Brussell, 11.4.2025

COM(2025) 176 final

2025/0093(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) (ST 10149/21 INIT; ST 10149/21 ADD 1 REV 1) tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Portugall

{SWD(2025) 94 final}


2025/0093 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) (ST 10149/21 INIT; ST 10149/21 ADD 1 REV 1) tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Portugall

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Wara l-preżentazzjoni tal-pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza (“RRP”, recovery and resilience plan) tal-Portugall fit-22 ta’ April 2021, il-Kummissjoni pproponiet li l-Kunsill jagħtih valutazzjoni pożittiva. Il-Kunsill approva l-valutazzjoni pożittiva permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 2 . Dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill ġiet emendata fis-17 ta’ Ottubru 2023 3 u fit-8 ta’ Ottubru 2024 4 .

(2)Fit-3 ta’ Frar 2025, il-Portugall għamel talba motivata lill-Kummissjoni biex tressaq proposta li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 f’konformità mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2021/241 għar-raġuni li l-RRP ma għadux jista’ jinkiseb kompletament minħabba ċirkostanzi oġġettivi. Abbażi ta’ dan, il-Portugall ippreżenta RRP emendat.

Emendi bbażati fuq l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/241

(3)L-emendi għall-RRP ippreżentati mill-Portugall minħabba ċirkostanzi oġġettivi jikkonċernaw 108 miżura. 

