<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-342/19 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0342</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:549">EU:C:2020:549</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Pikamäe – Kawża C‑342/19 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">De Masi u Varoufakis vs BĊE</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Pikamäe</HT></P><P>ippreżentati fid-<DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑342/19 P</HT></P><P>Fabio De Masi,</P><P>Yanis Varoufakis</P><P>vs</P><P>Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)</P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Aċċess għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)</KEYWORD><KEYWORD>Dokument relatat mal‑attività prinċipali tal-BĊE</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni 2004/258/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(2) u (3)</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut li jingħata l-aċċess għal dokument intiż għal użu intern</KEYWORD><KEYWORD>Rabta tad-dokument ma’ proċedura deċiżjonali pendenti jew magħluqa</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħhom, Fabio De Masi u Yanis Varoufakis jitolbu l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-<DATE ISO="20190312">12 ta’ Marzu 2019</DATE>, De Masi u Varoufakis vs BĊE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sentenza</NAME.CASE> <NO.CASE>T‑798/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:154">EU:T:2019:154</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, li permezz tagħha din ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal‑Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tas-<DATE ISO="20171016">16 ta’ Ottubru 2017</DATE> li rrifjutatilhom l-aċċess għal dokument tat-<DATE ISO="20150423">23 ta’ April 2015</DATE> intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Risposti għal domandi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 14.4 tal‑Protokoll dwar l‑Istatuti tas-SEBĊ u tal-BĊE<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>It-tilwim dwar l-aċċess għad-dokumenti miżmuma mill-BĊE wassal biss għal numru żgħir ħafna ta’ sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod differenti mit-tilwim ikkawżat mill-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2001<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l‑aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal‑Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3 p. 331).</P></NOTE>, u din il-kawża b’hekk tagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja l‑opportunità li tiċċara l-ġurisprudenza tagħha f’dan il-qasam speċifiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Skont it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, dawn il-konklużjonijiet ser ikunu iffokati fuq it-tielet aggravju tal-appell li jirrigwarda b’mod iktar partikolari l-interrelazzjoni tal-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess previsti fid-Deċiżjoni 2004/258/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-<DATE ISO="20040304">4 ta’ Marzu 2004</DATE> dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 5, p. 51), kif emendata permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2015/529 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-<DATE ISO="20150121">21 ta’ Jannar 2015</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Deċiżjoni 2004/258<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</P></NOTE> u l-portata ta’ din fir-rigward tad‑dokumenti intiżi għal użu intern fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal‑Artikolu 4(3) tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt primarju</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 TFUE jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex tiġi promossa t-tmexxija tajba u sabiex tiġi assigurata l‑parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta’ l-Unjoni għandhom iwettqu x-xogħol tagħhom b’mod kemm jista’ jkun miftuħ.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Parlament Ewropew, kif ukoll il-Kunsill meta jkun qiegħed jikkunsidra u jivvota dwar abbozz ta’ att leġislattiv, għandhom jiltaqgħu fil-pubbliku.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull ċittadin ta’ l-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li toqgħod jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru, għandha jkollha d-dritt għall-aċċess għal dokumenti ta’ l-istituzzjonijiet, il-korpi u l‑organi ta’ l-Unjoni, ikun xi jkun il-mezz tagħhom, suġġett għall‑prinċipji u l-kondizzjonijiet kif definiti skond dan il-paragrafu.</ALINEA><ALINEA>Il-prinċipji ġenerali u l-limiti għar-raġuni ta’ interess pubbliku jew privat li jirregolaw id-dritt ta’ l-aċċess għal dokumenti jiġu stabbiliti permezz ta’ regolamenti mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il‑proċedura leġislattiva ordinarja.</ALINEA><ALINEA>Kull istituzzjoni, korp jew organu għandu jassigura t-trasparenza tal‑ħidma tiegħu u jelabora fir-Regoli ta’ Proċedura tiegħu d‑dispożizzjonijiet speċifiċi rigward l-aċċess għad-dokumenti tiegħu, skond ir-regolamenti previst fit-tieni subparagrafu.</ALINEA><ALINEA>Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bank Ewropew ta’ l-Investiment għandhom ikunu suġġetti għal dan il‑paragrafu biss meta jeżerċitaw il-kompiti amministrattivi tagħhom.</ALINEA><ALINEA>Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jassiguraw il‑pubblikazzjoni tad-dokumenti dwar il-proċeduri leġislattivi skond il‑kondizzjonijiet previsti fir-Regolament imsemmi fit-tieni subparagrafu.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni 2004/258</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-premessi 1 sa 3 tad-Deċiżjoni 2004/258 huma redatti hekk:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>(1)</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 1 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiġbor fih il-kunċett tat-trasparenza, jiddikjara li t-Trattat jikkaratterizza pass ġdid fil-proċess tal-ħolqien ta’ Unjoni dejjem aktar qrib tal-popli ta’ l-Ewropa, li fiha d-deċiżjonijiet jittieħdu b’mod miftuħ kemm jista’ jkun possibbli u kemm jista’ jkun mill-aktar qrib lejn iċ‑ċittadin. Il-ftuħ itejjeb il-leġittimità ta’ l-amministrazzjoni, l-effettività u l-kontabilità, b’hekk jissaħħu l-prinċipji tad-demokrazija.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Fid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju, 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u d-dokumenti tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew, il‑Kunsill u l-Kummissjoni jsejħu lill-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra ta’ l-Unjoni biex jaddottaw regoli interni dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti li jieħdu kunsiderazzjoni tal-prinċipji u l-limiti msemmija fir‑Regolament. Ir-reġim dwar l-aċċess pubbliku għad‑dokumenti tal‑ECB kif stabbilit fid-Deċiżjoni ECB/1998/12 tat-3 ta’ Novembru, 1998, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumentazzjoni u l-arkivji tal-Bank Ċentrali Ewropej għandhom għalhekk jiġu riveduti.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Għandu jingħata aċċess aktar wiesa’ għad-dokumenti tal-ECB, filwaqt li fl-istess ħin jiġu protetti l-indipendenza tal-ECB u tal-banek ċentrali nazzjonali (NCB) previżta bl-Artikolu 108 [TFUE] u l‑Artikolu 7 [tal-Protokoll dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-BĊE], u l-kunfidenzjalità ta’ ċerti kwistjonijiet speċifiċi għat-twettiq tal-ħidmiet tal-ECB. Biex tiġi salvagwardjata l‑effettività tal-proċess li fih jittieħdu d-deċiżjonijiet tal-ECB, inklużi l‑konsultazzjonijiet u l-preparazzjonijiet interni tiegħu, il-proċedimenti tal-laqgħat tal-korpi tal-ECB responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet huma kunfidenzjali, sakemm il-korp relevanti jiddeċiedi li jippubblika r‑riżultat tad-dibattiti tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull ċittadin ta’ l-Unjoni, u kull persuna naturali jew legali li toqgħod jew li għandha l-uffiċċju rreġistrat f’xi Stat Membru, għandha dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-ECB, bla ħsara għall-kundizzjonijiet u l-limiti stabbiliti f’din id-Deċiżjoni..</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ECB jista’, bla ħsara għall-istess kundizzjonijiet u limiti, jagħti aċċess għad-dokumenti tal-ECB lil kull perunsa naturali jew legali li ma togħqodx jew li m’għandhiex l-uffiċċju rreġistrat tagħha f’xi Stat Membru.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2004/258 jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>[2.</NO.PARAG><ALINEA><P>] Il-ECB għandu jiċħad l-aċċess għal xi dokument fejn il‑pubblikazzjoni ddgħajjef il-protezzjoni ta’:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-proċedimenti tal-Qorti u l-avviż [parir] legali,</P></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>sakemm ikun hemm interess pubbliku superjuri għall-pubblikazzjoni.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-aċċess għal dokument abbozzat jew irċevut mill-BĊE għal użu intern bħala parti mid-deliberazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet preliminari fi ħdan il-BĊE, jew għall-iskambju ta’ fehmiet bejn il-BĊE u l-BĊNi, [l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (NCA)] jew [l-awtoritajiet nazzjonali nominati (NDA)] għandu jkun miċħud anki wara li d-deċiżjoni tkun ittieħdet, ħlief jekk ikun hemm interess pubbliku superjuri fl-iżvelar.</ALINEA><ALINEA>L-aċċess għad-dokumenti li jirriflettu skambji ta’ fehmiet bejn il-BĊE u awtoritajiet u korpi rilevanti oħrajn għandu jiġi miċħud anki wara li d‑deċiżjoni tkun ittieħdet, jekk l-iżvelar tad-dokument jimmina serjament l-effettività tal-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, ħlief jekk ikun hemm interess pubbliku superjuri fl-iżvelar.