Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Strateġija tal-UE għall-appoġġ, il-protezzjoni u t-tisħiħ tas-soċjetà ċivili
(opinjoni mitluba mill-Kummissjoni Ewropea (1))
(C/2025/5160)
Relaturi ġenerali:
Pietro Vittorio BARBIERI
Peter SCHMIDT
Christa SCHWENG
|
Bażi legali
|
Artikolu 51(2) tar-Regoli ta’ Proċedura
|
|
Konsultazzjoni
|
13.5.2025
|
|
Bażi legali
|
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
|
|
Sezzjoni kompetenti
|
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza
|
|
Adozzjoni fis-sessjoni plenarja
|
17.7.2025
|
|
Sessjoni plenarja Nru
|
598
|
|
Riżultat tal-votazzjoni
(favur/kontra/astensjonijiet)
|
152/00/02
|
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1.
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) ġie stabbilit fl-1957 bit-Trattat ta’ Ruma bħala korp konsultattiv għall-istituzzjonijiet tal-UE. Dan jippermetti lis-soċjetà ċivili organizzata tesprimi l-fehmiet tagħha fil-livell Ewropew u twassal il-vuċi tagħha fil-proċess tat-tfassil tal-politika tal-UE. Il-KESE kellu rwol sinifikanti fl-avvanz tad-djalogu ċivili matul l-istorja, u b’din l-Opinjoni se jipprovdi lill-Kummissjoni Ewropea pjan ta’ azzjoni għal strateġija għas-soċjetà ċivili u proposta għal pjattaforma konġunta tas-soċjetà ċivili.
|
|
1.2.
|
Il-KESE jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea għal strateġija komprensiva għas-soċjetà ċivili u pjattaforma tas-soċjetà ċivili. Dan huwa ferm aktar urġenti meta wieħed iqis ix-xenarju attwali fejn id-demokrazija tinsab mhedda u l-ispazji tas-soċjetà ċivili qed jiċkienu, kemm fl-Istati Membri kif ukoll fuq livell globali.
|
|
1.3.
|
Strateġija tal-UE għas-soċjetà ċivili għandha tintroduċi miżuri bbażati fuq:
|
—
|
ambjent sikur u abilitanti għas-soċjetà ċivili;
|
|
—
|
is-sostenibbiltà u l-indipendenza (permezz tal-finanzjament); u
|
|
—
|
parteċipazzjoni ċivika u djalogu ċivili aktar b’saħħithom (permezz tal-istrutturar u t-tisħiħ tal-mekkaniżmi eżistenti).
|
|
|
1.4.
|
L-istrateġija għandha tinkludi ftehim interistituzzjonali dwar id-djalogu ċivili, iffaċilitat mill-KESE, biex jiġu żgurati prattiki konsistenti ta’ djalogu ċivili fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE.
|
|
1.5.
|
Il-KESE jisħaq ukoll li strateġija għas-soċjetà ċivili u pjattaforma ta’ djalogu ċivili għandhom ikunu akkumpanjati minn kooperazzjoni interistituzzjonali aktar b’saħħitha u djalogi aktar strutturati u inklużivi fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-KESE.
|
|
1.6.
|
Abbażi tal-esperjenza u tan-network tiegħu, il-KESE jipproponi t-tnedija ta’ proġett pilota fi sħubija mal-Kummissjoni Ewropea li jistabbilixxi djalogu wiesa’ li jibda fl-istadju bikri tal-proċess politiku. L-enfasi primarja tkun fuq kwistjonijiet relatati mad-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt, li jiġu diskussi f’kooperazzjoni mal-Grupp Ad Hoc tal-KESE dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Istat tad-Dritt (Grupp DFID). Proċessi simili ta’ djalogu wiesa’ dwar suġġetti ewlenin oħra rilevanti għas-soċjetà ċivili jistgħu jiġu proposti ladarba l-proġett jiġi implimentat u evalwat.
|
|
1.7.
|
Din il-pjattaforma:
|
—
|
tmexxi d-djalogi (iffaċilitati mill-korpi governattivi) dwar id-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt, u aktar tard tikkontribwixxi għal proċessi politiċi ewlenin, pereżempju għall-programm ta’ ħidma annwali tal-Kummissjoni;
|
|
—
|
tospita konferenza annwali dwar id-djalogu ċivili biex jiġu ppreżentati u rfinati l-abbozzi ta’ rakkomandazzjonijiet flimkien mal-partijiet interessati kollha involuti;
|
|
—
|
timmonitorja d-djalogu ċivili permezz ta’ tabella ta’ valutazzjoni annwali, li tikkontribwixxi għal rapporti ta’ djalogu ċivili biennali; u
|
|
—
|
tistabbilixxi l-pedamenti għal ftehim interistituzzjonali dwar id-djalogu ċivili, iffaċilitat mill-KESE, biex jiġu żgurati prattiki ta’ djalogu ċivili konsistenti fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE u skont il-prinċipji elenkati fil-punt 3.7.1.
|
|
|
1.8.
|
Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea timplimenta dispożizzjonijiet adegwati għat-tisħiħ tad-djalogu ċivili Ewropew fil-livelli kollha, u tipprovdi finanzjament għall-implimentazzjoni tal-pjattaforma tas-soċjetà ċivili. Il-proġett pilota propost jippermetti lill-Kummissjoni tittestja l-inizjattiva ta’ konsultazzjoni wiesgħa proposta bl-użu ta’ riżorsi addizzjonali limitati, peress li l-biċċa l-kbira tal-partijiet tal-għodod diġà huma operazzjonali.
|
2. Kummenti ġenerali
|
2.1.
|
Fl-ittra ta’ missjoni tagħha (2) lill-Kummissarju nnominat għad-Demokrazija, il-Ġustizzja u l-Istat tad-Dritt, Michael McGrath, il-President tal-Kummissjoni Ewropea indikat li sabiex jissaħħaħ id-djalogu mas-soċjetà ċivili dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u kwistjonijiet relatati, is-Sur McGrath se jingħata l-kompitu li jibni pjattaforma tas-soċjetà ċivili biex jappoġġja djalogu ċivili aktar sistematiku, u li jaħdem biex isaħħaħ il-protezzjoni tas-soċjetà ċivili, l-attivisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-ħidma tagħhom.
