|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5674 |
19.9.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11681 – AMUNDI / MARGUERITE / ZE WAY INVEST / ZE ENERGY JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5674)
1.
Fil-11 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
WIFRA (Franza), ikkontrollata minn ESR Alba II FCPR (Franza) u Amundi Seed Alba II FCPR (Franza), żewġ fondi ġestiti indirettament minn Amundi SA (“Amundi”, Franza), sussidjarja tal-grupp Crédit Agricole SA (“Crédit Agricole”, Franza), |
|
— |
Marguerite II SCSp (“Marguerite II”, il-Lussemburgu), |
|
— |
ZE Way Invest SAS (“Ze Way Invest”, Franza), |
|
— |
ZE Energy SAS (“Ze Energy”, Franza), ikkontrollata minn Ze Way Invest u Marguerite II. |
WIFRA, Marguerite II, u Ze Way Invest se jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Ze Energy.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
WIFRA tiffoka fuq investimenti diretti fl-infrastruttura, b’mod partikolari fuq is-settur tat-tranżizzjoni tal-enerġija u tad-dekarbonizzazzjoni. Amundi hija kumpanija tal-ġestjoni tal-assi b’portafoll ta’ assi ddedikati għat-tranżizzjoni tal-enerġija, inklużi l-infrastruttura tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, id-distribuzzjoni tal-enerġija u l-infrastruttura tal-effiċjenza, u l-infrastruttura tal-konsumatur. Crédit Agricole jispeċjalizza fil-ġestjoni tal-assi kemm għall-klijenti istituzzjonali kif ukoll għall-klijenti mhux professjonali, u jkopri l-klassijiet kollha tal-assi, |
|
— |
Marguerite II huwa fond ta’ investiment b’enfasi partikolari fuq is-setturi tal-enerġija rinnovabbli, tal-enerġija, tat-trasport u diġitali, |
|
— |
ZE Way Invest tipprovdi pariri strateġiċi lill-kumpaniji li jiffukaw fuq l-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija fis-setturi tal-produzzjoni tal-enerġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u tal-mobbiltà elettrika, |
|
— |
Ze Energy tiżviluppa, tibni u topera impjanti tal-enerġija solari ibridi “fotovoltajċi + ħżin”. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11681 – AMUNDI / MARGUERITE / ZE WAY INVEST / ZE ENERGY JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5674/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)