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="004.005"><NO.PARAG>[5.</NO.PARAG><ALINEA>] Jekk xi partijiet biss tad-dokument mitlub ikunu koperti b’xi waħda mill-eċċezzjonijiet [jew b’diversi], il-partijiet li jifdal tad-dokument għandhom jiġu kkomunikati.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża ġew spjegati mill-Qorti Ġenerali fil‑punti 1 sa 6 tas-sentenza appellata u jistgħu, għall-finijiet ta’ din il‑proċedura, jitqassru bil-mod segwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Wara li ġew informati mill-BĊE dwar l-eżistenza ta’ parir legali estern tat-<DATE ISO="20150423">23 ta’ April 2015</DATE> intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Risposti għal domandi dwar l‑interpretazzjoni tal-Artikolu 14.4 tal-Protokoll dwar l-Istatuti tas‑Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> (iktar ’il quddiem id-“dokument kontenzjuż), F. De Masi u Y. Varoufakis (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>appellanti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) talbu lill-BĊE, permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20170707">7 ta’ Lulju 2017</DATE>, l-aċċess għal dan id-dokument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20170803">3 ta’ Awwissu 2017</DATE>, il-BĊE rrifjuta l-aċċess għall-imsemmi dokument abbażi, minn naħa waħda, tal-eċċezzjoni prevista fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2004/258, dwar il‑protezzjoni tal-pariri legali, u, min-naħa l-oħra, tal-eċċezzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) ta’ din id-deċiżjoni, dwar il‑protezzjoni tad-dokumenti intiżi għal użu intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20170830">30 ta’ Awwissu 2017</DATE>, l-appellanti ppreżentaw talba għal aċċess għad-dokument kontenzjuż, abbażi tal‑Artikolu 7(2) tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20171016">16 ta’ Ottubru 2017</DATE>, il-BĊE kkonferma r-rifjut ta’ aċċess għad-dokument kontenzjuż billi bbaża ruħu fuq l-istess eċċezzjonijiet bħal dawk imsemmija fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20170803">3 ta’ Awwissu 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>B’att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20171208">8 ta’ Diċembru 2017</DATE>, l-appellanti ppreżentaw rikors għall-annullament tad‑deċiżjoni tas-<DATE ISO="20171016">16 ta’ Ottubru 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Insostenn ta’ dan ir-rikors, l-appellanti invokaw, essenzjalment, żewġ motivi, ibbażati, rispettivament, fuq ksur tat-tieni inċiż tal‑Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2004/258 u fuq ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-BĊE ddeċieda li dan ir-rikors għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tal‑appellanti bħala infondat. Fi tmiem l-eżami tat-tieni motiv tagħhom, hija ddeċidiet, fil-punt 74 tas-sentenza appellata, li l-BĊE seta’, ġustament, jibbaża r-rifjut tiegħu li jagħti l-aċċess għad-dokument kontenzjuż fuq l-eċċezzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal‑Artikolu 4(3) tad‑Deċiżjoni 2004/258. B’dan il-mod, hija kkunsidrat li ma kienx meħtieġ li teżamina l-ewwel motiv dwar l-eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess prevista fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Sabiex għamlet dan, il-Qorti Ġenerali eskludiet il-fatt li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tal-imsemmija deċiżjoni jirrikjedi prova ta’ preġudizzju serju għall-proċess deċiżjonali u, fil-punt 30 tas-sentenza appellata, indikat li r-rifjut ibbażat fuq din id-dispożizzjoni kien jippreżupponi biss li għandu jiġi pprovat, minn naħa waħda, li d-dokument kontenzjuż huwa intiż għal użu intern fil-kuntest ta’ deliberazzjonijiet u ta’ konsultazzjonijiet preliminari fi ħdan il-BĊE jew ta’ skambju ta’ fehmiet bejn il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati u, min-naħa l-oħra, li ma jeżistix interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar ta’ dan id‑dokument. Hija b’hekk irrilevat li l-BĊE kien, ġustament, ikkunsidra li d-dokument kontenzjuż kien dokument intiż għal użu intern fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tal-istess deċiżjoni, sa fejn il-BĊE kkunsidra li dan<?PAGE NO="5"?> id-dokument kien intiż sabiex jagħti informazzjoni u appoġġ għad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill Governattiv fil-kuntest tal-kompetenzi mogħtija lilu permezz tal-Artikolu 14.4 tal-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-BĊE (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-argumenti mressqa mill-appellanti, il-Qorti Ġenerali ċaħdet, fl-ewwel lok, id-dikjarazzjoni li l-eċċezzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tad‑Deċiżjoni 2004/258 ma kinitx applikabbli għad-dokument kontenzjuż, għaliex dan kien parir legali li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni relatata mal‑protezzjoni tal-pariri legali, prevista fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, hija ċaħdet l-argument tal-appellanti li l‑kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal‑Artikolu 4(3) tal-imsemmija deċiżjoni ma kinux issodisfatti, peress li d-dokument kontenzjuż, minn naħa waħda, ma kienx ta’ natura interna u, min-naħa l-oħra, ma kienx relatat ma’ proċedura konkreta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali analizzat u ċaħdet l-ilment ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fil-punti 62 sa 73 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali eżaminat it-tieni parti tat-tieni motiv, ibbażata fuq l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokument kontenzjuż, u ċaħditu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħhom, l-appellanti jitolbu li l-Qorti tal‑Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha u tilqa’ t-talbiet ippreżentati fl-ewwel istanza, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż skont l-Artikolu 184 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, moqrija flimkien mal-Artikoli 137 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. ta’ dan ir-regolament.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-BĊE jitlob:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>iċ-ċaħda tal-appell, u</P></ITEM><ITEM><P>il-kundanna tal-appellanti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi legali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw erba’ aggravji bbażati, l-ewwel nett, fuq ksur tal-Artikolu 10(3) TUE, tal‑Artikolu 15(1) u tal-Artikolu 298(1) TFUE, kif ukoll tal-Artikolu 42 tal‑Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni nett, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, it-tielet nett, fuq ksur tal‑Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni 2004/258, ir-raba’ nett, fuq id-dritt primarju inkwantu l-Qorti Ġenerali rrifjutat li tirrikonoxxi l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokument kontenzjuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Dawn il-konklużjonijiet jirrigwardaw biss it-tielet aggravju, li jinqasam f’żewġ partijiet. B’hekk, il-Qorti Ġenerali, minn naħa waħda, interpretat b’mod żbaljat il-kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi tal-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni 2004/258 u, min-naħa l-oħra, wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat bħala fondat ir-rifjut ta’ aċċess, skont l-Artikolu 4(3) ta’ din id-deċiżjoni, minkejja li d-dokument kontenzjuż ma kienx intiż għal użu intern fis-sens ta’ din id‑dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Qabel ma nanalizza l-aggravju hawn fuq imsemmi, jidhirli li huwa meħtieġ li jiġi speċifikat il-kuntest ġuridiku ta’ din l-analiżi b’teħid inkunsiderazzjoni tar‑riferiment li sar kemm mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata kif ukoll mill-appellanti fl-appell tagħhom għas-soluzzjonijiet adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha dwar ir-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kuntest ġuridiku ta’ analiżi</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Huwa stabbilit li t-talbiet għal aċċess għad-dokumenti miżmuma mill-BĊE għandhom jitressqu biss b’applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2004/258, li abbażi tagħha t-talba tal-appellanti ġiet miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2004/258 ġiet wara d-dikjarazzjoni komuni dwar ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l‑aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal‑Kunsill u tal-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="073" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2001">ĠU 2001, L 73, p. 5</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni talbu lill-istituzzjonijiet u lill-korpi l-oħra tal‑Unjoni sabiex jadottaw regoli interni dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti li jieħdu inkunsiderazzjoni prinċipji u limitazzjonijiet iddefiniti permezz tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni 2004/258 hija intiża, kif tindika l-premessa 3 tagħha, sabiex tawtorizza aċċess usa’ għad-dokumenti tal-BĊE minn dak li kien jeżisti taħt is-sistema tad-Deċiżjoni 1999/284/KE tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-<DATE ISO="19981103">3 ta’ Novembru 1998</DATE> dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti u għall‑arkivji tal-Bank Ċentrali Ewropew<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="110" PAGE.FIRST="30" DATE.PUB="1999">ĠU 1999, L 110, p. 30</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> (BĊE/1998/12), filwaqt li tiżgura l-protezzjoni tal-indipendenza tal-BĊE u tal-BĊN, prevista fl‑Artikolu 108 TFUE u fl-Artikolu 7 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l‑BĊE, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta’ ċerti kwistjonijiet li jikkonċernaw it-twettiq ta’ kompiti tal-BĊE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Id-Deċiżjoni 2004/258 ġiet emendata bid-Deċiżjonijiet tal-BĊE 2011/342/UE, tad-<DATE ISO="20110509">9 ta’ Mejju 2011</DATE> (BĊE/2011/6) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="158" PAGE.FIRST="37" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 158, p. 37</REF.DOC.OJ>) u (UE) 2015/529, tal-<DATE ISO="20150121">21 ta’ Jannar 2015</DATE> (BĊE/2015/1) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="084" PAGE.FIRST="64" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 84, p. 64</REF.DOC.OJ>). Dan l-aħħar att introduċa emenda tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 2004/258, li abbażi tiegħu ġie adottat l-allegat rifjut ta’ aċċess, u inkluda t-tieni subparagrafu taħt l-imsemmi paragrafu.