<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-465/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0465</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:640">EU:C:2017:640</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20170907">7.9.2017</DATE> – KAWŻA C‑465/15</P><P>HÜTTENWERKE KRUPP MANNESMANN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20170907">7 ta’ Settembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u fuq l-elettriku</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/96/KE</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(4)(b)</KEYWORD><KEYWORD>Elettriku użat prinċipalment għar-riduzzjoni kimika</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑465/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (qorti tal-finanzi ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20150819">19 ta’ Awwissu 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt Duisburg,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn E. Juhász, President tal-Awla, C. Vajda (Relatur) u K. Jürimäe, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: X. Lopez Bancalari, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20161117">17 ta’ Novembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH, minn K. Möhlenkamp, avukat, u C. Palme,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Hauptzollamt Duisburg, minn H. Tulowitzki u P. Germelmann, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn M. Holt u D. Robertson, bħala aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Tomat u M. Wasmeier, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20170119">19 ta’ Jannar 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-<DATE ISO="20031027">27 ta’ Ottubru 2003</DATE>, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Hüttenwerke Krupp<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-Hauptzollamt Duisburg (uffiċċju prinċipali tad-dwana ta’ Duisbourg, il-Ġermanja, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>uffiċċju prinċipali tad-dwana<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar iċ-ċaħda tal-eżenzjoni fiskali ppreżentat minn Hüttenwerke Krupp fir-rigward tal-elettriku użat fl-istabbiliment tagħha f’Novembru 2012 għat-tħaddim ta’ fann turbo.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessi 2 sa 7, 11, 12 u 22 tad-Direttiva 2003/96:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(2)</NO.P><TXT>L-assenza ta’ proviżżjonijiet tal-Komunità li timponi rata minima ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku u prodotti ta’ enerġija minbarra żjut minerali tista’ taffetwa ħażin il-funzjonijiet kif suppost tas-suq intern.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Il-funzjonijiet kif suppost tas-suq intern u s-seħħ ta’ għanijiet ta’ politiki oħra tal-Kommunità jinħtieġu livelli minimi ta’ tassazzjoni li jkunu stabbiliti fuq livell Kommunitarju għall-bosta mill-prodotti tal-enerġija, u jinkludu l-elettriku, gass naturali u faħam.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Differenzi sostanzjali dwar livelli nazzjonali ta’ tassazzjoni fuq l-enerġija minn Stati Membri tista’ tkun ta’ detriment għall-funzjonament kif suppost tas-suq intern.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>L-istabbilament ta’ livelli minimi u approprijati ta’ tassazzjoni mill-Kommunità tista’ tnaqqas differenzi eżistenti ta’ tassazzjoni fil-livell nazzjonali.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 6 tat-Trattat [KE], il-ħtiġijiet dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u implimentazzjoni ta’ politiki oħra tal-Komunità.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Bħala sieħba tal-konvenzjoni kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar tibdil fil-klima, il-Komunità irratifikat il-Protokoll ta’ Kyoto. It-tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u, fejn xieraq, ta’ l-elettriku hija waħda mill-istrumenti disponibbli biex jinkisbu l-iskopijiet tal-Protokoll ta’ Kyoto.