|
|
2.2.
|
Il-paragrafu rilevanti tal-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2025 jiddikjara li “(l-)organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol importanti fil-protezzjoni tas-sistemi u l-istituzzjonijiet demokratiċi tagħna”, u li “din il-Kummissjoni se żżid l-involviment tagħha biex tappoġġa, tipproteġi u ssaħħaħ lis-soċjetà ċivili”. Taħt “inizjattivi ġodda” fl-Anness tal-programm ta’ ħidma, il-Kummissjoni tistabbilixxi impenn biex tibni “Strateġija tal-UE għall-appoġġ, il-protezzjoni u t-tisħiħ tas-soċjetà ċivili (inizjattiva mhux leġiżlattiva, T3 2025)”. Fil-konsultazzjoni pubblika tagħha fil-Portal Semma’ Leħnek, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li l-objettivi ewlenin proviżorji tal-istrateġija se jkunu “li ssaħħaħ l-involviment sinifikanti mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fuq firxa wiesgħa ta’ politiki tal-UE u l-protezzjoni tagħhom”. Hija kompliet tgħid li l-istrateġija “se tipproponi inizjattivi biex jiġi appoġġat ambjent favorevoli, b’azzjonijiet fil-livell tal-UE biex jiġi evitat li l-ispazju ċiviku jiċkien. Se tipproponi wkoll azzjonijiet għal djalogu aħjar bejn l-awtoritajiet pubbliċi u lorganizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u kwistjonijiet relatati. Fil-livell tal-UE, dan se jinkludi l-involviment permezz ta’ Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili” (3).
|
|
2.3.
|
It-Trattat ta’ Ruma stabbilixxa l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bħala korp konsultattiv li jinvolvi rappreżentanti ta’ kategoriji ekonomiċi u soċjali u interessi ġenerali mill-Istati Membri. L-Artikolu 300 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jespandi fuq dan: “Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jkun kompost minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, ta’ impjegati, u ta’ partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, speċjalment fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali.” Il-kompitu tal-KESE huwa li jikkontribwixxi għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet bl-Opinjonijiet indipendenti tiegħu stess dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-mandat tiegħu, kif indikat mit-Trattati. Fost il-ħafna innovazzjonijiet li t-Trattat ta’ Ruma introduċa fix-xenarju Ewropew u globali hemm il-bidu tad-demokrazija parteċipattiva permezz ta’ konsultazzjonijiet diretti u strutturati mas-soċjetà ċivili organizzata. Ir-rwol tal-Kumitat huwa derivat direttament mid-demokrazija parteċipattiva, li tippermetti lir-rappreżentanti minn organizzazzjonijiet nazzjonali tal-imsieħba soċjali u tas-soċjetà ċivili jwasslu Opinjonijiet dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE, jaħdmu flimkien fi spirtu ta’ kompromess u japplikaw prinċipji demokratiċi, bl-għan li jagħtu vuċi lis-soċjetà ċivili, inklużi l-gruppi minoritarji, b’mod trasparenti.
|
|
2.4.
|
L-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li jistabbilixxi l-pedamenti għal djalogu ċivili ġenwin u strutturat fil-livell Ewropew, ġab prospetti sinifikanti għal żvilupp ulterjuri tad-demokrazija parteċipattiva. Id-djalogu ċivili jrid jimxi id f’id mad-djalogu soċjali mal-imsieħba soċjali, u b’hekk jiżgura l-parteċipazzjoni fit-tul tas-soċjetà ċivili organizzata fil-proċess Ewropew tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
|
|
2.5.
|
Bħala d-dar tad-demokrazija parteċipattiva, il-KESE jservi ta’ pjattaforma għall-parteċipazzjoni mifruxa tas-soċjetà ċivili u bħala xprun tal-isforzi biex is-soċjetà ċivili ssib post fuq il-mejda tal-UE. Il-KESE jaġixxi bħala sinjal, li jiggwida lis-soċjetà ċivili lejn il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE. Il-funzjoni ewlenija tiegħu huwa li jippromovi, jorganizza u jidderieġi d-demokrazija parteċipattiva fost l-istituzzjonijiet tal-UE.
|
|
2.6.
|
Il-Kumitat, ilu mill-1992, jipproduċi korp sinifikanti ta’ Opinjonijiet, studji u dikjarazzjonijiet dwar id-djalogu ċivili u d-demokrazija parteċipattiva. Dan kollu huwa miġbur fil-qosor fil-pubblikazzjoni aġġornata fuq bażi kontinwa bl-isem Compendium on Participatory Democracy: A success story written by the EESC (4).
|
|
2.7.
|
Din li ġejja hija lista ta’ kisbiet u pubblikazzjonijiet li jistħoqqilhom b’mod partikolari jissemmew.
|
—
|
KESE, Information report on The Citizens’ Europe (Rapport ta’ informazzjoni dwar l-Ewropa taċ-Ċittadini [mhux disponibbli bil-Malti]) tat-8 ta’ April 1992, li fetaħ is-suġġett tad-djalogu maċ-ċittadini u r-rappreżentanti tagħhom.
|
|
—
|
L-Opinjoni fuq inizjattiva proprja bl-isem The role and contribution of civil society organisations in the building of Europe (Ir-rwol u l-kontribut tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-bini tal-Ewropa [mhux disponibbli bil-Malti]) tat-22 ta’ Settembru 1999, li stimulat u akkumpanjat l-adozzjoni tal-Artikolu 11 tat-TUE.
|
|
—
|
Il-ħolqien tal-Grupp ta’ Kuntatt fl-2004 (mal-organizzazzjonijiet u man-networks Ewropej tas-soċjetà ċivili) biex jipprovdi qafas għad-djalogu politiku u l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet trażversali ta’ interess komuni. Il-grupp huwa magħmul minn membri tal-KESE u 47 organizzazzjoni u network Ewropew. Ta’ min jinnota li l-KESE kien l-ewwel korp tal-UE li adotta proċess ta’ demokrazija parteċipattiva.