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(a) tad-Deċiżjoni 2004/258, id-dokument imsemmi minn din tal-aħħar għandu jfisser dak imħejji jew miżmum mill‑BĊE <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>li għandu x’jaqsam mal-politiku tiegħu, l-attivitajiet jew id‑deċiżjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, kliem li huwa kkaratterizzat mill-ġeneralità tiegħu. Kif jispjega b’mod espliċitu l-BĊE fl-osservazzjonijiet tiegħu, ippreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, id‑dritt ta’ aċċess mogħti minn din id-deċiżjoni ma jirrigwardax biss id‑dokumenti li huma relatati ma’ kompiti amministrattivi, iżda jestendi, b’mod ġenerali, għad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>dokumenti tal-BĊE<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>L-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2004/258 saret għalhekk qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, fl-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, li wassal għal emenda tal-qafas ġuridiku, fir-rigward tad-dritt primarju, tal-aċċess tal‑pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, peress li l‑introduzzjoni tal-Artikolu 15 TFUE, li ssostitwixxa l-Artikolu 255 KE, kabbar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trasparenza fid-dritt tal‑Unjoni. Fil-fatt, b’mod differenti mill-Artikolu 255 KE, li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu kien limitat għad-dokumenti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal‑Kummissjoni, l-Artikolu 15(3) TFUE issa jipprevedi dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-organi tal-Unjoni, inkluża l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-BĊE u l-Bank Ewropew tal-Investiment, meta dawn jeżerċitaw funzjonijiet amministrattivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170718">18 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Breyer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑213/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:563">EU:C:2017:563</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 15(3) TFU, il-BĊE ma huwiex suġġett għas-sistema ta’ aċċess għad-dokumenti tal‑istituzzjonijiet, imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-istess dispożizzjoni, ħlief meta jeżerċita funzjonijiet ammistrattivi. Minn dan isegwi li l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess għal dokumenti miżmuma minn din l-istituzzjoni li huma marbuta mal-attività prinċipali tagħha ma jistgħux jiġu stabbiliti b’regolamenti adottati skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(3) TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170718">18 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Breyer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑213/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:563">EU:C:2017:563</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Jidher b’hekk li, fil-każ ta’ talba u ta’ rifjut ta’ aċċess li jirrigwarda dokument relatat mal-attività prinċipali tal-BĊE, is‑soluzzjonijiet adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha dwar ir-Regolament Nru 1049/2001 ma jistgħux jintużaw fil‑kuntest ta’ applikazzjoni b’analoġija ta’ din il-ġurisprudenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>L-istess japplika, b’mod partikolari, fir-rigward tal-prinċipju ta’ interpretazzjoni stretta tal‑eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess li l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet skont il‑kliem tal-premessa 4 u l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1049/2001 li jgħid li dan tal-aħħar huwa intiż sabiex jagħti l-ikbar effett possibbli lid-dritt ta’ aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet ikkonċernati (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170713">13 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Saint-Gobain Glass Deutschland vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑60/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:540">EU:C:2017:540</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>, peress li l-BĊE ma huwiex marbut b’dan ir-regolament. Jidhirli li dan huwa effettivament il‑każ tad-dokument kontenzjuż li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni li wasslet għar-rifjut ta’ aċċess tiegħu tiżvela li huwa jikkonsisti f’parir legali li jevalwa l-poteri tal-Kunsill Governattiv taħt l-Artikolu 14.4 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE u li jeżamina l-azzjoni li l-imsemmi Kunsill għandu jieħu meta funzjonijiet lil hinn mis-SEBĊ eżerċitati mill-BĊN ikollhom mnejn jinterferixxu mal-għanijiet u mal-missjonijiet tas-SEBĊ. Dan id-dokument huwa deskritt bħala intiż sabiex iżid mar-riflessjonijiet interni tal-istanzi deċiżjonali u jagħti appoġġ għad-deliberazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet relatati mal-kwistjoni tal-provvista ta’ likwidità b’urġenza. Huwa għalhekk possibbli li jiġi kkunsidrat li d-dokument kontenzjuż huwa relatat mal-eżerċizzju tal-attività prinċipali tal-BĊE, fir-rigward b’mod partikolari tar-responsabbiltà tiegħu fil-qasam tal-politika monetarja u tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Nirrileva li minkejja l-Qorti Ġenerali ma indikatx espressament li d-dokument kontenzjuż huwa relatat mal-attività prinċipali tal-BĊE, din il-klassifikazzjoni tirriżulta mill-punti ta’ evalwazzjoni li jinsabu fil-punti 33, 34 u 36 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interpretazzjoni żbaljata tal-kamp ta’ applikazzjoni tal‑Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni 2004/258</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-allegat rifjut ta’ aċċess huwa bbażat, minn naħa waħda, fuq l-eċċezzjoni prevista fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tad‑Deċiżjoni 2004/258 dwar il-protezzjoni tal-pariri legali u, min-naħa l-oħra, fuq l-eċċezzjoni ddefinita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tal‑istess deċiżjoni dwar il-protezzjoni tad-dokumenti intiżi għal użu intern. Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali eżaminat biss wieħed miż-żewġ motivi ta’ annullament li bihom kienet adita, jiġifieri dak tal‑ksur tat-tieni dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq, u wara li kkunsiderat li l‑BĊE seta’, ġustament, jibbaża r-rifjut tiegħu li jagħti l-aċċess għad‑dokument kontenzjuż fuq l-eċċezzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 2004/258, hija kkunsidrat li ma kienx meħtieġ teżamina l-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tal-imsemmija deċiżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Punti 4, 18 u 74 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Qabel din il-konklużjoni, il-Qorti Ġenerali indikat, filwaqt li rreferiet għal żewġ sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja li jinterpretaw id‑dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1049/2001, li l-BĊE seta’ jieħu inkunsiderazzjoni diversi raġunijiet għal rifjut imsemmija fl-Artikolu 4 tad‑Deċiżjoni 2004/258 fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu ta’ talba għal aċċess u spjegat li l-eċċezzjonijiet li mmotivaw ir-rifjut ta’ aċċess għad‑dokument kontenzjuż <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>[kienu] jikkostitwixxu kull waħda minnhom motivi ta’ rifjut awtonomi<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, peress li l-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-pariri legali ma hijiex <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> meta mqabbla ma’ dik dwar il-protezzjoni tad-dokumenti intiżi għal użu intern<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Punti 44 u 45 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu, fl-ewwel lok, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li t-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tad‑Deċiżjoni 2004/258 relatat mal-protezzjoni ta’ teħid ta’ pożizzjoni legali ma huwiex dispożizzjoni speċjali (<HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT>) meta mqabbel mal‑Artikolu 4(3) ta’ din id-deċiżjoni. L-ewwel dispożizzjoni għandha l‑effett li timblokka u twassal għall-inapplikabbiltà tat-tieni dispożizzjoni. Insostenn ta’ dan l-aggravju, l-appellanti sempliċement jiddikjaraw li l‑espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>parir intiż għall-użu intern<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, li tinsab fl-Artikolu 4(3) tad‑Deċiżjoni 2004/258, tista’ tirrigwarda biss pariri oħra mhux legali, għaliex inkella l-eċċezzjoni tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) ta’ din id‑deċiżjoni li tistabbilixxi l-protezzjoni tal-pariri legali tiċċaħħad minn kull sens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Kif