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Arranġamenti fiskali magħmula b’konnessjoni ma’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-qafas fi ħdan il-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku huma suġġett għal kull Stat Membru li jiddeċiedi. F’dan ir-rigward, Stati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jgħollux il-piż globali tat-taxxa jekk huma jikkonsidraw li l-implimentazzjoni ta’ dan il-prinċipju ta’ newtralità fuq it-taxxa jista’ jikkontribwixxi għall-ristrutturar u l-immodernizzar tas-sistema tagħhom ta’ tassazzjoni billi jinkoraġixxi aġir li jwassal għall-protezzjoni ikbar ta’ l-ambjent u li jżid ix-xogħol.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Prezzijiet fuq l-enerġija huma elementi importanti għall-politiki tal-Komunità dwar enerġija, trasport u ambjent.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(22)</NO.P><TXT>Prodotti ta’ enerġija essenzalment għandhom ikunu suġġett għall-qafas fi ħdan il-Komunità meta jkunu użati bħala karburant li jsaħħan [kombustibbli] jew karburant għall-karozzi. Għal dan il-għan, hija fin-natura u l-loġika tas-sistema ta’ taxxa li teskludi mill-iskop ta’ dan il-qafas l-użu doppju u użu ta’ prodotti ta’ enerġija li mhux karburant kif ukoll ipproċessar tal-mineraloġija. Elettriku użata bl-istess manjiera għandha tiġi ttrattat l-istess.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/96 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jintaxxaw il-prodotti tal-enerġija u l-elettriku skont din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tal-imsemmija direttiva jiddefinixxi l-prodotti tal-enerġija, billi jinkludi lista ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382). L-Artikolu 2(2) tal-imsemmija direttiva jippreċiża li hija tapplika wkoll għall-elettriku li jaqa’ taħt il-kodiċi 2716 tal-imsemmija nomenklatura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(4) tal-istess direttiva jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Din id-Direttiva ma tapplikax għal:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-użu kif imniżżel hawn taħt ta’ prodotti ta’ enerġija u elettriku:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>prodotti ta’ enerġija użati mhux bħala karburant tal-karozzi jew karburant biex isaħħan [kombustibbli],</P></ITEM><ITEM><P>użu doppju ta’ prodotti ta’ enerġija.</P><P>Prodott ta’ l-enerġija għandu użu doppju meta jiġi użat kemm bħala karburant li jsaħħan u kif ukoll għal skopijiet oħra barra minn karburant tal-karozzi jew karburant li jsaħħan. L-użu ta’ prodotti ta’ enerġija għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika] u fi trattamenti elettrolitiki u metallurġiki għandhom jiġu kkonsidrati bħal użu doppju.</P></ITEM><ITEM><P>elettriku meta huwa użat prinċipalment għat-tnaqqis ta’ kimiki u fi trattamenti elettrolitiki u metallurġiki.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt Ġermaniż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9bis tal-iStromsteuergesetz (liġi dwar it-taxxa fuq l-elettriku), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Maħfra, rimbors jew tpaċija tat-taxxa imposta fuq l-elettriku għandhom jingħataw fuq talba jekk jiġi attestat li l-elettriku jkun ġie ntaxxat u użat minn impriża tas-settur tal-manifattura</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>għar-reazzjonijiet tar-riduzzjoni kimika,</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="4"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Hüttenwerke Krupp topera impjant tal-azzar. Hija tipproduċi ħadid fondut grezz f’temperatura għolja fil-fran tal-blast permezz ta’ proċess ta’ riduzzjoni kimika, bl-użu tal-mineral tal-ħadid u tal-faħam tal-kokk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-istabbiliment jinkludi fannijiet turbo, imħaddma b’muturi elettriċi, li permezz tagħhom l-arja ambjentali hija kompressa sabiex titwassal lejn il-cowpers. L-arja kompressa, li wara tiġi msaħħna mill-ġdid, hija sussegwentement injettata permezz ta’ fannijiet oħra f’forn tal-blast fejn isseħħ riduzzjoni kimika li matulha l-mineral tal-ħadid huwa ttrasformat progressivament f’ħadid billi l-monossidu tal-karbonju jiġi miżjud f’temperatura għolja. L-injezzjoni tal-arja sħuna kompressa hija neċessarja sabiex tinbeda u tinżamm ir-riduzzjoni kimika fil-forn tal-blast.