|
|
—
|
L-avveniment annwali tal-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili ospitat mill-KESE biex isir djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mas-soċjetà ċivili f’sens usa’ biex jitrawwem djalogu dwar kwistjonijiet ewlenin li qed tiffaċċja l-Ewropa. Il-KESE huwa d-dar tas-soċjetà ċivili organizzata, u jipprovdi pjattaforma għal dawn il-gruppi biex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom u jikkontribwixxu għat-tfassil tal-politika tal-UE.
|
|
—
|
It-twaqqif tal-Grupp Ad Hoc dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) fl-2013, li għandu l-kompitu li jmexxi l-politika tal-KESE dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej u jagħmel rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet istituzzjonali biex jiġi żviluppat aktar dan l-istrument. Il-Grupp Ad Hoc iżomm kuntatti regolari kemm mal-organizzaturi tal-IĊE kif ukoll mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jappoġġjaw b’mod attiv l-IĊE u ċ-ċittadinanza attiva. Uħud minnhom huma msieħba permanenti fl-avveniment annwali ewlieni tal-KESE, Jum l-IĊE (li sar matul il-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili mill-2024).
|
|
—
|
Il-korpi tar-relazzjonijiet esterni tal-KESE, li jimmonitorjaw il-politiki tal-UE dwar il-kummerċ u l-iżvilupp permezz ta’ djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili minn pajjiżi u reġjuni mhux tal-UE li magħhom l-UE għandha relazzjonijiet formali.
|
|
—
|
L-istabbiliment tal-Grupp Ad Hoc dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Istat tad-Dritt fl-2018 biex jiġġieled iż-żieda fil-populiżmu u t-tnaqqis fl-ispazji tas-soċjetà ċivili. Il-Grupp DFID għandu l-għan li jivvaluta l-istat tad-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fl-Istati Membri. Jagħti attenzjoni partikolari lid-drittijiet li huma kruċjali għas-soċjetà ċivili, inklużi l-imsieħba soċjali, bħal-libertà ta’ assoċjazzjoni, il-libertà ta’ għaqda, il-libertà tal-espressjoni (inkluża l-libertà tal-media), id-dritt ta’ nondiskriminazzjoni, u s-sitwazzjoni aktar ġenerali tal-istat tad-dritt. Ir-rapport annwali finali tiegħu jikkontribwixxi għar-Rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt.
|
|
—
|
L-iżvilupp twil mill-KESE ta’ network ta’ kunsilli ekonomiċi u soċjali nazzjonali. Dawn ir-rabtiet jgħinu biex tinbena l-fiduċja bejn iċ-ċittadini, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi, u jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati ekonomiċi u soċjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet pubbliċi.
|
|
—
|
Opinjoni tal-KESE SOC/526 ta’ Ottubru 2016, li l-ewwel ippreżentat il-possibbiltà li jitlaqqa’ forum annwali għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiddiskutu d-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt. Fl-Opinjoni SOC/627, adottata f’Ġunju 2019 (5), il-KESE tenna l-proposta tiegħu li jiġi stabbilit “Forum annwali dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Istat tad-Dritt fil-livell tal-UE”.
|
|
—
|
Il-proposta 39 tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, li saret bejn l-2021 u l-2022, li tirrakkomanda “riforma tal-mod kif taħdem l-Unjoni Ewropea billi tinvolvi aħjar lis-sħab soċjali u lis-soċjetà ċivili organizzata. Jissaħħu l-istrutturi eżistenti sabiex jiġu riflessi aħjar il-ħtiġijiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini tal-UE fil-proċess deċiżjonali, minħabba l-importanza tagħhom fil-ħajja demokratika Ewropea. F’dan il-qafas, jissaħħaħ ir-rwol istituzzjonali tal-KESE u jingħata s-setgħa bħala faċilitatur u garanti ta’ attivitajiet ta’ demokrazija parteċipattiva bħad-djalogu strutturat mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-panels taċ-ċittadini. Tkompli tgħid li “(s)oċjetà ċivili dinamika hija kruċjali għall-ħajja demokratika tal-Unjoni Ewropea”. Il-Proposta 36 tirrakkomanda l-inklużjoni tas-“soċjetà ċivili organizzata u l-awtoritajiet reġjonali u l-istrutturi eżistenti bħall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u l-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) fil-proċess ta’ parteċipazzjoni taċ-ċittadini”.
|
|
—
|
Opinjoni tal-KESE SOC/728 dwar It-Test taż-Żgħażagħ tal-UE, li huwa strument imfassal biex isaħħaħ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-integrazzjoni taż-żgħażagħ fit-tfassil tal-politika abbażi ta’ konsultazzjoni, valutazzjoni tal-impatt u miżuri ta’ mitigazzjoni, bl-għan li jagħmel lill-KESE l-ewwel istituzzjoni tal-UE impenjata għall-implimentazzjoni tiegħu. Fil-KESE, dan ifisser li r-rappreżentanti taż-żgħażagħ jiġu involuti fl-Opinjonijiet. F’April 2024, il-Bureau tal-KESE approva metodoloġija mfassla mill-Grupp taż-Żgħażagħ tal-KESE għall-applikazzjoni tat-Test taż-Żgħażagħ tal-UE fil-KESE.
|
|
—
|
L-istabbiliment fl-2017 tal-Grupp Ad Hoc tal-KESE dwar is-Semestru Ewropew, li huwa korp orizzontali li jsaħħaħ u jappoġġja l-ħidma mwettqa fis-sezzjonijiet tal-KESE. Huwa jiffoka fuq l-eżami ta’ proposti mis-soċjetà ċivili Ewropea dwar it-tkabbir sostenibbli u l-impjieg, u b’hekk jiżgura kontribut kontinwu tal-KESE għaċ-ċiklu annwali tas-Semestru Ewropew.