tindika ġustament il-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Punti 16 u 17 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>, id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-BĊE, mogħti fl-Artikolu 2(1) tad‑Deċiżjoni 2004/258 lil kull ċittadin tal-Unjoni u lil kull persuna fiżika jew ġuridika residenti jew bl-uffiċċju rreġistrat fi Stat Membru, huwa suġġett għal ċerti limitazzjonijiet ibbażati fuq raġunijiet ta’ interess pubbliku jew privat. B’mod iktar speċifiku, u skont il-premessa 4, id‑Deċiżjoni 2004/258 tistipula, fl-Artikolu 4 tagħha, sistema ta’ eċċezzjonijiet li jawtorizzaw lill-BĊE jirrifjuta l-aċċess għal dokument fil-każ fejn l-iżvelar ta’ dan tal-aħħar jippreġudika wieħed mill-interessi protetti mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-artikolu jew fil-każ fejn dan id‑dokument ikun intiż għal użu intern fil-kuntest tad-deliberazzjonijiet u ta’ konsultazzjonijiet preliminari fi ħdan il-BĊE jew għal skambju ta’ opinjonijiet bejn il-BĊE u l-BĊN, l-NCA jew l-NDA, jew ikun jesprimi skambju ta’ opinjonijiet bejn il-BĊE u awtoritajiet u korpi kkonċernati oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 4(1) sa (3) tad‑Deċiżjoni 2004/258 jikkorrispondi formalment mal-elenkar suċċessiv ta’ diversi raġunijiet għal rifjut ta’ aċċess, sempliċement imqiegħda wara xulxin u mingħajr indikazzjoni dwar xi interrelazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet inkwistjoni. Il-preżentazzjoni tal-Artikolu 4(1) sa (3) tad-Deċiżjoni 2004/258 tikkorrobora l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali dwar in-natura speċifika u awtonoma ta’ kull raġuni għal rifjut ta’ aċċess li tista’ tiġi invokata waħedha jew b’mod kumulattiv mill-BĊE. Skont l-istruttura tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2004/258, iċ-ċaħda ta’ talba għal aċċess tkun iġġustifikata meta l-kundizzjonijiet mitluba minn waħda mill‑eċċezzjonijiet previsti f’dan l-artikolu jkunu ssodisfatti. Bl-istess mod, la l-kliem tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) u lanqas dak tal‑Artikolu 4(3) ta’ din id-deċiżjoni ma jikkorroboraw b’xi mod l‑allegazzjoni tal-appellanti dwar in-natura ta’ <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> tal-ewwel dispożizzjoni meta mqabbla mat-tieni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Barra minn hekk u fuq kollox, l-Artikolu 4(5) tad‑Deċiżjoni 2004/258 isemmi l-iżvelar parzjali tad-dokument mitlub bil-mod segwenti: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>[j]ekk xi partijiet biss tad-dokument mitlub ikunu koperti b’xi waħda mill-eċċezzjonijiet, il-partijiet li jifdal tad-dokument għandhom jiġu kkomunikati<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Dan il-kliem jirrifletti mingħajr dubju l‑possibbiltà ta’ applikazzjoni kumulattiva tad-diversi eċċezzjonijiet iddefiniti fil‑paragrafi 1 sa 3 tal-imsemmi artikolu fir-rigward ta’ dokument wieħed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Din il-possibbiltà hija spjegata bid-diffikultà li istituzzjoni li tirċievi talba għal aċċess jista’ jkollha sabiex tikklassifika d-dokument mitlub fid-dawl tal-kontenut tiegħu u tar-raġunijiet għal rifjut ta’ aċċess li huma ammissibbli. Minħabba n-natura kumplessa tiegħu, l-istess dokument jista’ jaqa’, <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ diversi eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Office of Communications</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑71/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:525">EU:C:2011:525</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li tirrigwarda d-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tat-<DATE ISO="20030128">28 ta’ Jannar 2003</DATE> dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375), il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat l-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva, li jelenka d-derogi li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu għar-regola ġenerali tal-iżvelar tal-informazzjoni lill-pubbliku, bħala li jippermetti lill-awtorità pubblika li tirċievi talba għal aċċess li tieħu inkunsiderazzjoni b’mod kumulattiv diversi raġunijiet għal rifjut imsemmija f’din id-dispożizzjoni. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat, fil‑punt 30 ta’ din is-sentenza, li l-fatt li l-interessi koperti bir-rifjut ta’ żvelar u dawk koperti bl-iżvelar huma msemmija b’mod separat fl-Artikolu 4(2) tad‑Direttiva 2003/4 ma jipprekludix il-kumulazzjoni ta’ dawn id-derogi għar-regola ġenerali ta’ żvelar, peress li l-interessi koperti bir-rifjut ta’ żvelar jistgħu xi drabi jikkoinċidu fl-istess sitwazzjoni jew fl-istess ċirkustanzi.</P></NOTE> u jidhirli li ma huwiex raġonevoli li din l-istituzzjoni tkun limitata sabiex tagħżel eċċezzjoni waħda meta l-analiżi tagħha, probabbilment, tkun ser tiġi kkontestata u suġġetta għal stħarriġ ta’ legalità. B’dan il-mod, ma jkun<?PAGE NO="9"?> hemm l-ebda preġudizzju għad-dritt ta’ aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti u għall-effett utli tiegħu, peress li min jitlob l-aċċess għandu l-possibbiltà li jikkontesta, permezz ta’ proċedura ta’ arbitraġġ u mbagħad ġudizzjarja, ir-rifjut ta’ aċċess ikkontestat li l-fondatezza tiegħu hija suġġetta għall-evalwazzjoni finali tal-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-dokument kontenzjuż juri perfettament din is‑sitwazzjoni, peress li jirrigwarda teħid ta’ pożizzjoni legali mitluba mill-BĊE lil terz għall-finijiet ta’ diskussjoni interna fir-rigward ta’ liema l-appellanti jikkritikaw kemm il-klassifikazzjoni bħala parir intiż għal użu intern u anki dik ta’ parir legali kif ser naraw iktar ’il quddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allegazzjoni tal-appellanti li l-interpretazzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali twassal sabiex tneħħi l-effettività tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2004/258, għandha tiġi enfasizzata l-assenza ta’ natura sistematika tas-sitwazzjonijiet fejn ir-raġunijiet għal rifjut ta’ aċċess jikkoinċidu, b’tali mod li l-protezzjoni ta’ parir legali tista’ taqa’, f’sitwazzjoni speċifika, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-unika eċċezzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni. Barra minn hekk, anki kieku l-eċċezzjoni bbażata fuq il-protezzjoni tad-dokumenti intiżi għal użu intern ġiet ikkunsidrata bħala infondata mill-Qorti Ġenerali, din tal-aħħar kellha teżamina l-validità tar-rifjut ta’ aċċess fir-rigward tar-raġuni marbuta mal‑protezzjoni tal-pariri legali prevista fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2004/258.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Finalment jidhirli utli li tiġi enfasizzata s-soluzzjoni adottata mill‑Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>BĊE vs Espírito Santo Financial (Portugal)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑442/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1117">EU:C:2019:1117</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). F’din il-kawża, il-Qorti Ġenerali kienet iddikjarat invalida d-deċiżjoni tal-BĊE li tirrifjuta aċċess sħiħ għal proċessi verbali li jieħdu nota ta’ deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv dwar il-provvista ta’ likwidità b’urġenza lil stabbiliment bankarju Portugiż, fir-rigward b’mod partikolari tal-informazzjoni dwar l-ammont ta’ kreditu kkonċernat. Wara li kkonstatat l-iżball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali fl‑evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni u sussegwentement annullat is-sentenza appellata, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet hija stess b’mod finali fuq it-tilwima billi eżaminat il-motiv proċedurali ċċitat iktar ’il fuq u wieħed mill-motivi ta’ mertu invokat mir-rikorrenti, f’dan il-każ, dak ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Deċiżjoni 2004/258 dwar il‑kunfidenzjalità tad-deliberazzjonijiet tal-korpi deċiżjonali tal-BĊE. Il‑Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet dawn iż-żewġ motivi, billi kkunsidrat li d‑deċiżjoni li rrifjutat l-aċċess kienet suffiċjentement immotivata fid-dritt u bbażata b’mod validu fuq id-dispożizzjoni hawn fuq imsemmija. Hija għalhekk ma ħaditx inkunsiderazzjoni u ma evalwatx it-tieni motiv ta’ mertu mqajjem mir-rikorrenti, dwar ksur tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tad‑Deċiżjoni 2004/258, u b’hekk stabbilixxiet l-individwalità u l‑awtonomija legali ta’ kull raġuni għal rifjut ta’ aċċess prevista f’din id‑deċiżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Jeħtieġ li niġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-applikazzjoni kumulattiva tar-raġunijiet għal rifjut ta’ aċċess hija fil-fatt stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-interpretazzjoni tagħha tar-Regolament Nru 1049/2001 (ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitati fil-punt 44 tas-sentenza appellata) li jinkludi wkoll l-Artikolu 4 li jistabbilixxi eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess u li huwa strutturat bl-istess mod bħad‑dispożizzjoni korrispondenti tad-Deċiżjoni 2004/258. Madankollu, għall‑kunsiderazzjonijiet imsemmija fil-parti ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il‑kuntest ġuridiku ta’ analiżi, ma hemmx lok li jsir riferiment għal din il-ġurisprudenza għall-finijiet ta’ applikazzjoni b’analoġija f’din il-kawża.