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130426">26 ta’ April 2013</DATE>, Hüttenwerke Krupp talbet lill-uffiċċju prinċipali tad-dwana l-eżenzjoni, skont l-Artikolu 9bis tal-liġi dwar it-taxxa fuq l-elettriku, ta’ <FT TYPE="DECIMAL">20585.2</FT> MWh ta’ elettriku użati f’Novembru 2012 għat-tħaddim ta’ fann turbo. Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20140604">4 ta’ Ġunju 2014</DATE>, l-uffiċċju tad-dwana ċaħad din it-talba. Huwa ċaħad ukoll l-ilment imressaq minn Hüttenwerke Krupp kontra din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Hüttenwerke Krupp ippreżentat rikors kontra l-imsemmija deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Hija ssostni li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>elettriku […] użat prinċipalment għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> imsemmi fit-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96 ikopri kull użu tal-elettriku li jservi għall-proċess tar-riduzzjoni kimika, kif turi l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>għat-<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> użata fil-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. Fl-opinjoni tagħha, dan il-kunċett jinkludi l-proċess kollu għat-twettiq tar-riduzzjoni kimika, mingħajr ma ssir distinzjoni bejn l-istadji differenti tal-proċess. Il-produzzjoni u t-twassil ta’ arja kompressa, li mingħajrha dan il-proċess ma jkunx possibbli, jikkostitwixxu wkoll parti mill-proċess ta’ riduzzjoni kimika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-uffiċċju prinċipali tad-dwana jsostni li l-elettriku għandu jintuża direttament għall-proċess ta’ riduzzjoni kimika u mhux fl-istabbilimenti awżiljarji jew sekondarji fi stadju ieħor tal-produzzjoni, anki jekk l-imsemmija stabbilimenti huma indispensabbli għall-produzzjoni tal-ħadid fondut grezz. L-elettriku użat f’fann turbo li jitħaddem iktar ’il fuq fil-katina ta’ attivitajiet tal-proċess proprju ta’ riduzzjoni kimika ma jistax jitqies li jintuża direttament għal dan il-proċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li l-eżitu tat-tilwima pendenti quddiemha tiddependi mill-interpretazzjoni li għandha tingħata għall-kliem tal-Artikolu 9a(1) tal-liġi dwar it-taxxa fuq l-elettriku, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, li jimplementa t-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, l-imsemmija qorti ssostni li l-użu ta’ arja ambjentali kompressa u msaħħna f’forn tal-blast huwa komponent indispensabbli tal-proċess ta’ forn tal-blast u għalhekk tal-proċess ta’ riduzzjoni kimika, li għalhekk ma għandux jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>proċess preċedenti li diġà ntemm<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. Hija żżid li l-arja sħuna kompressa hija prodotta bl-iskop uniku li l-forn tal-blast jiġi pprovdut b’element assolutament neċessarju għar-riduzzjoni kimika.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Düsseldorf (qorti tal-finanzi ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>It-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96 […] għandu jiġi interpretat, fir-rigward tal-proċess ta’ sħana għolja għall-produzzjoni ta’ metall mhux ipproċessat [ħadid fondut grezz], fis-sens li l-kurrent li jdawwar il-fannijiet turbo għandu, huwa stess, jitqies li huwa kurrent użat prinċipalment għat-tnaqqis tal-kimika [riduzzjoni kimika]?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-elettriku użat għat-tħaddim ta’ fannijiet turbo intiżi għall-kompressjoni ta’ arja li sussegwentement tintuża f’forn tal-blast fil-proċess ta’ produzzjoni ta’ ħadid fondut grezz permezz tar-riduzzjoni kimika tal-mineral tal-ħadid huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>elettriku […] użat prinċipalment għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Din il-kwistjoni tqajjem, fil-fatt, dik tal-grad tar-rabta li għandha teżisti bejn l-elettriku u r-riduzzjoni kimika sabiex ikun jista’ jitqies li l-elettriku jkun qed jintuża <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>prinċipalment għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96 jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha sensiela ta’ prodotti tal-enerġija u l-elettriku li jintużaw għall-finijiet imsemmija f’dan l-artikolu. Għaldaqstant, il-prodotti tal-enerġija u l-elettriku li jaqgħu taħt din id-dispożizzjoni ma humiex intaxxati skont din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/96 l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>elettriku […] użat prinċipalment għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> imsemmi fit-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>It-tifsira ordinarja tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>elettriku […] użat prinċipalment għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> fil-varji verżjonijiet lingwistiċi tal-imsemmi tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tissuġġerixxi li rabta mill-bogħod bejn l-użu tal-elettriku u r-riduzzjoni kimika hija insuffiċjenti sabiex dan l-użu jkun jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, kif huwa insuffiċjenti wkoll għal dan il-għan l-użu tal-elettriku li ma huwiex meħtieġ sabiex tinkiseb ir-riduzzjoni kimika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, il-formulazzjoni tad-Direttiva 2003/96 ma tippermettix, fiha nnifisha, li jiġi ddeterminat jekk teżistix rabta suffiċjentement stretta bejn l-elettriku użat għal għan bħal dak fil-kawża prinċipali u r-riduzzjoni kimika, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mill-leġiżlazzjoni li minnha din id-direttiva tifforma parti (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140910">10 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Holger Forstmann Transporte</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑152/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2184">EU:C:2014:2184</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tal-imsemmija direttiva, din ma tapplikax għall-prodotti tal-enerġija b’użu doppju. Għandu jingħad ukoll li din id-dispożizzjoni fiha definizzjoni ta’ prodotti tal-enerġija b’użu doppju, li minnha jirriżulta li prodott tal-enerġija għandu użu doppju meta jintuża kemm bħala kombustibbli kif ukoll għal skopijiet oħra għajr dawk ta’ karburant jew ta’ kombustibbli. L-użu ta’ prodotti tal-enerġija b’mod partikolari għar-riduzzjoni kimika għandu jitqies li huwa użu doppju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96 għandu jinqara fid-dawl tal-premessa 22 tagħha li tgħid li l-prodotti tal-enerġija għandhom essenzjalment ikunu suġġetti għal qafas regolamentari Komunitarju meta jintużaw bħala karburant jew bħala kombustibbli. Minn din il-premessa jirriżulta wkoll li huwa inerenti għan-natura u għal-loġika tas-sistema ta’ tassazzjoni li b’mod partikolari l-prodotti tal-enerġija b’użu doppju jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-qafas, u li l-elettriku użat bl-istess mod għandu jibbenefika minn trattament analogu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Hekk kif il-Kummissjoni sostniet fl-osservazzjonijiet tagħha, huwa minħabba l-interkambjabbiltà tal-prodotti tal-enerġija u tal-elettriku li l-leġiżlatur tal-Unjoni għażel li jirriżerva trattament analogu għal dawn il-prodotti, għall-finijiet tad-delimitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/96 u, għalhekk, għall-finijiet tal-intaxxar tagħhom skont din id-direttiva. Tali determinazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tagħha tippermetti, fil-fatt, li jiġu ffissati livelli minimi ta’ intaxxar fuq l-iskala tal-Unjoni Ewropea b’mod globali kemm għall-prodotti tal-enerġija kif ukoll għall-elettriku u hija intiża, fl-aħħar mill-aħħar, sabiex jintlaħaq l-għan doppju tal-imsemmija direttiva, kif stabbilit fil-premessi 2 sa 6, 7, 11 u 12 tagħha, jiġifieri, minn naħa, li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern fis-settur tal-enerġija u, min-naħa l-oħra, li jiġu inkoraġġiti għanijiet ta’ politika ambjentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija fil-punti 25 u 26 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi osservat li interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>elettriku […] użat prinċipalment għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, imsemmi