European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1737

20.6.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1737

tat-13 ta’ Ġunju 2024

li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fis-6 ta’ Frar 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2023/309 (2) li taħtar tliet membri u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Is-Sur Roberto PELLA nħatar bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni sal-31 ta’ Mejju 2024. Konsegwentement, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Il-Gvern Taljan ippropona lis-Sur Roberto PELLA, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Sindaco del Comune di Valdengo (BI) (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Valdengo (BI)), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Roberto PELLA, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali, (Sindaco del Comune di Valdengo (BI)(Sindku tal-Muniċipalità ta’ Valdengo (BI)), huwa b’dan maħtur bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Ġunju 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

N. DE MOOR


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/309 tas-6 ta’ Frar 2023 li taħtar tliet membri u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 40, 10.2.2023, p. 18).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1737/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)