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu, fit-tieni lok, li, minkejja li d-dokument kontenzjuż ċertament jikkorrispondi ma’ teħid ta’ pożizzjoni legali li, bħala tali, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tad‑Deċiżjoni 2004/258, huwa ma jissodisfax il-kundizzjonijiet mitluba sabiex jibbenefika minn protezzjoni, għaliex huwa parir legali ta’ natura astratta u xjentifika li jirrigwarda l-interpretazzjoni ta’ test li ma jistax jiġi kklassifikat bħala parir legali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Il-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat, ma ddikjaratx ruħha dwar dan l‑argument tal‑appellanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li dan l-ilment huwa inadegwat, peress li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat u ċaħdet l-argument tal-appellanti bħala intrinsikament kontradittorju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara l-punt 47 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>, peress li kien jinvoka u jikkontesta, fl‑istess ħin, il-klassifikazzjoni tad-dokument kontenzjuż bħala parir legali għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eċċezzjoni msemmija fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2004/258. Fi kwalunkwe każ, peress li l-Qorti Ġenerali vvalidat ir-rifjut ta’ aċċess tal-BĊE abbażi biss tal‑Artikolu 4(3) ta’ din id-deċiżjoni, mingħajr ma ddeċidiet dwar il‑klassifikazzjoni tad-dokument kontenzjuż bħala parir legali fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tal-imsemmija deċiżjoni, ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar argument ineffettiv tal-appellanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tad‑Deċiżjoni 2004/258</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni parti tat-tielet aggravju, l-appellanti jsostnu li l‑protezzjoni prevista fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 2004/258 u dik iddefinita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 għandhom suġġett uniku, jiġifieri dak li tiġi protetta l‑integrità ta’ proċess deċiżjonali intern marbut ma’ proċedura amministrattiva konkreta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Issa, parir estern li jirrigwarda kwistjoni legali astratta, bħal dik mitlub mill-BĊE u li l-aċċess għalih ġie rrifjutat, ma jikkostitwixxix dokument relatat ma’ proċess deċiżjonali jew ma’ deċiżjoni finali. Dan huwa pjuttost dokument li jistabbilixxi l-qafas estern tal-libertà deċiżjonali tal-istituzzjoni u għalhekk huwa estern għall-proċess deċiżjonali protett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-appellanti jallegaw li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>anki wara li d‑deċiżjoni tkun ittieħdet<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> li jinsab fl-Artikolu 4(3) tad‑Deċiżjoni 2004/258 juri li d-dokument ikkonċernat għandu jkun intiż għal użu intern fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva konkreta, soluzzjoni kkonfermata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar dispożizzjoni strutturalment simili, f’dan il-każ it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, u interpretat b’mod żbaljat mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Il-BĊE jikkontesta kemm l-ammissibbiltà kif ukoll il-fondatezza ta’ din it-tieni parti tat-tielet aggravju.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tikkonstata l-fatti u lanqas, bħala prinċipju, sabiex teżamina l‑provi li l-Qorti Ġenerali tkun aċċettat insostenn ta’ dawn il-fatti. Sakemm dawn il-provi jkunu nkisbu b’mod regolari u sakemm il‑prinċipji ġenerali tad-dritt u r-regoli ta’ proċedura applikabbli fir‑rigward tal-oneru u s-smigħ tal-provi jkunu ġew osservati, hija biss il‑Qorti Ġenerali li tista’ tevalwa l-valur li għandu jingħata lill-provi ppreżentati quddiemha. Għalhekk, din l-evalwazzjoni ma tikkostitwixxix, minbarra fil-każ ta’ żnaturament ta’ dawn il-provi, kwistjoni ta’ dritt li tista’ tiġi mistħarrġa mill-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050526">26 ta’ Mejju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Tralli vs BĊE</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑301/02 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:306">EU:C:2005:306</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Abbażi ta’ din il-ġurisprudenza stabbilita, il-BĊE jitlob li jiġi ddikjarat inammissibbli l-ilment li l-parir legali kontenzjuż ma jistax jikkostitwixxi dokument relatat ma’ proċess deċiżjonali intern, peress li dan l-ilment, essenzjalment, jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-provi mwettqa mill-Qorti Ġenerali, mingħajr ma ġie pprovat mill-appellanti li dawn ġew żnaturati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Dan l-argument, fl-opinjoni tiegħi, huwa bbażat fuq premessa żbaljata, jiġifieri interpretazzjoni żbaljata tal-kontenut tat-tielet motiv li fir-realtà ma jinkludi l-ebda kontestazzjoni ta’ evalwazzjoni ta’ fatt jew ta’ provi mwettqa mill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Wara li rreferiet għall-motivazzjoni tad-deċiżjoni tal-BĊE li tirrigwarda r-rifjut ta’ aċċess u wara li kkonstatat li r-raġunijiet ta’ dan ma kinux kontradetti mill-eżami tal-kontenut tad-dokument kontenzjuż, il‑Qorti Ġenerali kkonkludiet li dan tal-aħħar kien ikkostitwit minn parir legali, li kien ġej minn konsulent estern, dwar is-setgħat li għandu l‑Kunsill Governattiv skont l-Artikolu 14.4 du Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE, u, peress li ma kienx relatat ma’ proċedura konkreta, ma kienx wassal għal teħid ta’ pożizzjoni tal-BĊE f’każ konkret b’mod definittiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara l-punti 33, 34, 36 u 50 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li dan il-qari tad-dokument kontenzjuż mill-Qorti Ġenerali ma huwiex ikkontestat mill-appellanti fil-kuntest tat‑tielet aggravju tal-appell. Min-naħa l-oħra, l-appellanti jikkritikaw b’mod espliċitu l-klassifikazzjoni legali ta’ dan il-parir mill-Qorti Ġenerali tad-dokument intiż għal użu intern skont l-Artikolu 4(3) tad‑Deċiżjoni 2004/258, kif interpretat minn din tal-aħħar fis-sentenza appellata, li jikkorrispondi ma’ evalwazzjoni fid-dritt suġġetta għall‑istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ilment ta’ inammissibbiltà mqajjem mill‑BĊE għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu li l-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 2004/258 ma setax jiġi applikat f’dan il-każ billi jsostnu, fl-ewwel lok, li, minħabba l‑oriġini esterna tiegħu u minħabba l-kontenut tiegħu, jiġifieri parir li jirrigwarda kwistjoni legali astratta ta’ interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi, id‑dokument kontenzjuż ma jistax jiġi kkunsidrat bħala relatat ma’ proċess deċiżjonali intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Dan l-argument ibbażat biss fuq in-natura intrinsika tad-dokument kontenzjuż ma jistax, fl-opinjoni tiegħi, jiġi aċċettat, għaliex jinjora l-għan stess tal-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 2004/258, li tirrigwarda l-għan tad-dokument ikkonċernat, filwaqt li jitfakkar li dan tal-aħħar jista’ jkun ġie abbozzat jew sempliċement <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>riċevut<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> mill-BĊE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>La l-fatt li d-dokument kontenzjuż tħejja minn konsulent legali estern, mitlub b’mod speċifiku għal dan il-għan mill-BĊE, u lanqas il-fatt li huwa jirriżulta minn parir li jirrigwarda l-interpretazzjoni ta’ regola li tispeċifika l-kuntest ġuridiku tal-kompetenzi tal-BĊE ma huma <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> inkompatibbli mal-għan ta’ użu intern tal-imsemmi dokument. Barra minn hekk, il‑kwistjoni legali diskussa f’dan il-parir ma tistax b’mod ċar tiġi kklassifikata, kif jagħmlu b’mod żbaljat l-appellanti, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>sitwazzjoni legali esterna<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>L-appellanti jallegaw, fit-tieni lok, li d-dokument kontenzjuż ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni ddefinita fl-Artikolu 4(3) tad‑Deċiżjoni 2004/258, fl-assenza ta’ kwalunkwe rabta ma’ proċedura deċiżjonali konkreta, argument li jqajjem il-kwistjoni tal-portata tal‑imsemmija eċċezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ma għandux jittieħed inkunsiderazzjoni biss il‑kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni li minnha hija tagħmel parti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140910">10 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ben Alaya</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑491/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2187">EU:C:2014:2187</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-intepretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>dokument intiż għal użu intern<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kliem tal-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 2004/258, għandu jiġi rrilevat li, filwaqt li dan tal-aħħar jirreferi għal dokumenti intiżi għal użu intern fil-kuntest ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>deliberazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, huwa jirreferi wkoll għas-sitwazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>konsultazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jew saħansitra anki għal sempliċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>skambji ta’ fehmiet<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> bejn il-BĊE u entitajiet oħra, u dawn l-aħħar żewġ kunċetti jidhru li huma differenti mir-riferiment<?PAGE NO="12"?