fit-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96, li hija iktar wiesgħa minn dik irriżervata għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>prodotti ta’ enerġija [użati] għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens tat-tieni inċiż ta’ din id-dispożizzjoni, ikollha l-effett li twaqqaf it-trattament analogu mixtieq mil-leġiżlatur tal-Unjoni bejn il-prodotti tal-enerġija u l-elettriku użati bl-istess mod għall-finijiet tad-delimitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni jkollha, fil-fatt, il-konsegwenza li teskludi l-elettriku mit-taxxa ffissata mid-Direttiva 2003/96, għad-detriment ta’ prodott tal-enerġija użat bl-istess mod li, min-naħa tiegħu, huwa suġġett għat-taxxa skont din id-direttiva. Fid-dawl tal-interkambjabbiltà tal-prodotti tal-enerġija u tal-elettriku, din l-interpretazzjoni jkollha l-effett li tiffavorixxi l-użu tal-elettriku għad-detriment tal-prodotti tal-enerġija, li jmur, fl-aħħar mill-aħħar, kontra l-għan doppju li d-Direttiva 2003/96 tipprova tilħaq, imfakkar fil-punt 26 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi ppreċiżat ukoll li mid-deċiżjoni tar-rinviju ma jirriżultax li, fl-istabbiliment fil-kawża prinċipali, l-elettriku użat għat-tħaddim tal-fann turbo jintuża biss b’xi mod ieħor għat-tħaddim tal-muturi elettriċi neċessarji għall-kompressjoni tal-arja ambjentali. L-osservazzjonijiet ta’ Hüttenwerke Krupp huma bbażati wkoll fuq il-premessa li tgħid li l-elettriku użat fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali jintuża għat-tħaddim tal-fann turbo bħala forza motriċi. Barra minn hekk, Hüttenwerke Krupp ikkonfermat, waqt is-seduta, bi tweġiba għal mistoqsija magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, li huwa fil-cowpers li l-arja kkompressata li toħroġ mill-fann turbo tiġi, sussegwentement, imsaħħna mill-ġdid qabel ma tiġi injettata fil-forn tal-blast.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, jekk jiġi preżunt li l-fann turbo ikun ħadem mhux bis-saħħa tal-elettriku, iżda pjuttost bis-saħħa ta’ prodott tal-enerġija, bħad-diżil, dan tal-aħħar ma jaqax taħt il-kunċett ta’ prodott tal-enerġija b’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>użu doppju<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, fis-sens tal-ewwel sentenza tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96, li jippermettilu jibbenefika mill-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, għaliex l-użu tal-prodott tal-enerġija kkonċernat ikun iservi biss sabiex tiġi prodotta forza motriċi, li jkun jikkorrispondi għalhekk għal użu bħala karburant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għar-raġunijiet imsemmija fil-punti 26 sa 28 ta’ din is-sentenza, it-tielet inċiż ta’ din id-dispożizzjoni ma jistax jiġi interpretat fis-sens li huwa jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva l-elettriku użat għall-istess finijiet bħal dan it-tip ta’ prodott tal-enerġija, mingħajr ma jitwaqqaf it-trattament analogu mixtieq mil-leġiżlatur tal-Unjoni bejn il-prodotti tal-enerġija u l-elettriku għall-finijiet tad-delimitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/96.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li t-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-elettriku użat għat-tħaddim ta’ fannijiet turbo intiżi għall-kompressjoni ta’ arja li sussegwentement tintuża f’forn tal-blast fil-proċess ta’ produzzjoni ta’ ħadid fondut grezz permezz tar-riduzzjoni kimika tal-mineral tal-ħadid ma huwiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>elettriku […] użat prinċipalment għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">It-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-<DATE ISO="20031027">27 ta’ Ottubru 2003</DATE>, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-elettriku użat għat-tħaddim ta’ fannijiet turbo intiżi għall-kompressjoni ta’ arja li sussegwentement tintuża f’forn tal-blast fil-proċess ta’ produzzjoni ta’ ħadid fondut grezz permezz tar-riduzzjoni kimika tal-mineral tal-ħadid ma huwiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>elettriku […] użat prinċipalment għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>