|
|
—
|
Opinjoni tal-KESE SOC/782 dwar It-tisħiħ tad-djalogu ċivili u d-demokrazija parteċipattiva fl-UE: it-triq ’il quddiem, li hija Opinjoni strateġika dwar id-djalogu ċivili li ġiet adottata fi Frar 2024 u tinkludi ħafna elementi essenzjali għall-ħolqien ta’ strateġija għad-djalogu ċivili.
|
|
—
|
L-involviment tal-KESE fl-organizzazzjoni jew fl-iffaċilitar ta’ kontributi u pjattaformi differenti tas-soċjetà ċivili, bħall-Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni, il-Pjattaforma tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari (flimkien mal-Kummissjoni) u d-diskussjonijiet madwar mejda għaż-żgħażagħ. Matul l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 tan-NU, il-KESE ffaċilita l-kontribut tas-soċjetà ċivili għall-ewwel rieżami volontarju tal-UE.
|
|
3. Strateġija tal-UE għall-appoġġ, il-protezzjoni u l-awtonomizzazzjoni tas-soċjetà ċivili
|
3.1.
|
Il-KESE jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea għal strateġija komprensiva għas-soċjetà ċivili u pjattaforma tas-soċjetà ċivili. Dan huwa ferm aktar urġenti meta wieħed iqis ix-xenarju attwali fejn id-demokrazija tinsab mhedda u l-ispazji tas-soċjetà ċivili qed jiċkienu, kemm fl-Istati Membri kif ukoll fuq livell globali. Ir-riżorsi kollha fis-soċjetà jridu jiġu mobilizzati biex tinbena UE reżiljenti, b’mod partikolari fid-dawl tal-kriżijiet attwali u fid-dawl tax-xenarju ġeopolitiku ġenerali.
|
|
3.2.
|
Il-KESE jisħaq fuq l-importanza li titnieda strateġija komprensiva għas-soċjetà ċivili biex tiġi ssalvagwardjata soċjetà ċivili b’saħħitha u awtonoma u tinħoloq pjattaforma tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE fejn l-istituzzjonijiet Ewropej jistgħu jiddjalogaw mas-soċjetà ċivili f’kooperazzjoni konkreta u sinifikattiva.
|
|
3.3.
|
Il-KESE jtenni l-importanza li jiġi implimentat bis-sħiħ l-Artikolu 11 tat-TUE biex jikkomplementa d-dispożizzjonijiet attwali dwar il-konsultazzjonijiet.
|
|
3.4.
|
Strateġija tal-UE għas-soċjetà ċivili għandha tintroduċi miżuri bbażati fuq:
|
—
|
ambjent sikur u abilitanti għas-soċjetà ċivili;
|
|
—
|
is-sostenibbiltà u l-indipendenza (permezz tal-finanzjament); u
|
|
—
|
parteċipazzjoni ċivika u djalogu ċivili aktar b’saħħithom (permezz tal-istrutturar u t-trawwim ta’ mekkaniżmi eżistenti u fil-livell tal-UE permezz ta’ pjattaforma tas-soċjetà ċivili, kif deskritt hawn taħt).
|
|
|
3.5.
|
L-UE jeħtiġilha tiżgura ambjent sikur u abilitanti għas-soċjetà ċivili billi:
|
—
|
tippromovi u tikkomunika r-rwol u l-karatteristiċi speċifiċi tas-soċjetà ċivili organizzata bħala pilastru ewlieni għad-demokrazija, il-koeżjoni, il-parteċipazzjoni u l-innovazzjoni soċjali fil-livelli reġjonali, nazzjonali u Ewropej;
|
|
—
|
tiżviluppa mekkaniżmu ta’ protezzjoni għall-atturi tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-UE;
|
|
—
|
issaħħaħ ir-rwol tal-KESE bħala ċentru, medjatur, mezz u faċilitatur għas-soċjetà ċivili organizzata fil-livelli tal-UE, internazzjonali u nazzjonali; u billi
|
|
—
|
tadotta l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal direttiva dwar l-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej (ATE) u tiddiskuti l-iżvilupp ta’ strument legali simili għall-fondazzjonijiet.
|
|
|
3.6.
|
L-UE jeħtiġilha tippromovi s-sostenibbiltà u l-indipendenza permezz ta’ finanzjament, bl-għan li tiżgura li:
|
—
|
ikun aċċessibbli finanzjament pluriennali, konsistenti u flessibbli għall-atturi tas-soċjetà ċivili, u li jiġu pprovduti riżorsi adegwati fil-qafas finanzjarju pluriennali;
|
|
—
|
L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma involuti fl-implimentazzjoni, fil-monitoraġġ u fl-evalwazzjoni ta’ programmi ta’ finanzjament li huma rilevanti għalihom;
|
|
—
|
jingħelbu l-ostakli amministrattivi, regolatorji u fiskali għall-aċċess għall-finanzjament u għad-donazzjonijiet, inkluż bejn il-fruntieri;
|
|
—
|
il-liġijiet kollha li jaffettwaw lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-attivitajiet tagħhom ikunu konformi bis-sħiħ mal-obbligi legali u mad-drittijiet fundamentali tal-UE u internazzjonali, u li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiġu kkonsultati dwar il-bidliet leġiżlattivi li jaffettwawhom;
|
|
—
|
il-miżuri li jillimitaw l-aċċess għall-finanzjament ma jiġux implimentati, u li l-mekkaniżmi amministrattivi, legali u finanzjarji ma jintużawx ħażin biex jillimitaw il-parteċipazzjoni pubblika, l-azzjoni ċivika jew il-libertà tal-media;
|
|
—
|
in-nies huma mħeġġa jirrapportaw fastidju jew attakki kontra l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u li dan il-ksur jiġi rreġistrat, investigat u pproċessat b’mod adegwat biex jiġi rrispettat l-istat tad-dritt;
|
|
—
|
jiġu infurzati b’mod adegwat il-liġijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tas-soċjetà ċivili organizzata, inkluż, meta jkun meħtieġ, permezz ta’ miżuri interim; u li
|
|
—
|
l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiġu appoġġjati permezz ta’ finanzjament sostenibbli għall-ħidma tagħhom u mekkaniżmi ta’ bini tal-kapaċitajiet.
