|
29.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/692
tat-28 ta’ Marzu 2023
li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta’ Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/452/PESK (1), li estendiet il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) stabbilita permezz tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK (2). |
|
(2) |
Fis-17 ta’ Ottubru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1970 (3) dwar l-iskjerament fl-Armenja, sad-19 ta’ Diċembru 2022, ta’ osservaturi tal-UE minn EUMM Georgia. |
|
(3) |
Fil-25 ta’ Novembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2318 (4), li estendiet l-EUMM Georgia sal-14 ta’ Diċembru 2024. |
|
(4) |
Fid-19 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2507 (5), li pprevediet l-iskjerament ta’ tim minn EUMM Georgia fl-Armenja sabiex isaħħaħ l-għarfien tal-Unjoni dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà bil-ħsieb li jikkontribwixxi għall-ippjanar u t-tħejjija ta’ missjoni ċivili possibbli tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni fl-Armenja. |
|
(5) |
Fit-23 ta’ Jannar 2023, permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/162 (6), il-Kunsill stabbilixxa l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA), li tniedet fl-20 ta’ Frar 2023 permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/386 (7). |
|
(6) |
Minħabba li l-iskjerament mill-EUMM Georgia ta’ tim fl-Armenja ma għadux neċessarju, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/452/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 3a tad-Deċiżjoni 2010/452/PESK huwa mħassar.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tapplika mill-20 ta’ Frar 2023.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. BUSCH
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta’ Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43).
(2) L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK tal-15 ta’ Settembru 2008 dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1970 tas-17 ta’ Ottubru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (ĠU L 270, 18.10.2022, p. 93).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2318 tal-25 ta’ Novembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (ĠU L 307, 28.11.2022, p. 133).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2507 tad-19 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (ĠU L 325, 20.12.2022, p. 110).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/162 tat-23 ta’ Jannar 2023 dwar missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA (ĠU L 22, 24.1.2023, p. 29).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/386 tal-20 ta’ Frar 2023 li tniedi l-missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/162 (ĠU L 53, 21.2.2023, p. 17).