> għal proċess deċiżjonali. Jibqa’ l-fatt li din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata kollha kemm hi, u li għalhekk għandha tinkludi wkoll l-użu tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>anki wara li d-deċiżjoni tkun ittieħdet<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> li tirreferi b’mod ċar għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>proċess deċiżjonali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, pendenti jew magħluq fil-mument tat-tressiq tat-talba għal aċċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni li tqum hija dwar jekk din l-espressjoni hijiex relatata mas-sitwazzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 4(3) tad‑Deċiżjoni 2004/258 jew inkella biss ma’ dik tad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>deliberazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> jew inkella biss mal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>skambji ta’ fehmiet<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> bejn il-BĊE u entitatjiet oħra, biex b’hekk tagħmel kompletament awtonomu l-każ marbut mad‑dokument għal użu purament intern fi ħdan il-BĊE. Issa, l-ewwel każ hawn fuq imsemmi huwa kompletament kompatibbli mal-pożizzjoni tal‑imsemmija espressjoni fl-ewwel subparagrafu, kif ikkonfermat minn verżjonijiet tat-test f’lingwi oħra minbarra l-Franċiż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Pereżempju, il-verżjoni bil-lingwa Ingliża <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Access to a document drafted or received by the ECB for internal use as part of deliberations and preliminary consultations within the ECB, or for exchanges of views between the ECB and NCBs, NCAs or NDAs, shall be refused even after the decision has been taken, unless there is an overriding public interest in disclosure<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, bil-lingwa Spanjola <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>El acceso a documentos redactados o recibidos por el BCE para su uso interno en el marco de deliberaciones y consultas previas en el BCE o para intercambios de opinión entre el BCE y los BCN, las ANC o las AND, se denegará incluso después de adoptada la decisión de que se trate, salvo que la divulgación de los documentos represente un interés público superior<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, bil-lingwa Taljana <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>L’accesso a un documento elaborato o ricevuto dalla BCE per uso interno, come parte di deliberazioni e consultazioni preliminari in seno alla BCE stessa, o per scambi di opinioni tra la BCE e le BCN, le ANC o le AND, viene rifiutato anche una volta adottata la decisione, a meno che vi sia un interesse pubblico prevalente alla divulgazione<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> u bil-lingwa Estonjana <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Juurdepääsust EKP koostatud või saadud sisekasutuses olevale dokumendile, mis on osa EKP-sisestest arutlustest või eelkonsultatsioonidest ning EKP seisukohtade vahetusest RKP-dega, riiklike pädevate asutustega või riiklike määratud asutustega, tuleb keelduda ka pärast otsuse vastuvõtmist, kui puudub ülekaalukas avalik huvi avalikustamiseks<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</P></NOTE>. Huwa koerenti wkoll mas-sens tal-aġġettiv <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>preliminari<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> magħqud mal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>konsultazzjonijet<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, għaliex dan tal-aħħar jirreferi għal dak li jiġi qabel jew iħejji xi ħaġa oħra kkunsidrata bħala iktar importanti, avveniment jew att.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Jista’ jiġi mistoqsi jekk il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>anki wara li d-deċiżjoni tkun ittieħdet<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> jistax jintiehem bħala l-espressjoni ta’ sempliċi ppreċiżar tat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>tragward<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-protezzjoni mfittxija, li ma jintlaħaqx bit-teħid ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 4(3) tad‑Deċiżjoni 2004/258, jekk tkun ġiet adottata, peress li din l‑ispjegazzjoni tal-aħħar hija impliċita. Minbarra d-diffikultà li tiġi rrikonċiljata mal-użu tal-artikolu ddefinit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>d-<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> fl-espressjoni ċċitata iktar ’il fuq, id‑dgħufija intrinsika ta’ tali raġunament li jirreferi għas-sens impliċitu ma jidhirlix li hija ta’ natura li tikkontesta r-riżultat tal-analiżi interpretattiva li tiżvela r-rabta meħtieġa tad-dokument kontenzjuż ma’ proċess deċiżjonali, u dan huwa sostnut mill-interpretazzjoni kuntestwali u teleoloġika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-interpretazzjoni kuntestwali, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 2004/258 fih żewġ subparagrafi, u t‑tieni wieħed jirrigwarda l-produzzjoni tad-dokumenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>li jirriflettu skambji ta’ fehmiet bejn il-BĊE u awtoritajiet u korpi rilevanti […] anki wara li d-deċiżjoni tkun ittieħdet, jekk l-iżvelar tad-dokument jimmina serjament l-effettività tal-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tiegħu […]<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 2004/258 żdid bid‑Deċiżjoni 2015/529, li emendat l-ewwel test, li l-premessa 8 tagħha tispjega li l-BĊE huwa obbligat li jikkollabora mal-awtoritajiet u korpi nazzjonali, l-istituzzjonijiet, il-korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-awtoritajiet superviżorji u ta’ amministrazzjoni ta’ pajjiż terz ikkonċernati, u dan skont l-Artikolu 127(1) u (5) TFUE u skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-<DATE ISO="20131015">15 ta’ Ottubru 2013</DATE> li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas‑superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="287" PAGE.FIRST="63" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 287, p. 63</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>. Imbagħad huwa indikat: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>[s]abiex il-BĊE jikkoopera b’mod effettiv, huwa essenzjali li jipprovdi u jippreżerva <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>spazju għal riflessjoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="2019" ID="QE0038"/> għall‑iskambju ta’ fehmiet u informazzjoni li jkun liberu u kostruttiv bejn l-awtoritajiet, l-istituzzjonijiet u korpi oħrajn imsemmijin iktar ’il fuq. Fuq din il-bażi, il-BĊE għandu jkun intitolat li jipproteġi dokumenti skambjati bħala parti mill-kooperazzjoni tiegħu ma’ banek ċentrali nazzjonali, awtoritajiet kompetenti nazzjonali, awtoritajiet nazzjonali nominati u awtoritajiet u korpi relevanti oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Minkejja li hija prevista l-protezzjoni ta’ dokumenti marbuta sempliċement ma’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>skambji ta’ fehmiet<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> bejn il-BĊE u ċerti entitatjiet, minbarra dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tad‑Deċiżjoni 2004/258, għandu jiġi kkonstatat li ġie deċiż li fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tal-imsemmija deċiżjoni tiddaħħal l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>anki wara li d‑deċiżjoni tkun ittieħdet<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, li hija identika għal dik użata fl-ewwel subparagrafu u li tirreferi b’mod ċar għal rabta ma’ proċess deċiżjonali. F’dawn iċ-ċirkustanzi, jista’ jiġi mistoqsi kif l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>iskambji ta’ fehmiet<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> bejn il-BĊE u l-BĊNi, NCA jew NDA msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jkunu tali li jiġġustifikaw qari differenti minn dak tar-rabta hawn fuq imsemmija u sa fejn dan l-aħħar qari ma huwiex rilevanti għall-integralità tal-imsemmija dispożizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Nirrileva, mill-bqija, li d-differenza bejn iż-żewġ sitwazzjonijiet imsemmija fl‑Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 2004/258 hija espressa bil-fatt li l-kunfidenzjalità tad‑dokumenti msemmija fit-tieni subparagrafu hija suġġetta għall-kundizzjoni tal-prova ta’ riperkussjoni negattiva tal-iżvelar tal-imsemmija dokumenti f’dak li jirrigwarda l‑effettività tal-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tiegħu.</P></NOTE>?