(4)Il-Portugall spjega li ħames miżuri ma għadhomx jistgħu jinkisbu kompletament minħabba l-fatt li l-offerti ma attirawx biżżejjed offerenti kif ukoll minħabba diffikultajiet tekniċi mhux mistennija li dewmu l-implimentazzjoni tagħhom b’mod sinifikanti. Dan jikkonċerna, rispettivament, l-istadju importanti 6.26 u l-mira 6.27 tal-investiment C06-i08-RAM: Estensjoni tad-deskrizzjoni tal-bini CITMA u tal-investiment C06-i08-RAM taħt il-komponent 6 Kwalifiki u ħiliet. Dan jikkonċerna emenda fl-istadju importanti 9.9 tal-investiment C09-i02: Intrapriża idrawlika b’diversi għanijiet ta’ Crato, il-fażi tal-ippjanar u d-deskrizzjoni tal-investiment C09-i02; l-istadji importanti 9.10 u 9.11 tal-investiment C09-i04: Intrapriża idrawlika b’diversi użi ta’ Crato u deskrizzjoni tal-investiment C09-i04 taħt il-komponent 9 Ġestjoni tal-Ilma. Dan jikkonċerna l-mira 15.7 tal-investiment C15-i03: Tranżitu Ferrovjarju Ħafif Odivelas — Loures u deskrizzjoni tal-investiment C15-i03, taħt il-komponent 15 Mobbiltà Sostenibbli. Dan jikkonċerna wkoll tnaqqis fl-istadju importanti 21.40, il-mira 21.41 tal-investiment C21-i15-RAA: L-akkwist ta’ żewġ bastimenti elettriċi u deskrizzjoni tal-investiment C21-i15-RAA, taħt il-komponent C21 REPowerEU. Abbażi ta’ dan, il-Portugall talab li jitħassru l-istadji importanti, il-miri u d-deskrizzjonijiet tal-investiment imsemmija hawn fuq. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(5)Il-Portugall spjega li tliet miżuri ma għadhomx jistgħu jinkisbu kompletament minħabba diffikultajiet tekniċi mhux mistennija li dewmu l-implimentazzjoni tagħhom b’mod sinifikanti. Dan jikkonċerna l-istadju importanti 9.5, l-istadju importanti 9.6, l-istadju importanti 9.7 u l-mira 9.8 tal-investiment C09-i01: Il-pjan Reġjonali għall-Effiċjenza tal-Ilma ta’ Algarve, u deskrizzjoni tas-sottoinvestimenti rispettivi fl-ambitu tal-investiment C09-i01. Dan jikkonċerna l-mira 14.13 ta’ C14-i03-RAA: It-tranżizzjoni tal-enerġija fl-Azores u deskrizzjoni tas-sottoinvestiment rispettiv fl-ambitu tal-investiment C14-i03-RAA, fil-komponent 14 Idroġenu u Enerġija Rinnovabbli. Abbażi ta’ dan, il-Portugall talab li jitħassru l-istadji importanti, il-miri u d-deskrizzjonijiet tas-sottoinvestiment imsemmija hawn fuq. Barra minn hekk, il-Portugall talab li jestendi l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-mira 12.4 tal-investiment C12-i01: Bijoekonomija. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(6)Il-Portugall spjega li disa’ miżuri ma għadhomx jistgħu jinkisbu kompletament minħabba l-fatt li l-offerti ma attirawx għadd biżżejjed ta’ offerenti kif ukoll nuqqas ta’ offerti. Dan jikkonċerna l-mira 2.18 tal-investiment RE-02-i04-RAA: Żieda fil-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni fl-istokk tad-djar tar-Reġjun Awtonomu tal-Azores, u d-deskrizzjoni tal-investiment Re-02-i04 tal-komponent 2 Akkomodazzjoni. Dan jikkonċerna l-mira 3.13 tal-investiment C03-i04-RAA: L-implimentazzjoni tal-Istrateġija Reġjonali għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali — Networks ta’ Appoġġ Soċjali (ARA) tal-komponent 3 Rispons Soċjali. Dan jikkonċerna l-istadju importanti 4.3, il-mira 4.5 tal-investiment C04-i01: Networks Kulturali u Tranżizzjoni Diġitali u deskrizzjoni tal-investiment C04-i01 tal-komponent 4 Kultura. Dan jikkonċerna l-mira 5.19 tal-investiment C05-i05-RAA: Irkupru Ekonomiku tal-Agrikoltura tal-Azores taħt il-komponent 5 Investiment u Innovazzjoni. Dan jikkonċerna l-mira 8.3 u l-mira 8.20 tal-investiment C08-i01: Trasformazzjoni tal-Pajsaġġ f’Żoni ta’ Foresti Vulnerabbli, taħt il-komponent 8 Foresti. Dan jikkonċerna l-mira 10.15 u l-mira 10.16 tal-investiment C10-i06-RAM: Teknoloġiji oċeaniċi, taħt il-komponent 10 Baħar. Dan jikkonċerna l-mira 13.3 tal-investiment C13-i01: L-effiċjenza enerġetika fil-bini residenzjali, taħt il-komponent 13: Effiċjenza Enerġetika fil-Bini. Abbażi ta’ dan, il-Portugall talab li jitnaqqas il-livell ta’ implimentazzjoni tal-istadji importanti, il-miri u d-deskrizzjonijiet tal-investiment imsemmija hawn fuq. Barra minn hekk, il-Portugall talab li l-mira 4.2 tal-investiment C04-i01 tiġi emendata: Networks Kulturali u Tranżizzjoni Diġitali b’mod li jinkludi stabbilimenti kummerċjali għajr ħwienet tal-kotba. Barra minn hekk, il-Portugall talab li jestendi l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-istadju importanti 10.3 tal-investiment C10-i01: Blue Hub, Network ta’ Infrastruttura għall-Ekonomija Blu u deskrizzjoni tal-investiment C10-i01; il-mira 13.3 tal-investiment C13-i01: L-effiċjenza enerġetika fil-bini residenzjali u d-deskrizzjoni tal-investiment rispettiv; il-mira 15.11 tal-investiment C15-i04: Tranżitu rapidu tal-karozzi tal-linja Boavista — Império u deskrizzjoni tal-investiment C15-i04. Barra minn hekk, il-Portugall talab li jemenda l-formulazzjoni u jnaqqas l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-mira 8.2 tal-investiment C08-i01: Trasformazzjoni tal-Pajsaġġ f’Żoni tal-Foresti Vulnerabbli. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(7)Il-Portugall spjega li sitt miżuri ma għadhomx jistgħu jinkisbu kompletament minħabba domanda insuffiċjenti. Dan jikkonċerna l-Mira 3.12 tal-investiment C03-i04-RAA: L-implimentazzjoni tal-Istrateġija Reġjonali għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali — Networks ta’ Appoġġ Soċjali (ARA) tal-komponent 3 Rispons Soċjali. Dan jikkonċerna l-mira 6.10 tal-investiment C06-i05-RAA: Kwalifiki għall-Adulti u Tagħlim Tul il-Ħajja (ARA), taħt il-komponent 6 Kwalifiki u ħiliet. Dan jikkonċerna l-mira 16.10 u l-mira 16.11 tal-investiment C16-i02: Tranżizzjoni Diġitali tal-Intrapriżi, taħt il-komponent 16 Intrapriżi 4.0. Dan jikkonċerna l-mira 20.12 tal-investiment C20-i02-RAA: L-edukazzjoni diġitali (Azores) u deskrizzjoni tal-investiment C20-i02, taħt il-komponent 20 Skola Diġitali. Abbażi ta’ dan, il-Portugall talab li jitnaqqas il-livell ta’ implimentazzjoni tal-istadji importanti u l-miri msemmija hawn fuq. Barra minn hekk, il-Portugall talab li jestendi l-iskeda ta’ żmien tal-implimentazzjoni tal-mira 14.9 tal-investiment C14-i02-RAM: Il-potenzjal tal-elettriku rinnovabbli fl-Arċipelagu ta’ Madeira u deskrizzjoni tal-investiment C14-i02; il-mira 16.11 tal-investiment C16-i02: Tranżizzjoni Diġitali tal-Intrapriżi, taħt il-komponent 16 Intrapriżi 4.0. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(8)Il-Portugall spjega li sitt miżuri ma għadhomx jistgħu jinkisbu kompletament minħabba restrizzjonijiet fuq il-provvisti. Dan jikkonċerna d-deskrizzjoni tal-investiment C01-i07-RAM: Id-diġitalizzazzjoni tas-Servizz tas-Saħħa Reġjonali ta’ Madeira, taħt il-komponent 1 Servizz tas-Saħħa Nazzjonali. Dan jikkonċerna l-mira 2.24 tal-investiment C02-i05: Stokk ta’ akkomodazzjoni pubblika affordabbli u deskrizzjoni tal-investiment C02-i05; il-mira 2.31 tal-investiment C02-i08-RAA: Tisħiħ tal-istokk tad-djar soċjali u deskrizzjoni tal-investiment C02-i08, taħt il-komponent 2 Akkomodazzjoni. Dan jikkonċerna l-mira 21.37 tal-investiment C21-i13-RAM: Dekarbonizzazzjoni tat-trasport u deskrizzjoni tal-investiment C21-i13, taħt il-komponent 21 REPowerEU. Abbażi ta’ dan, il-Portugall talab li jitnaqqas il-livell ta’ implimentazzjoni tal-miri u d-deskrizzjonijiet tal-investiment msemmija hawn fuq. Barra minn hekk, il-Portugall talab li jitneħħew il-mira 2.21, il-mira 2.22 u l-mira 2.23 tal-investiment C02-i05: Stokk ta’ akkomodazzjoni pubblika affordabbli. Barra minn hekk, il-Portugall talab li jestendi l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-mira 1.35 tal-investiment C01-i07-RAM: Id-diġitalizzazzjoni tas-Servizz tas-Saħħa Reġjonali ta’ Madeira, taħt il-komponent 1 Servizz tas-Saħħa Nazzjonali. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(9)Il-Portugall spjega li erba’ miżuri ma għadhomx jistgħu jinkisbu kompletament minħabba diffikultajiet tekniċi mhux mistennija li kienu jitolbu negozjati estiżi mal-partijiet ikkonċernati. Dan jikkonċerna l-istadju importanti 8.6 tal-investiment C08-i02: Ir-reġistru tal-proprjetà rurali u s-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Kopertura tal-Art u d-deskrizzjoni tal-investiment C08-i02; il-mira 8.8 tal-investiment C08-i03: Waqfiet tal-ġestjoni tal-fjuwil — network primarju, taħt il-komponent 8 Foresti. Dan jikkonċerna l-istadju importanti 21.38 tal-investiment C21-i14: Tranżitu Rapidu tal-Karozzi tal-linja Braga taħt il-komponent 21 REPowerEU. Abbażi ta’ dan, il-Portugall talab li jestendi l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-istadji importanti u l-miri msemmija hawn fuq. Barra minn hekk, il-Portugall talab li jnaqqas il-livell ta’ implimentazzjoni tal-mira 8.9 tal-investiment C08-i03: Waqfiet għall-ġestjoni tal-fjuwil — network primarju, taħt il-komponent 8 Foresti; u l-mira 21.38 u l-mira 21.39 tal-investiment C21-i14: Tranżitu rapidu tal-karozzi tal-linja fi Braga u deskrizzjoni tal-investiment C21-i14. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(10)Il-Portugall spjega li l-investiment C15-i02: L-espansjoni tan-Network tal-Metro ta’ Porto — Casa da Música-Santo Ovídio, taħt il-komponent 15 Mobbiltà Sostenibbli ma għadhiex tista’ tinkiseb kompletament minħabba kundizzjonijiet ġeoloġiċi mhux mistennija u sejbiet arkeoloġiċi li kienu jeħtieġu miżuri addizzjonali ta’ sikurezza u protezzjoni li dewmu x-xogħlijiet. Abbażi ta’ dan, il-Portugall talab li jitneħħa l-istadju importanti 15.5, jitnaqqas il-livell ta’ implimentazzjoni tal-istadju importanti 15.6 u li tiġi emendata d-deskrizzjoni tal-investiment C15-i02. Barra minn hekk, il-Portugall talab li jiżdied l-investiment C15-i08: Espansjoni tan-Network tal-Metro ta’ Porto — Casa da Música-Santo Ovídio, fażi ta’ kostruzzjoni. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(11)Il-Portugall spjega wkoll li l-investiment C15-i01: L-espansjoni tan-Netwerk tal-Metro ta’ Liżbona — il-Linja l-Ħamra lejn Alcântara, taħt il-komponent 15 Mobbiltà Sostenibbli ma għadhiex tista’ tinkiseb kompletament minħabba litigazzjoni li dewmet il-kisba tal-permessi meħtieġa u l-bidu tax-xogħlijiet. Abbażi ta’ dan, il-Portugall talab li jitneħħa l-istadju importanti 15.2, jitnaqqas il-livell ta’ implimentazzjoni tal-mira 15.3 u li tiġi emendata d-deskrizzjoni tal-investiment C15-i01. Barra minn hekk, il-Portugall talab li jiżdied l-investiment C15-i07: L-espansjoni tan-Network tal-Metro ta’ Liżbona — il-Linja l-Ħamra lejn Alcântara, fażi ta’ kostruzzjoni. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(12)Il-Portugall spjega li ġew emendati 40 miżura biex jiġu implimentati alternattivi aħjar sabiex tinkiseb l-ambizzjoni oriġinali tal-miżura. Dan jikkonċerna l-istadju importanti 1.26 tal-investiment C01-i04: Il-kostruzzjoni tal-Isptar tal-Lvant ta’ Liżbona u t-tagħmir għall-isptarijiet f’Liżbona u f’Vale do Tejo u d-deskrizzjoni u l-isem tal-investiment C01-i04; il-mira 1.27, il-mira 1.28 u l-mira 1.31 tal-investiment C01-i05-RAM: It-tisħiħ tas-Servizz tas-Saħħa Reġjonali ta’ Madeira u d-deskrizzjoni tal-investiment C01-i05; il-mira 1.43 tal-investiment C01-i10: Il-programm ta’ Modernizzazzjoni tat-Teknoloġija tal-NHS, u deskrizzjoni tal-investiment C01-i10, taħt il-komponent 1 Sistema tas-Saħħa Nazzjonali. Dan jikkonċerna l-mira 2.7 u l-mira 2.8 tal-investiment C02-i02: Għotja Nazzjonali ta’ Emerġenza u Akkomodazzjoni Temporanja, u deskrizzjoni tal-investiment C02-i02; il-mira 2.11 u l-mira 2.12 ta’ C02-i03-RAM: It-tisħiħ tal-provvista tal-akkomodazzjoni soċjali fir-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira u d-deskrizzjoni tal-investiment C02-i03-RAM; il-mira 2.13 u l-mira 2.17 tal-investiment RE-C02-i04-RAA: It-titjib tal-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni tal-istokk tad-djar tar-Reġjun Awtonomu tal-Azores; il-mira 2.25 u l-mira 2.28 tal-investiment C02-i06: Akkomodazzjonijiet tal-istudenti bi prezzijiet affordabbli, u deskrizzjoni tal-investiment C02-i06, il-mira 2.32 ta’ C02-i09: Miżura fuq skala akbar: Programm ta’ Appoġġ għall-Aċċess għall-Akkomodazzjoni (self), deskrizzjoni tal-investiment C02-i09, taħt il-komponent 2 Akkomodazzjoni. Dan jikkonċerna d-deskrizzjoni tal-investiment C03-i01: Ġenerazzjoni ġdida ta’ tagħmir u risponsi soċjali, il-mira 3.1 tal-investiment C03-i01: Ġenerazzjoni ġdida ta’ tagħmir u risponsi soċjali, il-mira 3.6, il-mira 3.7, il-mira 3.8 u l-mira 3.9 tal-investiment C03-i02: Aċċessibbiltà 360°, deskrizzjoni tal-investiment C03-i02, il-mira 3.16 tal-investiment C03-i04-RAA: L-implimentazzjoni tal-Istrateġija Reġjonali għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali — Networks ta’ Appoġġ Soċjali (ARA), deskrizzjoni tal-investiment C03-i04; il-mira 3.26 tal-investiment C03-i06: Operazzjonijiet integrati f’komunitajiet żvantaġġati fiż-Żoni Metropolitani ta’ Liżbona u ta’ Porto u deskrizzjoni tal-investiment C03-i06 taħt il-komponent 3 Rispons Soċjali. Dan jikkonċerna l-mira 5.17 tal-investiment C05-i04-RAA: Rikapitalizzazzjoni tas-Sistema tan-Negozju tal-Azores u deskrizzjoni tal-investiment C05-i04; il-mira 5.22 tal-investiment C05-i05-RAA: L-Irkupru Ekonomiku tal-Agrikoltura tal-Azores; il-mira 5.29 u l-mira 5.32 tal-investiment C05-i06: Kapitalizzazzjoni tal-kumpaniji u reżiljenza finanzjarja/Banco Português de Fomento, deskrizzjoni tal-investiment C05-i06, taħt il-komponent 5 Investiment u Innovazzjoni. Dan jikkonċerna l-mira 6.20 tal-investiment C06-i06: Kapaċitajiet fix-Xjenza, taħt il-komponent 6 Kwalifiki u Ħiliet. Dan jikkonċerna d-deskrizzjoni tal-investiment C07-i01; il-mira 7.5 tal-investiment C07-i06: Żoni ta’ Akkoljenza tan-Negozju — Tlestija, taħt il-komponent 7 — Infrastruttura. Dan jikkonċerna l-mira 8.16 tal-investiment C08-i05: Programm Aktar Forestrija, taħt il-komponent 8 Foresti. Dan jikkonċerna l-istadju importanti 10.9 u l-istadju importanti 10.10 tal-investiment C10-i04-RAM: L-iżvilupp tal-“Cluster do Mar dos Açores”, deskrizzjoni tal-investiment C10-i04 taħt il-komponent 10 Baħar. Dan jikkonċerna l-mira 13.1 u l-mira 13.2 tal-investiment C13-i01: L-effiċjenza enerġetika tal-bini residenzjali u deskrizzjoni tal-investiment C13-i01, taħt il-komponent 13 Effiċjenza Enerġetika tal-Bini. Dan jikkonċerna l-istadju importanti 15.15 u l-mira 15.16 