|
|
|
3.7.
|
L-UE jeħtiġilha tiżgura parteċipazzjoni ċivika u djalogu ċivili aktar b’saħħithom billi trawwem il-kundizzjonijiet it-tajba u tistabbilixxi parametri referenzjarji, u trawwem strutturi ta’ djalogu fil-livelli kollha.
|
|
3.7.1.
|
It-trawwim tal-kundizzjonijiet it-tajba u l-iffissar ta’ parametri referenzjarji
|
|
3.7.1.1.
|
Djalogu ċivili sinifikattiv jirrikjedi l-kundizzjonijiet it-tajba biex il-partijiet kollha jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom, bl-għan li jiġi żgurat li kull parti tingħata rwoli u responsabbiltajiet ċari. Dan jirrikjedi wkoll li l-istituzzjonijiet ikunu kapaċi jirrispondu u responsabbli, kemm fi ħdan kif ukoll barra l-mekkaniżmi ta’ djalogu, b’konformità mal-istandards li jirregolaw id-dritt għal amministrazzjoni tajba. Id-djalogu ċivili fil-livell Ewropew ma jistax jiffunzjona sew mingħajr djalogu ċivili ġestit tajjeb fil-livell nazzjonali. Sabiex jinħoloq ambjent abilitanti għal djalogu ċivili effettiv u kostruttiv, iridu jkunu stabbiliti ċerti kundizzjonijiet. Dawn jinkludu l-fiduċja, ir-responsabbiltà, it-trasparenza u l-kundizzjonijiet li jwasslu għall-parteċipazzjoni. Il-Kodiċi ta’ Prattika Tajba għall-Parteċipazzjoni Ċivili fil-Proċess tat-Teħid tad-Deċiżjonijiet, adottat mill-Konferenza tal-Organizzazzjonijiet Internazzjonali Mhux Governattivi tal-Kunsill tal-Ewropa, jiġbor fil-qosor il-prinċipji u l-kundizzjonijiet ewlenin li jistgħu jaġixxu bħala gwida. Il-KESE jipproponi li l-istrateġija għas-soċjetà ċivili tipprovdi objettivi u tiddefinixxi indikaturi b’parametri referenzjarji ċari għall-Istati Membri u għall-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-ispazji ċiviċi u d-djalogu ċivili fil-livell nazzjonali.
|
|
3.7.1.2.
|
Il-KESE jirrakkomanda li d-djalogu ċivili fil-livelli kollha, inkluż fil-livell tal-UE, ikollu l-karatteristiċi li ġejjin (6).
|
—
|
Dan irid ikun sinifikattiv. Id-djalogu ċivili huwa maħsub li jkun parti reali u konkreta tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jipprevedi skambji ġenwini u spazju għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jesprimu l-fehmiet tagħhom. Għandu jkun reali, u mhux sempliċi vetrina għad-demokrazija.
|
|
—
|
Dan irid ikun orjentat lejn ir-riżultati u jipprevedi l-involviment ċivili, kemm fid-dibattiti dwar l-għanijiet u l-kontenut tal-miżuri leġiżlattivi u d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-soċjetà ċivili, kif ukoll matul l-istadji tal-evalwazzjoni.
|
|
—
|
Dan irid ikun trasparenti, b’regoli u kriterji disponibbli għall-pubbliku dwar kif jintgħażlu l-partijiet interessati u x’se jkopri d-djalogu, u jiżgura li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ikollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha.
|
|
—
|
Irid ikun leġittimu. L-akkreditazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili trid tkun ibbażata fuq leġittimità u rappreżentattività reali. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jeħtiġilhom jirrispettaw il-prinċipji tad-demokrazija interna, l-awtonomija, l-indipendenza u t-trasparenza, isegwu mudell mingħajr skop ta’ qligħ, u jaħdmu għas-servizz ta’ gruppi ta’ interess ġenerali jew gruppi ta’ interess speċifiċi.
|
|
—
|
Irid jippermetti lill-partijiet kollha jaqsmu l-ideat tagħhom. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jeħtiġilhom ikunu jistgħu jintegraw l-inizjattivi u l-prijoritajiet tagħhom stess fl-aġendi tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet Ewropej. Id-deċiżjonijiet konġunti dwar l-iskedi ta’ żmien tad-djalogu jistgħu jżidu l-impatt u jipprevjenu kwistjonijiet ta’ kapaċità fuq in-naħat kollha.
|
|
—
|
Irid ikun inklużiv u rappreżentattiv, b’mod partikolari ta’ dawk l-aktar vulnerabbli. L-iżgurar ta’ Unjoni ta’ ugwaljanza jfisser li jiġi żgurat li jitqiesu l-perspettivi tal-ġeneru, tal-LGBTIQ+, tal-migranti, tal-persuni b’diżabbiltà u tar-Rom.
|
|
—
|
Irid ikun strutturat u kkoordinat. Għandu jkun involut servizz ta’ koordinazzjoni fil-ħidma u l-proposti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
|
|
—
|
Għandu jinvolvi eżitu u segwitu. Fil-livell Ewropew, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jirreaġixxu għall-kontributi tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili permezz ta’ tabella ta’ valutazzjoni pubblika, li tagħti dettalji dwar l-azzjoni ta’ segwitu jew tispjega għaliex ma ttieħdet l-ebda azzjoni. Għandu jinġabar ukoll feedback mill-parteċipanti.
|
|
|
3.7.1.3.
|
L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom jitkellmu b’vuċi waħda sabiex isaħħu l-azzjonijiet tagħhom.
|
|
3.7.2.
|
It-trawwim u t-tisħiħ tal-istrutturi ta’ djalogu fil-livelli kollha
|
|
3.7.2.1.