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-interpretazzjoni teleoloġika, u kif il-Qorti Ġenerali enfasizzat ġustament, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tad‑Deċiżjoni 2004/258 għandu l-għan, b’mod partikolari, li jipproteġi spazju għal riflessjoni interna fil-BĊE li jippermetti skambju ta’ opinjonijiet kunfidenzjali fi ħdan korpi deċiżjonali tal-istituzzjoni fil‑kuntest tad-deliberazzjonijiet u konsultazzjonijiet preliminari tagħhom. Madankollu għad irid jiġi stabbilit, sabiex nibqgħu fit-terminoloġija ġeometrika, il-perimetru ta’ dan l-ispazju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar il-kliem tal-premessa 3 tad‑Deċiżjoni 2004/258 li tistipula li din tal-aħħar hija intiża sabiex tawtorizza <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>aċċess aktar wiesa’ għad-dokumenti tal-ECB<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, filwaqt li tipproteġi l-indipendenza tal-BĊE u l-kunfidenzjalità ta’ ċerti kwistjonijiet speċifiċi marbuta mat-twettiq tal-ħidmiet tiegħu. Fit-tieni parti tagħha, l-imsemmija premessa tagħti spjegazzjoni essenzjali sabiex l‑għan ta’ dan l-att jinftiehem tajjeb billi tispjega li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>[s]abiex tiġi salvagwardjata l-effettività tal-proċess li fih jittieħdu d-deċiżjonijiet tal‑ECB, inklużi l-konsultazzjonijiet u l-preparazzjonijiet interni tiegħu, il-proċedimenti tal-laqgħat tal-korpi tal-ECB responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet huma kunfidenzjali, sakemm il-korp relevanti jiddeċiedi li jippubblika r-riżultat tad-dibattiti tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>. Minkejja li l-imsemmija premessa tesprimi modulazzjoni tad-dritt ta’ aċċess, il-kliem użat jenfasizza l-għan li għandu jintlaħaq ta’ protezzjoni tal-effettività tal‑<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>proċess deċiżjonali<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> tal-BĊE u jorbot b’mod espliċitu x‑xogħol preparatorju intern mal-imsemmi proċess. Il-protezzjoni tal‑proċess konsultattiv u ta’ riflessjoni preliminari ma tidhirx li hija separabbli minn dik tal-proċess deliberatorju u tal-istadju finali tiegħu li jinvolvi teħid ta’ deċiżjoni dwar il-mertu f’fajl dwar każ speċifiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl tal-premessa 3 tad-Deċiżjoni 2004/258 li għandu jiġi interpretat l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) ta’ din id-deċiżjoni dwar l-eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti ta’ użu intern tal‑BĊE, li jkopru biss, fl-opinjoni tiegħi, id-dokumenti abbozzati jew riċevuti fil-kuntest ta’ proċess deċiżjonali speċifiku, pendenti jew magħluq fil-mument tat-tressiq tat-talba għal aċċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, nirrileva li dikjarazzjonijiet differenti tal-BĊE li jinsabu fir-risposta tiegħu jikkorrispondu perfettament mal-interpretazzjoni teleoloġika msemmija hawn fuq. Il-BĊE jiddikjara b’hekk li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 2004/258 huwa bbażat fuq regola (ta’ preżunzjoni) ġenerali li l-fatt li jingħata aċċess għal dokumenti intiżi għal użu intern joħloq ir-riskju ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>preġudizzju għall-proċess deċiżjonali tal-BĊE<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> u li, għall-finijiet tal‑protezzjoni tal-ispazju għal riflessjoni, dawn id‑dokumenti huma, konsegwentement, bħala regola, kunfidenzjali. Bl‑istess mod, huwa indikat li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tad‑Deċiżjoni 2004/258 jipproteġi l-ispazju għal riflessjoni interna tal-BĊE fil-kuntest tal‑<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>preparazzjoni ta’ deċiżjonijiet indirizzati lil terzi<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> jew li d‑Deċiżjoni 2004/258 tirrikonoxxi li qabel <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>deċiżjonijiet tal-BĊE indirizzati lil terzi<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, għandu jkun hemm spazju għal riflessjoni interna li tippermetti skambju effettiv, informali u fuq kollox kunfidenzjali ta’ fehmiet, ideat, interpretazzjonijiet u ta’ proposti ta’ soluzzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara l-punti 48, 59 u 78 tar-risposta tal-BĊE.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni proposta ma hijiex tali li tneħħi l‑effett utli tal-eċċezzjoni kkonċernata u tagħtiha portata li, fl-opinjoni tiegħi, hija konformi mal-ekwilibriju mfittex bid-Deċiżjoni 2004/258 bejn id-dritt ta’ aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-BĊE u t-teħid inkunsiderazzjoni tan-natura speċifika ta’ din l-istituzzjoni li, skont l-Artikolu 130 TFUE, għandha tkun tista’ ssegwi, b’mod effettiv, l‑għanijiet mogħtija lill-kompiti tagħha, permezz tal-eżerċizzju indipendenti tas-setgħat speċifiċi li hija għandha għal dawn il-finijiet taħt it-Trattat u taħt l-Istatuti tas-SEBĊ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030710">10 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs BĊE</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑11/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:395">EU:C:2003:395</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0134">134</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din it-tfittxija ta’ ekwilibriju bejn trasparenza u kunfidenzjalità, din l-aħħar kunsiderazzjoni tista’ ċertament tkun importanti f’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, ir-riżultat tad‑deliberazzjonijiet tal-Kunsill Governattiv kif jirriżulta mis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>BĊE vs Espírito Santo Financial (Portugal)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑442/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1117">EU:C:2019:1117</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat l-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Deċiżjoni 2004/258 dwar il‑kunfidenzjalità tad-deliberazzjonijiet tal-korpi deċiżjonali tal-BĊE fid-dawl tat-tieni sentenza tal-Artikolu 10(4) tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE li tipprevedi li huwa l-Kunsill Governattiv li għandu jiddeċiedi jekk għandux jiġi żvelat ir-riżultat tad-deliberazzjonijiet tiegħu, billi bbażat ruħha, f’dan ir-rigward, fuq ġurisprudenza stabbilita li test ta’ dritt sekondarju tal-Unjoni għandu jiġi interpretat, sa fejn huwa possibbli, fis‑sens tal-konformità tiegħu mad-dispożizzjonijiet tat-Trattati. Il-Qorti tal-Ġustizzja b’hekk ikkunsidrat li l-Artikolu 4(1)(a) tad‑Deċiżjoni 2004/258, moqri flimkien mat-tieni sentenza tal‑Artikolu 10(4) tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipproteġi l-kunfidenzjalità tar-riżultat tad‑deliberazzjonijiet tal-Kunsill Governattiv, mingħajr ma huwa meħtieġ li r-rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti li jinkludu dan ir-riżultat jiġi suġġett għall-kundizzjoni li l-iżvelar tiegħu jippreġudika l-protezzjoni tal-interess pubbliku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>BĊE vs Espírito Santo Financial (Portugal)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑442/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1117">EU:C:2019:1117</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fis-sentenza appellata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara l-punti 38 sa 41 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>, il-Qorti Ġenerali rreferiet ukoll għat‑tieni sentenza tal-Artikolu 10(4) tal-Protokoll dwar SEBĊ u l-BĊE kif ukoll għall-Artikolu 14.4 tal-imsemmi protokoll, li jistabbilixxi l‑kompetenza tal-Kunsill Governattiv sabiex jopponi l-eżerċizzju ta’ funzjonijiet nazzjonali mill-BĊN, sabiex tinterpreta l-ewwel subparagrafu tal‑Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 2004/258 u sabiex tiddikjara li d‑dokument kontenzjuż kien effettivament dokument intiż għal użu intern, sa fejn kien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>intiż li jagħti informazzjoni u appoġġ għad‑deliberazzjonijiet tal-Kunsill Governattiv<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> fil-kuntest tal‑kompetenzi mogħtija lilu fl-Artikolu 14.4 tal-Protokoll dwar is‑SEBĊ u l-BĊE. Billi jqiegħed l-enfasi fuq id-deliberazzjonijiet tal‑Kunsill Governattiv bħala għan tad-dokument kontenzjuż, dan il-qari tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati mill-Qorti Ġenerali jikkorrobora, fl‑opinjoni tiegħi, l-interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal‑Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 2004/258 li jitlob rabta bejn id‑dokument ikkonċernat u l-proċess deċiżjonali, pendenti jew magħluq, li jinvolvi każ konkret.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>F’dan il-mument u f’dan il-kuntest, għandha tiġi evalwata l‑klassifikazzjoni tad-dokument kontenzjuż bħala dokument użat għal użu intern fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tad‑Deċiżjoni 2004/258.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-klassifikazzjoni tad-dokument kontenzjuż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li parti mill-motivazzjoni tad‑deċiżjoni tal-BĊE li tirrigwarda r-rifjut ta’ aċċess għad-dokument kontenzjuż, hija fformulata b’dan il-mod:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>Sa fejn il-parir legali jirrigwarda kwistjonijiet ġenerali relatati mal‑applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikolu 14.4 tal-Istatuti tas‑SEBĊ, huwa ma jeżaminax il-każ speċifiku tal-provvista ta’ likwidità b’urġenza (PLU) lill-banek Griegi, u lanqas ma jevalwa l-legalità ta’ deċiżjonijiet oħra konkreti meħuda mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE bis‑saħħa tal‑Artikolu 14.4 tal-Istatuti tas-SEBĊ, inkluż deċiżjonijiet li jopponi jew le proposta ta’ BĊN dwar il-provvista ta’ likwidità b’urġenza […]</P><P>Il-Bord Eżekuttiv jippreċiża li t-talba magħmula f’dan il-każ tirrigwarda parir legali mitlub sabiex il-korpi deċiżjonali tal-BĊE jingħataw informazzjoni legali aħjar fid-dawl tad-diskussjonijiet u riflessjonijiet interni tagħhom u li bħala tali, dan il-parir huwa wkoll protett mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni [2004/258] […]</P><P>Peress li l-parir legali kien intiż sabiex jipprovdi perizja legali li tippermetti li jiġi ppreċiżat il-kuntest ġuridiku, li jżid mar‑riflessjonijiet interni tal-korpi deċiżjonali u li jissostanzja d‑deliberazzjonijiet u konsultazzjonijiet dwar il-PLU, mhux biss fl-2015 iżda wkoll f’okkażjonijiet futuri. Bħala tali, il-parir legali huwa utli għal kull eżami attwali jew futur ta’ sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 14.4 tal-Istatuti tas-SEBĊ (dispożizzjoni dwar il-funzjonijiet nazzjonali tal-BĊN – pereżempju l‑previżjoni ta’ PLU – u dwar ir-regoli legali u l-kundizzjonijiet li l-BĊE tista’ timponi fuq il-BĊN f’dan il-kuntest) […]<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-motivazzjoni u tal-eżami tal-kontenut tad‑dokument kontenzjuż, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li d-dokument kontenzjuż ma kienx marbut ma’ proċedura konkreta u, konsegwentement, ma kienx jikkostitwixxi dokument li sussegwentement għalih il-BĊE ħa pożizzjoni f’każ konkret b’mod definittiv, li, madankollu, ma kienx tali li jeskludi l-imsemmi dokument mill-kamp ta’ applikazzjoni tal‑eċċezzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tad‑Deċiżjoni 2004/258, u dan għal żewġ raġunijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Għandu jiġi enfasizzat li, fil-punt 76 tar-risposta tiegħu u wara li fakkar il-punti ta’ evalwazzjoni adottati mill-Qorti Ġenerali, il-BĊE indika li d-dikjarazzjonijiet ta’ din tal-aħħar kienu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>legalment inkontestabbli<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, u b’hekk esprima l-qbil tiegħu mingħajr riżervi mal-analiżi li saret minn din il-qorti.