tal-investiment C15-i06: Diġitalizzazzjoni tat-Trasport bil-Ferrovija u deskrizzjoni tal-investiment C15-i06, taħt il-komponent 15 Mobbiltà Sostenibbli. Dan jikkonċerna l-mira 16.3, il-mira 16.4 tal-investiment C16-i01: Is-Setgħa Diġitali tal-Intrapriżi, deskrizzjoni tal-investiment C16-i01; il-mira 16.6 u l-mira 16.8 tal-investiment C16-i02: Tranżizzjoni Diġitali tal-Intrapriżi u deskrizzjoni tal-investiment C16-i02, taħt il-komponent 16 Intrapriżi 4.0. Dan jikkonċerna l-istadju importanti 18.3 tar-riforma C18-r33: Ġustizzja ekonomika u l-ambjent tan-negozju, u deskrizzjoni tar-riforma C18-r33; l-istadju importanti 18.7 u l-istadju importanti 18.8 tal-investiment C18-i01: Ġustizzja ekonomika u l-ambjent tan-negozju u deskrizzjoni tal-investiment C18-i01, taħt il-komponent 18 Ġustizzja Ekonomika u Ambjent tan-Negozju. Dan jikkonċerna l-istadju importanti 19.25 tal-investiment C19-i01: Iddiżinjar mill-ġdid tas-servizzi pubbliċi u konsulari u deskrizzjoni tal-investiment C19-i01; il-mira 19.6, il-mira 19.7, il-mira 19.8, il-mira 19.9 u l-mira 19.10 tal-investiment C19-i03: Tisħiħ tal-qafas ġenerali taċ-ċibersigurtà u d-deskrizzjoni tal-investiment C19-i03; l-istadju importanti 19.12, l-istadju importanti 19.14 tal-investiment C19-i04: Infrastruttura diġitali kritika effiċjenti, sigura u kondiviża u deskrizzjoni tal-investiment C19-i04; l-istadju importanti 19.17 tal-investiment C19-i05-RAM: It-tranżizzjoni diġitali tal-amministrazzjoni pubblika ta’ Madeira; il-mira 19.21 tal-investiment C19-i07: Amministrazzjoni pubblika mogħtija s-setgħa li toħloq valur pubbliku, deskrizzjoni tal-investiment C19-i07; l-istadju importanti 19.30 tar-riforma C19-r41: Aċċess għas-Servizzi Pubbliċi: armonizzazzjoni u konsolidazzjoni tal-aċċess wiċċ imb wiċċ u online, u deskrizzjoni tar-riforma C19-r41, taħt il-komponent 19 Amministrazzjoni Pubblika Diġitali. Dan jikkonċerna l-mira 20.4, il-mira 20.5, il-mira 20.6 u l-mira 20.7 u l-mira 20.9 tal-investiment C20-i01: Tranżizzjoni diġitali fl-edukazzjoni taħt il-komponent 20 Skola diġitali. Dan jikkonċerna d-deskrizzjoni tar-riforma C21-r46: Qafas regolatorju tal-idroġenu rinnovabbli; deskrizzjoni tal-investiment u l-mira 21.1 tal-investiment C21-i01: Miżura fuq skala akbar: Dekarbonizzazzjoni tal-Industrija, il-mira 21.2 tal-investiment C21-i02: Miżura fuq skala akbar: Effiċjenza enerġetika tal-bini residenzjali, deskrizzjoni tal-investiment C21-i02, l-istadju importanti 21.28 tal-investiment C21-i08: Flessibbiltà tan-network u ħżin, deskrizzjoni tal-investiment C21-i08; Dan jikkonċerna l-mira 21.34 tal-investiment C21-i11-RAM: Sistema ta’ inċentivi għall-produzzjoni u l-ħżin tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli f’Madeira u f’Porto Santo, deskrizzjoni tal-investiment C21-i11; il-mira 21.35 tal-investiment C21-i12: Miżura fuq skala akbar: Dekarbonizzazzjoni tat-trasport pubbliku, taħt il-komponent 21 REPowerEU. Fuq din il-bażi, il-Portugall talab biex jemenda l-formulazzjoni tal-istadji importanti, il-miri u d-deskrizzjonijiet imsemmija hawn fuq. Barra minn hekk, il-Portugall talab li jestendi l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-mira 1.30 ta’ C01-i05-RAM: Tisħiħ tas-Servizz tas-Saħħa Reġjonali ta’ Madeira, taħt il-komponent 1 Servizz tas-Saħħa Nazzjonali; il-mira 5.17 tal-investiment C05-i04-RAA: Rikapitalizzazzjoni tas-Sistema tan-Negozju tal-Azores u deskrizzjoni tal-investiment C05-i04; il-mira 5.29 u l-mira 5.32 tal-investiment C05-i06: Kapitalizzazzjoni tal-kumpaniji u reżiljenza finanzjarja/Banco Português de Fomento u deskrizzjoni tal-investiment C05-i06, taħt il-komponent 5 Investiment u Innovazzjoni; il-mira 16.3, il-mira 16.4 tal-investiment C16-i01: Awtonomizzazzjoni Diġitali tal-Intrapriżi, deskrizzjoni tal-investiment C16-i01; l-istadju importanti 19.14 tal-investiment C19-i04: Infrastruttura diġitali kritika effiċjenti, sigura u kondiviża u deskrizzjoni tal-investiment C19-i04; l-istadju importanti 19.17 tal-investiment C19-i05-RAM: Tranżizzjoni diġitali tal-amministrazzjoni pubblika ta’ Madeira u d-deskrizzjoni tal-investiment C19-i05-RAM, taħt il-komponent 19 Amministrazzjoni Pubblika Diġitali; il-mira 20.9 tal-investiment C20-i01: Tranżizzjoni diġitali fl-edukazzjoni; l-istadju importanti 21.23 tar-riforma C21-r48: Simplifikazzjoni tal-qafas legali u regolatorju applikabbli tal-proġetti tal-enerġija rinnovabbli u d-deskrizzjoni tar-riforma C21-r48; il-mira 21.34 tal-investiment C21-i11-RAM, taħt il-komponent 21 REPowerEU. Barra minn hekk, il-Portugall talab li jqassar l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-mira 1.28 tal-investiment C01-i05-RAM: Tisħiħ tas-Servizz tas-Saħħa Reġjonali ta’ Madeira; il-mira 6.28 tal-investiment C06-i09: Skejjel ġodda jew rinnovati, taħt il-komponent 6 Kwalifiki u Ħiliet; id-deskrizzjoni tal-investiment C07-i01: Żoni ta’ Akkoljenza għan-Negozju; l-istadju importanti 15.15 tal-investiment C15-i06: Diġitalizzazzjoni tat-Trasport bil-Ferrovija; l-istadju importanti 19.30 tar-riforma C19-r41: Aċċess għas-Servizzi Pubbliċi: l-armonizzazzjoni u l-konsolidazzjoni tal-aċċess wiċċ imb wiċċ u online, u d-deskrizzjoni tar-riforma C19-r41. Barra minn hekk, il-Portugall talab li jiżdied l-investiment C01-i12: Il-kostruzzjoni tal-Isptar tal-Lvant ta’ Liżbona u l-istadju importanti 1.45, taħt il-komponent 1 Servizz tas-Saħħa Nazzjonali; l-investiment C07-i06: Oqsma ta’ Akkoljenza tan-Negozju — Tlestija, taħt il-komponent 7 — Infrastruttura u stadju importanti 18.10 tar-riforma C18-r33 taħt il-komponent 18 Ġustizzja Ekonomika u Ambjent tan-Negozju. Barra minn hekk, il-Portugall talab li l-mira 2.10 tal-investiment C02-i03-RAM tiġi emendata: Tisħiħ tal-provvista ta’ akkomodazzjoni soċjali fir-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira; il-mira 2.26, il-mira 2.27 tal-investiment C02-i06: Akkomodazzjonijiet tal-istudenti bi prezzijiet affordabbli, taħt il-komponent 2 Akkomodazzjoni; il-mira 13.4 tal-investiment C13-i01: Effiċjenza enerġetika fil-bini residenzjali; il-mira 16.5 tal-investiment C16-i02: Tranżizzjoni Diġitali tal-Intrapriżi taħt il-komponent 16 Intrapriżi 4.0, u l-mira 21.3 tal-investiment C21-i02: Miżura fuq skala akbar: L-effiċjenza enerġetika fil-bini residenzjali, taħt il-komponent 21: REPowerEU. Barra minn hekk, il-Portugall talab li jnaqqas l-ambizzjoni tal-implimentazzjoni tal-mira 1.28 tal-investiment C01-i05-RAM: Tisħiħ tas-Servizz tas-Saħħa Reġjonali ta’ Madeira. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(13)Il-Portugall spjega li ġew emendati 46 miżura biex jiġu implimentati alternattivi aħjar li jippermettu t-tnaqqis tal-piż amministrattiv filwaqt li xorta jintlaħqu l-objettivi tal-miżura rispettiva. Dan jikkonċerna l-mira 1.10 tar- riforma r03: Tlestija tar-riforma tal-mudell ta’ governanza tal-isptarijiet pubbliċi u d-deskrizzjoni tar-riforma r03; il-mira 1.15, l-istadju importanti 1.16, l-istadju importanti 1.17, l-istadju importanti 1.18 u l-istadju importanti 1.19 tal-investiment C01-i01: Servizzi tal-kura tas-saħħa primarja b’aktar tweġibiet u deskrizzjoni tal-investiment C01-i01; il-mira 1.21 u l-mira 1.22 tal-investiment C01-i02: Network Nazzjonali tal-Kura Kontinwa Integrata u n-Network Nazzjonali tal-Kura Palljativa, deskrizzjoni tal-investiment C01-i02, il-mira 1.23 u l-istadju importanti 1.25 tal-investiment C01-i03: Tlestija tar-riforma tas-saħħa mentali u l-implimentazzjoni tal-istrateġija tad-dimenzja, deskrizzjoni tal-investiment C01-i03, deskrizzjoni tal-investiment C01-i09: Sistema Universali ta’ Appoġġ għal Ħajja Attiva, taħt il-komponent 1 Sistema Nazzjonali tas-Saħħa. Dan jikkonċerna l-mira 2.3 tal-investiment C02-i01: Programm ta’ Appoġġ għall-Aċċess għall-Akkomodazzjoni u deskrizzjoni tal-investiment C02-i01, il-mira 2.30 tal-investiment C02-i07-RAA: Infrastruttura għal irqajja’ ta’ art għal akkomodazzjoni residenzjali, taħt il-komponent 2 Akkomodazzjoni. Dan jikkonċerna d-deskrizzjoni tal-investiment C03-i03-RAM: Tisħiħ tar-risponsi soċjali fir-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira (ARM), taħt il-komponent 3 Risponsi Soċjali. Dan jikkonċerna l-mira 5.6 tal-investiment C05-i01.01: Mobilizzazzjoni ta’ Aġendi/Alleanzi għall-Innovazzjoni tan-Negozju; id-deskrizzjoni tal-investiment C05-i01.02: Aġendi Ekoloġiċi/Alleanzi għall-innovazzjoni tan-negozju; il-mira 5.45 tal-investiment C05-i11-RAA Scale-up: Mobilizzazzjoni tal-Aġendi/Alleanzi għall-Innovazzjoni tan-Negozju (Self), deskrizzjoni tal-investiment C05-i11, taħt il-komponent 5 Investiment u Innovazzjoni. Dan jikkonċerna l-mira 6.2 tal-investiment C06-i01: Modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, deskrizzjoni tal-investiment C06-i02: Impenn għal Impjiegi Sostenibbli, il-mira 6.6 tal-investiment C06-i03: Inċentiv għall-adulti, deskrizzjoni tal-investiment C06-i03, il-mira 6.7, il-mira 6.8, il-mira 6.9 tal-investiment C06-i04: Impuls għaż-Żgħażagħ - STEAM u deskrizzjoni tal-investiment C06-i04, il-mira 6.11 tal-investiment C06-i05-RAA: Kwalifika għall-Adulti u Tagħlim Tul il-Ħajja (ARA), deskrizzjoni tal-investiment C06-i05, il-mira 6.25 tal-investiment C06-i07: Impuls diġitali akbar, taħt il-komponent 6 Kwalifiki u ħiliet. Dan jikkonċerna l-mira 9.3 u l-mira 9.4 tal-investiment C09-i01: Pjan Reġjonali għall-Effiċjenza tal-Ilma ta’ Algarve, deskrizzjoni tal-investiment C09-i01, il-mira 9.13 tal-investiment C09-i03-RAA: Pjan għall-effiċjenza fl-użu tal-ilma u t-tisħiħ tas-sistemi tal-provvista u tat-tisqija ta’ Madeira, taħt il-komponent 9 Ġestjoni tal-Ilma. Dan jikkonċerna l-istadju importanti 10.2, l-istadju importanti 10.3 tal-investiment C10-i01: Blue Hub, Network ta’ Infrastruttura għall-Ekonomija Blu u deskrizzjoni tal-investiment C10-i01, il-mira 10.4 tal-investiment C10-i02: Tranżizzjoni Ekoloġika u Diġitali u s-Sikurezza fis-Sajd, deskrizzjoni tal-investiment C10-i02, l-istadju importanti 10.7 tal-investiment C10-i03: Ċentru ta’ Operazzjonijiet ta’ Difiża Atlantika u pjattaforma navali, l-istadju importanti 10.13 tal-investiment C10-i06-RAM: Teknoloġiji oċeaniċi u deskrizzjoni tal-investiment C10-i06-RAM, taħt il-komponent 10 Baħar. Dan jikkonċerna d-deskrizzjoni tal-investiment C11-i01: Id-dekarbonizzazzjoni tal-industrija skont il-komponent 11 Dekarbonizzazzjoni tal-Industrija, il-mira 13.5 tal-investiment C13-i02: Effiċjenza enerġetika fil-bini tal-Gvern ċentrali, deskrizzjoni tal-investiment C13-i02, l-istadju importanti 13.8 tal-investiment C13-i03: Effiċjenza enerġetika fil-bini li jintuża mis-settur tas-servizzi u deskrizzjoni tal-investiment C13-i03, taħt il-komponent 13 Effiċjenza Enerġetika fil-Bini. Dan jikkonċerna l-istadju importanti 14.2 u l-mira 14.3 tal-investiment C14-i01: Idroġenu u gassijiet rinnovabbli u deskrizzjoni tal-investiment C14-i01, il-mira 14.6, u l-mira 14.7 tal-investiment C14-i02-RAM: Potenzjal tal-elettriku rinnovabbli fl-Arċipelagu ta’ Madeira u deskrizzjoni tal-investiment C14-i02 taħt il-komponent 14 Idroġenu u Enerġija Rinnovabbli. Dan jikkonċerna l-mira 16.15 tal-investiment C16-i03: katalist għat-Tranżizzjoni Diġitali tal-Intrapriżi, deskrizzjoni tal-investiment C16-i03, il-mira 16.16 tal-investiment C16-i04: Industrija 4.0, deskrizzjoni tal-investiment C16-i04, deskrizzjoni tal-investiment C16-i05-RAA: Kapaċità Diġitali u t-Trasformazzjoni tal-Intrapriżi fl-Azores, deskrizzjoni tal-investiment C16-i06-RAM: Intrapriża 4.0, taħt il-komponent 16 Intrapriżi 4.0. Dan jikkonċerna l-istadju importanti 17.5 u l-mira 17.8 tar-riforma C17-r32: Modernizzazzjoni u Simplifikazzjoni tal-Ġestjoni Finanzjarja Pubblika u deskrizzjoni tar-riforma C17-r32, mira 17.18 tal-investiment C17-i03: Tranżizzjoni diġitali tas-servizzi tas-Sigurtà Soċjali, taħt il-komponent 17 Kwalità u Sostenibbiltà tal-Finanzi Pubbliċi. Dan jikkonċerna l-mira 19.6 tal-investiment C19-i02: Servizzi elettroniċi sostenibbli u deskrizzjoni tal-investiment C19-i02; id-deskrizzjoni tal-investiment C19-i06-RAA: Tranżizzjoni diġitali tal-amministrazzjoni pubblika fl-Azores, taħt il-komponent 19 – Amministrazzjoni Pubblika Diġitali. Dan jikkonċerna l-mira 20.11 tal-investiment C20-i02-RAA: Edukazzjoni diġitali (Azores); il-mira 20.15 tal-investiment C20-i03-RAM: Aċċelerazzjoni tad-diġitalizzazzjoni tal-edukazzjoni ARM, u deskrizzjoni tal-investiment C20-i03, taħt il-komponent 20 Skola Diġitali. Dan jikkonċerna d-deskrizzjoni tal-investiment C21-i09: Punt uniku ta’ servizz għal-liċenzjar u l-monitoraġġ ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli; il-mira 21.33 tal-investiment C21-i11-RAM: Sistema ta’ inċentivi għall-produzzjoni u l-ħżin tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli f’Madeira u f’Porto Santo, deskrizzjoni tal-investiment C21-i11,deskrizzjoni tal-investiment 21-r44: Żvilupp ta’ punti uniċi ta’ servizz għall-effiċjenza enerġetika għaċ-ċittadini (Spazji tal-Enerġija taċ-Ċittadini), taħt il-komponent 21 REPowerEU. Fuq din il-bażi, il-Portugall talab biex jemenda l-formulazzjoni tal-istadji importanti, il-miri u d-deskrizzjonijiet tar-riformi u l-investimenti msemmija hawn fuq. Barra minn hekk, il-Portugall talab li jestendi l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-mira 3.10 tal-investiment C03-i03-RAM: Tisħiħ tar-risponsi soċjali fir-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira (ARM) u deskrizzjoni tal-investiment C03-i03; il-mira 5.6 tal-investiment C05-i01.01: Mobilizzazzjoni tal-Aġendi/Alleanzi għall-Innovazzjoni tan-Negozju, deskrizzjoni tal-investiment C05-i01.01; il-mira 5.45 tal-investiment C05-i11 - Scale-up: Mobilizzazzjoni tal-Aġendi/Alleanzi għall-Innovazzjoni tan-Negozju (Self) u d-deskrizzjoni tal-investiment C05-i11; il-mira 9.1 tal-investiment C09-i01: Pjan Reġjonali għall-Effiċjenza tal-Ilma ta’ Algarve; il-mira 14.7 tal-investiment C14-i02-RAM: Potenzjament tal-elettriku rinnovabbli fl-Arċipelagu ta’ Madeira; il-mira 16.17 tal-investiment C16-i04: il-mira 4.0 u deskrizzjoni tal-investiment C16-i04; il-mira 21.6 tal-investiment C21-i04-RAM: Effiċjenza enerġetika fil-bini pubbliku f’Madeira u d-deskrizzjoni tal-investiment C21-i04-RAM; l-istadju importanti 21.31 tal-investiment C21-i09: Punt uniku ta’ servizz għal-liċenzjar u l-monitoraġġ ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli u deskrizzjoni tal-investiment C21-i09, taħt il-komponent 21 REPowerEU. Barra minn hekk, il-Portugall talab li titneħħa l-mira 1.14 tal-investiment C01-i01: Servizzi tal-kura tas-saħħa primarja b’aktar risponsi, taħt il-komponent 1 is-Servizz tas-Saħħa Nazzjonali; il-mira 2.29 tal-investiment C02-i01: Programm ta’ Appoġġ għall-Aċċess għall-Akkomodazzjoni, taħt il-komponent 2 Akkomodazzjoni; il-mira 5.8 tal-investiment C05-i01.02: Aġendi Ekoloġiċi/Alleanzi għall-innovazzjoni tan-negozju; Mira 5.40 tal-investiment C05-i09: –- Scale-up: Mobilizzazzjoni tal-Aġendi/Alleanzi għall-Innovazzjoni tan-Negozju u deskrizzjoni tal-investiment C05-i09; il-mira 5.42 tal-investiment C05-i10 - Scale-up: Aġendi Ekoloġiċi/Alleanzi għall-innovazzjoni tan-negozju, deskrizzjoni tal-investiment C05-i10; il-mira 5.47 tal-investiment C05-i12 - Scale-up: Aġendi Ekoloġiċi/Alleanzi għall-innovazzjoni tan-negozji, taħt il-komponent 5 Investiment u Innovazzjoni; il-mira 6.1 tal-investiment C06-i01: Modernizzazzjoni tal-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ tal-istituzzjonijiet; il-mira 13.4 tal-investiment C13-i01: Effiċjenza enerġetika fil-bini residenzjali; il-mira 13.6 u l-mira 13.7 tal-investiment C13-i02: Effiċjenza enerġetika fil-bini tal-gvern ċentrali, il-mira 13.9 u l-mira 13.10 tal-investiment C13-i03: Effiċjenza enerġetika fil-bini li jintuża mis-settur tas-servizzi, taħt il-komponent 13 Effiċjenza Enerġetika fil-Bini; il-mira 14.8 tal-investiment C14-i02-RAM: Potenzjament tal-elettriku rinnovabbli fl-Arċipelagu ta’ Madeira; il-mira 19.5 tal-investiment C19-i02: Servizzi Elettroniċi Sostenibbli, il-mira 21.5 ta’ C21-i04-RAM: Effiċjenza enerġetika fil-bini pubbliku f’Madeira; l-istadju importanti 21.30 tal-investiment C21-i09: Punt uniku ta’ servizz għal-liċenzjar u l-monitoraġġ ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli taħt il-komponent 21 REPowerEU. Barra minn hekk, il-Portugall talab li jqassar l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-istadju importanti 1.9 tar-riforma r3: Tlestija tar-riforma tal-mudell ta’ governanza tal-isptarijiet pubbliċi u d-deskrizzjoni tar-riforma r3, taħt il-komponent 1 Sistema tas-Saħħa Nazzjonali; id-deskrizzjoni tal-investiment C05-i01.02: Aġendi Ekoloġiċi/Alleanzi għall-innovazzjoni tan-negozju; id-deskrizzjoni tal-investiment C05-i12 - Scale-up: Aġendi Ekoloġiċi/Alleanzi għall-innovazzjoni tan-negozji, taħt il-komponent 5 Investiment u Innovazzjoni. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(14)Il-Portugall talab ukoll li juża r-riżorsi meħlusa bit-tneħħija tal-miżuri u t-tnaqqis fil-livell tal-implimentazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/241 biex iżid seba’ miżuri ġodda u biex iżid il-livell ta’ implimentazzjoni ta’ 21 miżura. Dan jikkonċerna l-mira 1.44 tal-investiment C01-i11-RAA: Modernizzazzjoni u rikwalifikazzjoni tas-Servizz tas-Saħħa Reġjonali u deskrizzjoni tal-investiment C01-i11, taħt il-komponent 1 Servizz tas-Saħħa Nazzjonali. Dan jikkonċerna l-mira l-ġdida 5.50 tal-investiment C05-i13 – Unitajiet tar-riċerka xjentifika u deskrizzjoni ġdida tal-investiment C05-i13; l-istadju importanti 5.51 u l-mira 5.52 tal-investiment C05-i14: - Innovazzjoni tan-negozju u deskrizzjoni ġdida tal-investiment C05-i14; l-istadju importanti 5.53 u l-mira 5.54 tal-investiment C05-i15 i15 RAA: Fond ta’ ekwità għar-rikapitalizzazzjoni tas-Sistema tan-Negozju tal-Azores u deskrizzjoni ġdida tal-investiment C05-i15; l-istadju importanti 5.48 u l-mira 5.49 tal-investiment C05-i16: Kompartiment tal-Istati Membri tal-InvestEU u d-deskrizzjoni tal-investiment ġdid C05-i16, taħt il-komponent 5 Investiment u Innovazzjoni. Dan jikkonċerna l-mira 9.14 tal-investiment C09-i05: Il-Park Fotovoltajku ta’ Alqueva u deskrizzjoni ġdida tal-investiment C09-i05 taħt il-komponent 9 Ġestjoni tal-Ilma. Dan jikkonċerna l-mira 12.10 tal-investiment C12-i02: Riċiklaġġ u rkupru tal-iskart u d-deskrizzjoni tal-investiment ġdid C12-i02, taħt il-komponent 12 Bijoekonomija. Abbażi ta’ dan, il-Portugall talab li jżid l-istadji importanti, il-miri u d-deskrizzjonijiet tal-investiment msemmija hawn fuq. Barra minn hekk, il-Portugall talab li jżid il-livell ta’ implimentazzjoni tal-istadji importanti, il-miri u d-deskrizzjonijiet tal-investiment msemmija hawn fuq. Dan jikkonċerna l-mira 3.4 tal-investiment C03-i01: Ġenerazzjoni ġdida ta’ tagħmir u risponsi soċjali, il-mira 3.8 tal-investiment C03-i02: Aċċessibbiltà 360°; il-mira 3.14 tal-investiment C03-i04-RAA: Implimentazzjoni tal-Istrateġija Reġjonali għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali — Networks ta’ Appoġġ Soċjali (ARA); deskrizzjoni tal-investiment u l-mira 3.28 tal-investiment C03-i07-RAA: Titjib u tkabbir tan-network tad-djar tal-kura residenzjali għall-anzjani (ERPIs); il-mira 4.8 tal-investiment C04-i02: Wirt Kulturali; deskrizzjoni tal-investiment, il-mira 5.20 u l-mira 5.21 tal-investiment C05-i05-RAA: L-Irkupru Ekonomiku tal-Agrikoltura tal-Azores; deskrizzjoni tal-investiment, il-mira 5.36, l-istadju importanti 5.37 u l-istadju importanti 5.38 tal-investiment C05-i08: Aktar Xjenza Diġitali; deskrizzjoni tal-investiment u l-mira 6.29 tal-investiment C06-i09: Skejjel ġodda jew rinnovati; deskrizzjoni tal-investiment u l-mira ġdida 8.22 tal-investiment C08-i05: Programm ta’ Aktar Foresti; il-mira ġdida 9.15 tal-investiment C09-i01: Pjan Reġjonali għall-Effiċjenza tal-Ilma ta’ Algarve; deskrizzjoni tal-investiment u l-mira 10.9 tal-investiment C10-i04-RAA: Żvilupp tar-“Raggruppament ta’ Mar dos Açores”; il-mira ġdida 13.11 tal-investiment C13-i01: Effiċjenza enerġetika f’bini residenzjali taħt il-komponent 13 Effiċjenza Enerġetika tal-Bini; il-mira ġdida 14.15 tal-investiment C14-i02-RAM: Il-potenzjal tal-elettriku rinnovabbli fl-Arċipelagu ta’ Madeira u deskrizzjoni tal-investiment C14-i02; il-mira 14.14 ta’ C14-i03-RAA: Tranżizzjoni tal-enerġija fl-Azores; il-mira 16.17 tal-investiment C16-i04: il-mira 4.0 u deskrizzjoni tal-investiment C16-i04; l-istadju importanti 19.13 tal-investiment C19-i04: Infrastruttura diġitali kritika effiċjenti, sigura u kondiviża; deskrizzjoni tal-investiment u l-mira 19.35 tal-investiment C19-i08 Territorji Intelliġenti; il-mira 21.36 tal-investiment C21-i12: Miżura fuq skala akbar: Dekarbonizzazzjoni tat-Trasport Pubbliku; l-istadju important 21.23 u l-mira ġdida 21.44 tar-riforma C21-r48: Simplifikazzjoni tal-qafas legali u regolatorju applikabbli għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli u d-deskrizzjoni tar-riforma C21-r48. Barra minn hekk il-Portugall talab li jestendi l-iskeda ta’ żmien tal-istadju importanti 5.38 tal-investiment C05-i08 u d-deskrizzjoni rispettiva tal-investiment, id-deskrizzjoni tal-investiment C08-i05: Programm ta’ Aktar Foresti, l-istadju importanti 19.13 tal-investiment C19-i04: Infrastruttura diġitali kritika effiċjenti, sigura u kondiviża u l-istadju importanti 21.23 tar-riforma C21-r48: Simplifikazzjoni tal-qafas legali u regolatorju applikabbli għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tiġi emendata skont dan.

