, 2 u 3 | Artikoli 1, 2 u 3 |

- | Artikolu 4 |

Artikolu 4 | Artikolu 5 |

- | Anness I |

- | Anness II |

_____________

[1] KUMM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, KUMM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness I għal din il-proposta.

[5] ĠU C [...], [...], p. [...].

[6] ĠU C [...], [...], p. [...].

[7] ĠU L 9, 13.1.2000, p. 24. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/174/KE (ĠU L 62, 3.3.2006, p. 26).

[8] Ara l-Anness I.

[9] ĠU L 102, 19.4.1997, p. 33. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni Nru 98/729/KE (ĠU L 346, 22.12.1998, p. 54). mir-Regolament (KE) Nru 2666/2000 (ĠU L 306, 7.12.2000, p.1).

[10] ĠU L 155, 29.5.1998, p. 53.

[11] ĠU L 346, 22.12.1998, p. 54.

[12] ĠU L 139, 2.6.1999, p. 1.

[13] ĠU L 293, 12.11.1994, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2273/2004 (ĠU L 396, 31.12.2004, p.28).

[14] ĠU C 172, 18.6.1999, p. 1.

[15] ĠU L 308, 3.12.1999, p. 35.