|
F’dinja dejjem aktar imsawra minn kunflitt, miżinformazzjoni u polarizzazzjoni soċjali, l-UE jeħtiġilha tikkunsidra mill-ġdid b’mod urġenti r-rwol tas-soċjetà ċivili u ssaħħaħ id-djalogu ċivili – mhux biss bħala pedament tal-leġittimità istituzzjonali, iżda wkoll bħala pilastru vitali għall-bini ta’ Ewropa aktar reżiljenti, inklużiva u parteċipattiva (7).
|
|
3.7.2.2.
|
Strateġija għas-soċjetà ċivili għandha tindirizza t-tipi kollha ta’ djalogu ċivili, inklużi d-djalogu trażversali, id-djalogu vertikali/settorjali u d-djalogu orizzontali (djalogu fost is-soċjetà ċivili nnifisha).
|
|
3.7.2.3.
|
L-iżgurar ta’ parteċipazzjoni ċivika aktar b’saħħitha u djalogu ċivili strutturat se jirrikjedu ż-żmien. Jeħtieġ li nivvalutaw il-prattiki eżistenti, nitgħallmu minnhom u nfasslu prinċipji u linji gwida li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jiġu kkodifikati fi ftehim interistituzzjonali dwar id-djalogu ċivili fil-livell tal-UE. Għalhekk, il-KESE qed jipproponi l-adozzjoni ta’ ftehim interistituzzjonali dwar id-djalogu ċivili, iffaċilitat mill-KESE, biex jiġu żgurati prattiki ta’ djalogu ċivili konsistenti fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE, skont il-prinċipji elenkati fil-punt 3.7.1 ta’ din l-Opinjoni.
|
|
3.7.2.4.
|
Il-KESE jinsab lest ukoll li jinvolvi ruħu b’mod proattiv fi djalogu sinifikattiv mal-istituzzjonijiet tal-UE. Jipproponi li l-Kummissjoni torganizza laqgħa annwali mal-Kumitat biex tiddiskuti kif timplimenta r-rakkomandazzjonijiet mill-Opinjonijiet tal-KESE (minbarra l-feedback bil-miktub li l-KESE diġà jirċievi) biex tiżgura ċirku ta’ feedback. Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-KESE jipparteċipa fil-laqgħat rilevanti tal-kumitat meta l-fajls leġiżlattivi jew ta’ politika marbuta mal-Opinjonijiet tiegħu jkunu fuq l-aġenda. Bl-istess mod, il-Kunsill jista’ jinvolvi perjodikament lill-KESE fil-proċess leġiżlattiv biex jeżamina u jiddiskuti r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.
|
|
3.7.2.5.
|
Barra minn hekk, il-KESE jipproponi li jinbeda proċess ta’ djalogu wiesa’ (deskritt bħala parti minn proġett pilota fil-punt 4.3 ta’ din l-Opinjoni). Dan jista’ jgħin biex tiġi stabbilita l-governanza u l-istruttura għad-djalogu settorjali fil-futur (8).
|
|
3.7.2.6.
|
Il-prattiki tad-djalogu ċivili bħalissa jvarjaw ħafna f’termini ta’ kwalità u kwantità fil-livell Ewropew. Il-ħolqien ta’ mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni bejn u fi ħdan l-istituzzjonijiet jista’ jgħin biex jitnaqqsu d-duplikazzjonijiet u jiġi minimizzat l-użu tar-riżorsi.
|
|
3.7.2.7.
|
Kif irrimarkat fi studju ġdid tal-KESE (9), l-isfida issa hija li jiġi żgurat li l-unitajiet rilevanti fl-istituzzjonijiet jaderixxu mal-prinċipji ewlenin – bl-għan li jiġi pprovdut spazju adegwat għall-vuċijiet tas-soċjetà ċivili biex jinstemgħu u jiġu stabbiliti mekkaniżmi trasparenti biex jiġi inkorporat kontribut sinifikattiv fit-tfassil tal-politika. Filwaqt li hemm raġunijiet għall-ottimiżmu, għad fadal aktar xogħol xi jsir. Ftehim interistituzzjonali dwar id-djalogu ċivili jista’ jassenja rwoli u eżiti ta’ djalogu differenti skont ir-rwoli tal-istituzzjonijiet involuti, billi jibda mill-mekkaniżmi eżistenti.
|
—
|
Għall-Kunsill, is-Semestru Ewropew għandu jintuża, flimkien ma’ kwalunkwe għodda oħra għal djalogu kontinwu.
|
|
—
|
Għall-Parlament Ewropew, ir-rwol tal-viċi president delegat u l-kapaċità ta’ influwenza fil-gruppi u fil-kumitati parlamentari għandhom jissaħħu.
|
|
—
|
Għall-Kummissjoni Ewropea, l-isforzi tal-kummissarju delegat għandhom jiġu kkoordinati mad-Direttorati Ġenerali (DĠ).
|
|
—
|
Għall-KESE, ir-rwol tal-Grupp ta’ Kuntatt għandu jissaħħaħ.
|
|
|
3.7.2.8.
|
Dawn il-punti, li huma ta’ importanza kbira, jikkonċernaw it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni ċivika billi jagħtu s-setgħa lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u jistabbilixxu strutturi li jappoġġjaw it-taħriġ u l-bini tal-kapaċitajiet għall-involviment tal-komunità. Dan il-pass huwa kruċjali biex l-istrateġija tiġi konkluża bl-aħjar mod possibbli. Il-KESE jemmen li dan huwa investiment ekonomiku fundamentali għall-futur tal-Ewropa.
|
4. Il-bini ta’ pjattaforma tas-soċjetà ċivili
4.1. Kummenti ġenerali
|
4.1.1.
|
Id-diversità tal-atturi tas-soċjetà ċivili, l-inizjattivi lokali, l-NGOs u l-pjattaformi nazzjonali trid tiġi kkunsidrata kif dovut. Mingħajr ma tirrikonoxxi u tipprevedi l-ispeċifiċitajiet ta’ kull wieħed u waħda minnhom, u b’hekk tiżgura parteċipazzjoni wiesgħa, il-pjattaforma mhux se tkun effettiva jew leġittima. Il-KESE jista’ jaqdi rwol ċentrali fl-għoti ta’ din il-leġittimità.