(15)Il-Kummissjoni tqis li r-raġunijiet ippreżentati mill-Portugall jiġġustifikaw l-emenda/i skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2021/241, u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq.

Distribuzzjoni tal-istadji importanti u tal-miri

(16)Id-distribuzzjoni tal-istadji importanti u tal-miri f’pagamenti parzjali jenħtieġ li tiġi modifikata biex tqis l-emendi għall-pjan u l-iskeda ta’ żmien indikattiva ppreżentata mill-Portugall

Korrezzjonijiet ta’ żbalji klerikali

(17)Ġew identifikati ħames żbalji klerikali fit-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li jaffettwaw tmien stadji importanti/miri u sitt miżuri taħt ħames komponenti. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tiġi emendata biex tikkoreġi dawn l-iżbalji klerikali li ma jirriflettux il-kontenut tal-RRP ippreżentat lill-Kummissjoni fit-22 ta’ April 2021, kif maqbul bejn il-Kummissjoni u l-Portugall. Dawn l-iżbalji klerikali jikkonċernaw l-istadju importanti 4.11 tal-investiment C04-i02: Networks Kulturali u deskrizzjoni tal-investiment C04-i02 tal-komponent 4 Kultura; il-mira 7.14 tal-investiment C07-i05-RAA: Ċirkwiti Loġistiċi — Network Reġjonali tal-Azores; il-mira 5.34 tal-investiment C05-i07-RAM: Strumenti ta’ kapitalizzazzjoni għall-kumpaniji f’Madeira, taħt il-komponent 5 Investiment u Innovazzjoni; il-mira 10.12 tal-investiment C10-i05-RAA: Tranżizzjoni tal-enerġija, diġitalizzazzjoni u tnaqqis tal-impatt ambjentali fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, deskrizzjoni tal-investiment C10-i05, taħt il-komponent 10 Baħar; il-mira 14.12 ta’ C14-i03-RAA: Tranżizzjoni tal-enerġija fl-Azores; taħt il-komponent 14 Idroġenu u Rinnovabbli; Taqsima S.4. Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għas-self, taħt il-komponent 19; l-istadju importanti 19.30 tar-riforma C19-r41: Aċċess għas-Servizzi Pubbliċi: armonizzazzjoni u l-konsolidazzjoni tal-aċċess wiċċ imb wiċċ u online, u d-deskrizzjoni tar-riforma C19-r41; l-istadju importanti 19.31, l-istadju importanti 19.32 u l-istadju importanti 19.33 tar-riforma C19-r42: Sistema ġdida ta’ evalwazzjoni li tagħti s-setgħa u spinta ġdida lill-forza tax-xogħol tal-amministrazzjoni pubblika, u deskrizzjoni tar-riforma C19-r42, taħt il-komponent 19. Dawk il-korrezzjonijiet ma jaffettwawx l-implimentazzjoni tal-miżuri kkonċernati.

Valutazzjoni tal-Kummissjoni

(18)Il-Kummissjoni vvalutat l-RRP emendat skont il-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2021/241.

La tagħmilx ħsara sinifikanti

(19)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (d), u mal-kriterju 2.4 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP emendat mistenni jiżgura li l-ebda miżura (Klassifikazzjoni A) għall-implimentazzjoni ta’ riformi u ta’ proġetti tal-investimenti inklużi f’dan l-RRP ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fit-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 (il-prinċipju ‘‘la tagħmilx ħsara sinifikanti’’).

(20)Il-Portugall issottometta valutazzjoni tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għal kull wieħed mill-investimenti l-ġodda (C01-i12 Modernizzazzjoni u rikwalifikazzjoni tas-Servizz tas-Saħħa Reġjonali; C09-i05: Il-Park Fotovoltajku ta’ Alqueva; C12-i02: Ir-riċiklaġġ u l-irkupru tal-iskart). L-informazzjoni pprovduta turi li l-pjan huwa mistenni jiżgura l-konformità ma’ dan il-prinċipju. Modifiki oħrajn tal-miżuri inklużi fl-RRP oriġinali ma għandhomx impatt fuq il-valutazzjoni tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”. 

Kontribut għall-objettivi ta’ REPowerEU

(21)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (da) u mal-Anness V, il-kriterju 2.12, tar-Regolament (UE) 2021/241, il-kapitolu REPowerEU huwa mistenni li jikkontribwixxi b’mod effettiv fil-biċċa l-kbira (Klassifikazzjoni A) għas-sigurtà tal-enerġija, id-diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni, żieda fl-użu tal-enerġija rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika, żieda fil-kapaċitajiet tal-ħżin tal-enerġija jew it-tnaqqis meħtieġ tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili qabel l-2030.