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fi tmiem analiżi ta’ interpretazzjoni komparattiva tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 2004/258 u tal‑Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, il-Qorti Ġenerali, l‑ewwel nett, enfasizzat li l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fl‑ewwel dispożizzjoni ċċitata ma kinitx tirrikjedi li l-BĊE jipprova li l-iżvelar tad-dokument kontenzjuż jikkawża preġudizzju serju għall-proċess deċiżjonali tiegħu u li, għalhekk, il-fatt li d-dokument kontenzjuż ma huwiex marbut ma’ proċedura konkreta ma kienx suffiċjenti sabiex tiġi eskluża l‑applikazzjoni ta’ din l-eċċezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Din l-evalwazzjoni bbażata fuq differenza fil-kliem meta mqabbel ma’ regola li ma taqax fil-qafas legali applikabbli fir-rigward tan-natura tad-dokument kontenzjuż, marbut mal-eżerċizzju tal-attività prinċipali tal-BĊE, tidher li ma hijiex rilevanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>L-istess japplika għar-riferiment li sar mill-appellanti għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170713">13 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Saint-Gobain Glass Deutschland vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-60/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:540">EU:C:2017:540</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) dwar l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess previst fl‑ewwel paragrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 u li tirrigwarda l-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali, fil-kuntest speċifiku ta’ talba għal aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent.</P></NOTE>. Għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali ma pproċedietx b’interpretazzjoni letterali intrinsika tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 2004/258 u b’mod iktar partikolari tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>anki wara li d-deċiżjoni tkun ittieħdet<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, u lanqas ma ħadet inkunsiderazzjoni t-termini tal-premessa 3 ta’ dan l-att. Il‑konstatazzjoni li l-eċċezzjoni mid-dritt ta’ aċċess previst fid‑dispożizzjoni hawn fuq imsemmija ma hijiex suġġetta<?PAGE NO="16"?> għal kundizzjoni ta’ prova ta’ kwalunkwe effett sfavorevoli tal-iżvelar tad‑dokument ikkonċernat ma tirrispondix il-mistoqsija dwar jekk dan tal-aħħar jaqax fid-definizzjoni ta’ dokument intiż għal użu intern, fir‑rigward tar-rabta tiegħu ma’ proċedura deċiżjonali, u jaqax, għaldaqstant, fil‑kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija eċċezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li d-dokument kontenzjuż kien intiż sabiex jagħti, b’mod ġenerali, appoġġ għad‑deliberazzjonijiet li l-Kunsill Governattiv huwa mistenni li jieħu abbażi tal‑Artikolu 14.4 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE, matul is‑sena 2015 u sussegwentement, u li dan kien, għaldaqstant, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>dokument preparatorju, fid-dawl tal-adozzjoni ta’ eventwali deċiżjonijiet tal-korpi tal-BĊE<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Minn din il-motivazzjoni jirriżulta li l-użu intern tad-dokument inkwistjoni jista’ jiġi kkonċepit f’perspettiva, ftit jew wisq distanti, tal‑adozzjoni ta’ att fil-kuntest ta’ proċedura li tinvolvi sitwazzjoni speċifika. Is-sempliċi possibbiltà ta’ rabta tad-dokument ma’ proċedura amministrattiva futura u ipotetika hija għalhekk suffiċjenti, skont il-Qorti Ġenerali, sabiex dan id-dokument jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>preparatorju<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> u sabiex tqiegħdu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tad‑Deċiżjoni 2004/258.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Jidhirli li din l-evalwazzjoni tirriżulta minn interpretazzjoni wiesgħa wisq tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>preparatorju<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> u, b’dan il-mod, tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-eċċezzjoni li tippermetti lill-BĊE li jirrifjuta l‑aċċess għal kull dokument, ikun x’ikun, minħabba użu minnu potenzjalment intern fil-futur. Dan l-approċċ b’hekk ippermetta li jirrendi kunfidenzjali, f’dan il-każ, dokument li l-uniku għan tiegħu huwa li jżid ma’ riflessjoni dwar tema legali ta’ natura ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Ċertament tista’ ssir diskussjoni dwar il-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>rabta<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> tad-dokument ma’ proċedura amministrattiva pendenti jew magħluqa. Għandu jkun dokument li b’mod ċar huwa ddelimitat mill-fatt li jagħmel parti minn fajl relatat ma’ tali proċedura jew, jekk tiġi aċċettata interpretazzjoni inqas stretta iżda perfettament konċepibbli, dokument sempliċement relatat mal-kwistjonijiet ittrattati f’dan il-proċess, jiġifieri li jirrigwarda l‑imsemmija kwistjonijiet, mingħajr saħansitra ma jkun ġie speċifikatament abbozzat jew riċevut fil-kuntest tal-imsemmi proċess?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Jibqa’ l-fatt li din id-diskussjoni tippreżupponi l-eżistenza ta’ proċess intern ta’ deliberazzjoni li jwassal <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT> għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni individwali dwar il-mertu rigward sitwazzjoni speċifika. F’dan ir‑rigward, għandu jiġi enfasizzat li, fil-punt 28 tar-risposta tiegħu ppreżentata quddiem il-Qorti Ġenerali, il-BĊE indika b’mod ċar li d‑<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>deċiżjonijiet tal-BĊE skont l-Artikolu 14.4 tal-Istatuti tas-SEBĊ huma dejjem deċiżjonijiet individwali<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> rigward ir-relazzjonijiet tiegħu mal‑BĊN li jagħtu l-likwidità b’urġenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Issa, minkejja li d-deċiżjoni tal-BĊE li tirrifjuta l-aċċess tmur lura għas-<DATE ISO="20171016">16 ta’ Ottubru 2017</DATE>, jiġifieri iktar minn sentejn wara r-redazzjoni tad-dokument kontenzjuż bid-data tat-<DATE ISO="20150423">23 ta’ April 2015</DATE>, il-motivazzjoni ta’ din id-deċiżjoni ma ssemmi l-ebda proċess pendenti ta’ deliberazzjoni li jirrigwarda sitwazzjoni speċifika jew deċiżjoni individwali li magħhom l-imsemmi dokument huwa marbut direttament bħala relatat permezz tal-kontenut tiegħu mal-kwistjonijiet ittrattati fih. Kif tfakkar, id-deċiżjoni li tirrigwarda r-rifjut ta’ aċċess sempliċement issemmi dokument intiż sabiex jagħti appoġġ għad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>deliberazzjonijiet u konsultazzjonijiet dwar il-PLU, mhux biss fl-2015 iżda wkoll f’okkażjonijiet futuri<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> u utli għal kull eżami <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>attwali jew futur<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> ta’ sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 14.4 tal‑Istatuti tas-SEBĊ, mingħajr spjegazzjonijiet ulterjuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, filwaqt li l-ispazju għal riflessjoni interna tal-BĊE għandu, mingħajr l-iċken dubju, jiġi protett, dan għandu jsir b’korrelazzjoni mal-għan tiegħu, jiġifieri dak li jitħejjew deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu fil-kuntest ta’ proċeduri amministrattivi speċifiċi, li għandhom jiġu indirizzati lil terzi, li effettivament huwa tali li jiggarantixxi l-indipendenza ta’ din l-istituzzjoni fit-twettiq tal‑kompiti tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi, fl-opinjoni tiegħi, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-BĊE seta’, f’tali ċirkustanzi, jirrifjuta l-aċċess għad-dokument kontenzjuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tiddikjara, kif qiegħed nipproponi, bħala ammissibbli u fondata t-tieni parti tat-tielet aggravju, ikun hemm lok li l-appell jintlaqa’ u li s-sentenza appellata tiġi annullata. Il-kawża għandha, fl-opinjoni tiegħi, tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali, skont l‑ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, peress li t-tilwima ma hijiex fi stat li tiġi deċiża. Fil-fatt, peress li r‑rikors għal annullament kontra r-rifjut ta’ aċċess ġie miċħud fuq is-sempliċi konstatazzjoni tal-fondatezza tal-eċċezzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 2004/258, hemm lok li l‑kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi dwar l-ewwel aggravju ta’ annullament tal-appellanti ibbażat fuq ksur tat‑tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tal-imsemmija deċiżjoni, relatat mal‑protezzjoni tal-pariri legali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VII.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara ammissibbli u fondata t-tieni parti tat-tielet aggravju u, konsegwentement, tilqa’ l-appell.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>