|
4.2. Abbażi tal-għarfien espert u n-networks tal-KESE
|
4.2.1.
|
Kwalunkwe analiżi trid tibda billi teżamina jekk hemmx strutturi jew istituzzjonijiet eżistenti li jistgħu u jkunu lesti li jospitawha. Il-KESE jista’ u se jospita pjattaforma bħal din. Peress li għandu l-esperjenza fl-iffaċilitar tad-djalogu u tal-konsultazzjoni, jinsab ukoll f’pożizzjoni tajba biex jagħmel dan. Il-Proposti 38 u 39 tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa jidhru li jappoġġjaw din l-idea. Skont il-Proposta 39, “jissaħħaħ ir-rwol istituzzjonali tal-KESE u jingħata s-setgħa bħala faċilitatur u garanti ta’ attivitajiet ta’ demokrazija parteċipattiva bħad-djalogu strutturat mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-panels taċ-ċittadini”.
|
|
4.2.2.
|
L-għoti ta’ mandat lill-KESE biex jospita din il-pjattaforma jgħin biex jappoġġja l-mandat, il-funzjonijiet konsultattivi u l-metodi ta’ ħidma tal-KESE, u dan jippermettilu jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt fil-konfront tas-soċjetà ċivili. Minħabba l-esperjenza, l-għarfien espert u n-networks tiegħu, il-KESE jeħtieġlu jkun involut mill-bidu nett. Dan l-għarfien espert jinkludi l-għarfien profond tal-membri tal-Kumitat dwar l-oqsma rispettivi tagħhom; l-għarfien espert tagħhom fil-promozzjoni tal-iżvilupp armonjuż tal-politika tal-UE; u r-rappreżentanza b’saħħitha, peress li l-membri huma uffiċjalment inkarigati li jieħdu deċiżjonijiet f’isem dawk li jirrappreżentaw. Il-ħidma tal-Kumitat hija organizzata biex tiżgura l-interazzjoni bejn id-dimensjoni “teknika” jew “settorjali (10)” u aspetti aktar “orizzontali”. Dan l-approċċ jiżgura li l-Opinjonijiet kollha, li jitħejjew minn gruppi ta’ studju magħmula minn membri b’għarfien speċjalizzat, ikunu sostnuti minn ħidma teknika eċċellenti. Jipprovdi wkoll tip ta’ filtru demokratiku fis-sezzjonijiet permanenti tiegħu, fejn aktar minn 100 membru jiddiskutu t-test, u dan jippermetti li l-biċċa l-kbira tal-Opinjonijiet tal-Kumitat jiġu adottati b’mod unanimu, li jirrifletti l-approċċ partikolari tal-Kumitat biex jintlaħaq kunsens soċjali.
|
|
4.2.3.
|
Il-KESE jgawdi aċċess għal network vast u uniku. Il-membri tal-KESE għandhom l-għeruq tagħhom fis-soċjetà ċivili nazzjonali, u dan jippermettilhom jikkontribwixxu għall-politiki tal-UE mil-livell lokali u li jieħdu d-dibattiti Ewropej lura fil-komunitajiet lokali.
|
4.3. L-istruttura u l-governanza tal-pjattaforma tas-soċjetà ċivili
|
4.3.1.
|
Abbażi tal-esperjenza u tan-network tiegħu, il-KESE jipproponi t-tnedija ta’ proġett pilota fi sħubija mal-Kummissjoni Ewropea li jistabbilixxi djalogu wiesa’ li jibda fl-istadju bikri tal-proċess politiku. L-enfasi primarja tkun fuq kwistjonijiet relatati mad-demokrazija, mad-drittijiet fundamentali u mal-istat tad-dritt, li jiġu diskussi f’kooperazzjoni mal-Grupp DFID tal-KESE. Il-pjattaforma tas-soċjetà ċivili jkollha l-għan li twessa’ l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jittrattaw id-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt, sabiex jiġu identifikati kwistjonijiet ta’ tħassib partikolari għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mil-livell lokali u tikkontribwixxi għar-rapporti tal-KESE u tal-Kummissjoni Ewropea dwar dawn il-kwistjonijiet. Il-KESE jipproponi li jitwaqqaf grupp ta’ tmexxija fil-pjattaforma li jikkonsisti mill-Kummissjoni Ewropea, mill-KESE u mill-Grupp ta’ Kuntatt, abbażi tal-mudell tal-Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni. Il-pjattaforma se tikkontribwixxi għall-konferenza annwali tal-KESE dwar l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali. Il-kontributi mill-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili jikkontribwixxu wkoll għall-ħidma tal-pjattaforma, b’modi li għandhom jiġu definiti mill-grupp ta’ tmexxija (eż. billi jiddedikaw ġurnata waħda għall-ħidma tal-pjattaforma).
|
|
4.3.2.
|
Il-grupp ta’ tmexxija jkun responsabbli għat-tnedija tal-proġett pilota u jaqbel dwar l-arranġamenti ta’ governanza u parteċipazzjoni rilevanti. Proposta konkreta għal proċess għandha tiġi żviluppata ulterjorment. Wara l-implimentazzjoni tiegħu, jevalwa l-proġett u jipproponi żviluppi futuri sabiex jiffaċilita proċessi ta’ djalogu wiesa’ simili dwar suġġetti ewlenin oħra rilevanti għas-soċjetà ċivili. Kull sena, il-grupp ta’ tmexxija jaqbel dwar is-suġġetti u l-iskedi ta’ żmien preċiżi għall-proġett.
|
|
4.3.3.