(22)Il-modifika tal-pjan ma tħallix impatt sostanzjali fuq l-ambizzjoni tiegħu lejn l-għanijiet ta’ REPowerEU. Minkejja t-tneħħija tal-investiment C21-i15-RAA: L-akkwist ta’ żewġ bastimenti elettriċi, it-tnaqqis fil-livell ta’ implimentazzjoni tal-investiment C21-i13-RAM: Dekarbonizzazzjoni tat-trasport, u l-investiment C21-i04-RAM: Effiċjenza enerġetika fil-bini pubbliku f’Madeira; l-RRP modifikat iżomm il-kontribut sinifikanti tiegħu għad-dekarbonizzazzjoni tal-industrija, inkluż it-trasport, u għall-produzzjoni u l-użu tal-enerġija rinnovabbli. L-RRP modifikat jinkludi żieda fl-ambizzjoni tal-investiment C21-i12: Miżura fuq skala akbar: Dekarbonizzazzjoni tat-Trasport Pubbliku, u l-investiment C21-i11-RAM: Sistema ta’ inċentivi għall-produzzjoni u l-ħżin tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli f’Madeira u f’Porto Santo; tar-riforma C21-r48: Simplifikazzjoni tal-qafas legali u regolatorju applikabbli għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli.

Kontribut għat-tranżizzjoni ekoloġika inkluża l-bijodiversità

(23)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (e), u mal-Anness V, il-kriterju 2.5, tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP emendat fih miżuri li jikkontribwixxu fil-biċċa l-kbira (Klassifikazzjoni A) għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluża l-bijodiversità, jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnha. Il-miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi jammontaw għal ammont li jirrappreżenta 39,09 % tal-allokazzjoni totali tal-RRP emendat u 91,42 % tal-kostijiet stmati totali tal-miżuri fil-kapitolu REPowerEU kkalkolat f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2021/241. F’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP emendat huwa konsistenti mal-informazzjoni inkluża fil-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima 2021-2030.

(24)Il-modifika tal-pjan ma tolqotx b’mod sostanzjali l-ambizzjoni tiegħu lejn it-tranżizzjoni ekoloġika. Minkejja tnaqqis ta’ 2,07 % b’mod partikolari minħabba t-tneħħija tal-investiment C15-i03 Tranżitu Ferrovjarju Ħafif f’Odivelas-Loures u t-tnaqqis tal-ambizzjoni tal-investiment C02-i05 l-istokk ta’ Akkomodazzjoni Pubblika Affordabbli, l-RRP modifikat għadu jappoġġa b’mod sinifikanti l-objettivi tat-tranżizzjoni ekoloġika, it-titjib tal-bijodiversità, u l-protezzjoni ambjentali. B’mod partikolari, il-kapitolu REPowerEU jkompli jappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika, peress li r-riformi u l-investimenti tiegħu jikkontribwixxu biex titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili, titnaqqas id-domanda għall-enerġija u tiżdied l-effiċjenza enerġetika.

Kontribut għat-tranżizzjoni diġitali

(25)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (f), u mal-Anness V, il-kriterju 2.6, tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP emendat fih miżuri li jikkontribwixxu fil-biċċa l-kbira (Klassifikazzjoni А) għat-tranżizzjoni diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnha. Il-miżuri li jappoġġaw l-objettivi diġitali jwasslu għal ammont li jirrappreżenta 21,67 % tal-allokazzjoni totali tal-RRP emendat ikkalkolat f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament.

(26)Il-modifika tal-pjan issaħħaħ l-ambizzjoni tiegħu lejn it-tranżizzjoni diġitali. B’mod partikolari, iż-żieda fil-kontribuzzjoni diġitali tal-investiment C05-i06 Kapitalizzazzjoni tal-kumpaniji u r-reżiljenza finanzjarja, u ż-żieda fl-ambizzjoni tal-investimenti C15-i06 Diġitizzazzjoni tat-Trasport Ferrovjarju u 05-i08 Xjenza Aktar Diġitali, jikkontribwixxu aktar għad-diġitalizzazzjoni tan-negozju.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ valutazzjoni

(27)Il-Kummissjoni tqis li l-emendi mressqa mill-Portugall ma jaffettwawx il-valutazzjoni pożittiva tal-RRP stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (ST 10149/21 INIT, ST 10149/21 ADD 1 REV 1) tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-RRP għall-Portugall rigward ir-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tal-RRP mal-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(3), il-punti (a), (b), (c), (db), (g), (h), (j) u (k).

Miżuri li jappoġġaw operazzjonijiet ta’ investiment li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP)

(28)F’konformità mal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2024/795, il-Portugall qies bħala kwistjoni ta’ prijorità proġetti li ngħataw Siġill tas-Sovranità skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2024/795. Madankollu, il-Portugall qies li l-ebda proġett li ngħata Siġill tas-Sovranità ma kellu jiġi inkluż fl-RRP emendat minħabba li parti minn dawn il-proġetti diġà żguraw finanzjament minn sorsi Ewropej għajr il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Barra minn hekk, il-proġetti b’Siġill tas-Sovranità li għadhom ma żgurawx finanzjament jistgħu jiġu ffinanzjati taħt il-miżura l-ġdida C05-i14 Innovazzjoni tan-negozju fl-RRP rivedut.

Valutazzjoni pożittiva

(29)Wara l-valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni tal-RRP emendat meta nstab li l-RRP jikkonforma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji għall-valutazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/241, f’konformità mal-Artikolu 20(2) u l-Anness V ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-riformi u l-proġetti ta’ investiment meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-RRP emendat, l-istadji importanti, il-miri u l-indikaturi rilevanti, u l-ammont li għandu jsir disponibbli mill-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-RRP emendat fil-forma ta’ appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli.

Kontribuzzjoni finanzjarja

(30)Il-kostijiet totali stmati tal-RRP emendat tal-Portugall huma ta’ EUR 22 215 870 313. Peress li l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-RRP emendat huwa ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata disponibbli għall-Portugall, il-kontribuzzjoni finanzjarja ddeterminata f’konformità mal-Artikoli 4(a) tar-Regolament (UE) 2021/1755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 , l-Artikolu 20(4) u 21a(6) tar-Regolament (UE) 2021/241 allokata għall-Portugall l-RRP emendat jenħtieġ li tkun ugwali għal EUR 16 325 113 960. Għaldaqstant, il-kontribuzzjoni finanzjarja disponibbli għall-Portugall tibqa’ l-istess.

Għoti ta’ self

(31)L-appoġġ fil-forma ta’ self disponibbli għall-Portugall li jammonta għal EUR 5 890 756 353 jibqa’ l-istess.

(32)Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill ST 10149/21 INIT, ST 10149/21 ADD 1 REV 1 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-RRP għall-Portugall tiġi emendata kif xieraq. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, l-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill jenħtieġ li jiġi sostitwit kompletament,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Portugall hija emendata kif ġej:

(1) L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-RRP

Il-valutazzjoni tal-RRP modifikat tal-Portugall fuq il-bażi tal-kriterji previsti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2021/241 hija approvata. Ir-riformi u l-proġetti ta’ investiment skont l-RRP, l-arranġamenti u l-iskeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-RRP, inklużi l-objettivi intermedji u l-miri rilevanti relatati mal-pagament ta’ appoġġ finanzjarju li ma jitħallasx lura, u l-objettivi intermedji u l-miri addizzjonali relatati mal-pagament tas-self, l-indikaturi rilevanti relatati mal-issodisfar tal-objettivi intermedji u l-miri previsti, u l-arranġamenti biex il-Kummissjoni tagħti l-aċċess sħiħ għad-data rilevanti sottostanti huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.”;

(2) l-Anness huwa sostitwit bit-test tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni:

Artikolu 2
Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.
(2)    ST 10149/21 INIT, ST 10149/21 ADD 1 REV 1, kif emendat minn ST 13351/23 INIT, ST 13351/23, ADD 1 REV 1, u ST 13497/24 INIT
(3)    ST 13351/23 INIT, ST 13351/23 ADD 1 REV 1
(4)    ST 13497/24
(5)    Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(6)    Ir-Regolament (UE) 2021/1755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (ĠU L 357, 8.10.2021, p. 1).