|
Il-KESE jemmen ukoll li l-istrateġija (inkluża l-pjattaforma) tista’, fil-futur, tikkontribwixxi għal:
|
—
|
rapport, li għandu jiġi abbozzat kull sentejn, dwar l-attivitajiet tal-istrateġija u l-attivitajiet kollha ta’ djalogu ċivili mwettqa permezz tal-pjattaforma u minn kull DĠ;
|
|
—
|
l-istabbiliment ta’ tabella ta’ valutazzjoni annwali, fil-forma ta’ forum pubbliku għal diskussjonijiet dwar ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ segwitu għad-djalogi; u
|
|
—
|
forum annwali, organizzat fi sħubija mal-Kummissjoni Ewropea, li jista’ jkun parti mill-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili.
|
|
|
4.3.4.
|
Dan il-proġett pilota jkun opportunità biex jiġi żviluppat aktar l-involviment strutturat eżistenti mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u biex dan jingħata struttura formali. Il-KESE diġà esperimenta b’modi differenti biex jistabbilixxi involviment sistemiku mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż permezz ta’: i) il-Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni; ii) l-“ispazji fejn isiru l-laqgħat” ipprovduti mis-Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent (is-sezzjoni NAT) tal-KESE biex l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiltaqgħu u jħejju kontributi konġunti biex jikkontribwixxu għall-proċessi tal-UE u internazzjonali; u iii) il-kontribut tal-Grupp ta’ Kuntatt fil-kontribut tal-KESE għall-programm ta’ ħidma annwali tal-Kummissjoni. Dawn l-inizjattivi u inizjattivi oħra jistgħu jsiru parti mill-proġett pilota taħt struttura ta’ governanza unika (li tinkludi l-Kummissjoni Ewropea, il-KESE u l-Grupp ta’ Kuntatt). Peress li huwa bbażat fuq strutturi u strumenti eżistenti, il-proġett pilota jista’ jiġi implimentat malajr u mingħajr dewmien. Fl-istess ħin, is-suċċess tiegħu jiddependi mill-provvista ta’ riżorsi adegwati u attivitajiet ta’ bini tal-kapaċitajiet immirati lejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
|
|
4.3.5.
|
Din il-pjattaforma:
|
—
|
tmexxi d-djalogi (iffaċilitati mill-korpi governattivi) dwar id-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt, u aktar tard tidderieġi l-kontributi lejn proċessi politiċi ewlenin, bħall-programm ta’ ħidma annwali tal-Kummissjoni Ewropea;
|
|
—
|
tospita konferenza annwali ta’ djalogu ċivili, possibbilment matul il-Ġimgħa Ewropea tas-Soċjetà Ċivili, biex tippreżenta u tirfina l-abbozzi ta’ rakkomandazzjonijiet flimkien mal-partijiet interessati kollha involuti;
|
|
—
|
timmonitorja d-djalogu ċivili permezz ta’ tabella ta’ valutazzjoni annwali, li tikkontribwixxi għal rapporti ta’ djalogu ċivili biennali; u
|
|
—
|
tikkontribwixxi għall-ftehim interistituzzjonali.
|
|
|
4.3.6.
|
Il-Kummissjoni Ewropea għandha timplimenta dispożizzjonijiet adegwati għat-tisħiħ tad-djalogu ċivili Ewropew fil-livelli kollha, u b’mod aktar speċifiku tipprovdi finanzjament għall-implimentazzjoni tal-proġett pilota propost. Mingħajr finanzjament adegwat, ma tistax tiġi implimentata strateġija għas-soċjetà ċivili. Wara sentejn u nofs (nofs il-mandat tal-KESE), ikun hemm evalwazzjoni bejn il-KESE, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-Kummissjoni Ewropea sabiex jittejjeb il-proċess u jiġu identifikati l-passi li jmiss għall-iżvilupp.
|
Brussell, is-17 ta’ Lulju 2025.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Oliver RÖPKE
(1) Opinjoni bbażata fuq punt mill-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni qabel il-pubblikazzjoni tad-dokument tal-Kummissjoni, u mitluba mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha tat-13 ta’ Mejju 2025.
(2) Ittra ta’ missjoni minn Ursula von der Leyen, President tal-Kummissjoni Ewropea, lil Michael McGrath, Kummissarju nnominat għad-Demokrazija, il-Ġustizzja u l-Istat tad-Dritt, is-17 ta’ Settembru 2024, https://commission.europa.eu/document/download/907fd6b6-0474-47d7-99da-47007ca30d02_en?filename=Mission%20letter%20-%20McGRATH.pdf.
(3) Sejħa għal evidenza għal inizjattiva bl-isem “Strateġija tal-UE għas-soċjetà ċivili” mill-Portal Semma’ Leħnek tal-Kummissjoni Ewropea, ippubblikata fit-13 ta’ Ġunju 2025.
(4) KESE, Participatory Democracy – A success story written by the EESC, 2020, https://www.eesc.europa.eu/sites/default/files/files/qe-04-19-663-en-n.pdf (Demokrazija Parteċipattiva – Storja ta’ Suċċess miktuba mill-KESE, 2020 [mhux disponibbli bil-Malti]).
(5) Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill — It-tisħiħ ulterjuri tal-Istat tad-Dritt fi ħdan l-Unjoni Is-sitwazzjoni bħalissa u l-passi li jmiss li jistgħu jittieħdu”(COM(2019) 163 final) (
ĠU C 282, 20.8.2019, p. 39).
(6) Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “It-tisħiħ tad-djalogu ċivili u d-demokrazija parteċipattiva fl-UE: it-triq ’il quddiem” (opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Belġjana) (ĠU C, C/2024/2481, 23.4.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/C/2024/2481/oj).
(7) Ċentru għall-Istudji Politiċi Ewropej (CEPS), Mapping civil dialogue in the EU institutions, 2025 studju kkummissjonat mill-KESE fuq talba tal-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili.
(8) Bl-esklużjoni tad-djalogu soċjali settorjali.
(9) CEPS, Mapping civil dialogue in the EU institutions, 2025 studju kkummissjonat mill-KESE fuq talba tal-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili.
(10) Dan huwa differenti mid-djalogu soċjali settorjali.