01975R0337 — MT — 21.12.2004 — 006.005
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 337/75 TAL-KUNSILL ta' l-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' ►C1 Taħriġ Vokazzjonali ◄ (ĠU L 039 13.2.1975, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 1946/93 tat-30 ta' Ġunju 1993 |
L 181 |
11 |
23.7.1993 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1131/94 tas-16 ta’Mejju 1994 |
L 127 |
1 |
19.5.1994 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 251/95 tas-6 ta' Frar 1995 |
L 30 |
1 |
9.2.1995 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 354/95 ta' l-20 ta' Frar 1995 |
L 41 |
1 |
23.2.1995 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1655/2003 tat-18 ta’ Ġunju 2003 |
L 245 |
41 |
29.9.2003 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2051/2004 tal-25 ta' Ottubru 2004 |
L 355 |
1 |
1.12.2004 |
|
Emendat bi:
|
L 291 |
17 |
19.11.1979 |
||
|
L 302 |
23 |
15.11.1985 |
||
|
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
Ikkoreġut b'
IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 337/75 TAL-KUNSILL
ta' l-10 ta' Frar 1975
li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' ►C1 Taħriġ Vokazzjonali ◄
L-Artikolu 1
Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ “iċ-ċentru”, huwa b'dan stabbilit.
F'kull wieħed mill-Istati Membri, iċ-ċentru għandu jkollu l-kapaċità legali l-aktar wiesgħa li tista tingħata lil persuni legali.
Iċ-Ċentru m’għandux jaħdem għall-profitt. Għandu jkollu s-sede tiegħu f’Tessaloniki.
L-Artikolu 2
1. L-għan taċ-ċentru għandu jkun li jassisti lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi, fuq livell ta' Komunità, il-promozzjoni u l-iżvilupp ta' taħriġ vokazzjonali u ta' taħriġ fuq ix-xogħol.
Għal dan l-iskop, fil-qafas tal-linji gwida magħmula mill-Komunità, għandu jikkontribwixxi, permezz ta' l-attivitajiet xjentifiċi u tekniċi tiegħu, għall-implimentazzjoni ta' politika komuni għat-taħriġ vokazzjonali.
Għandu, b'mod partikolari, jinkoraġġixxi l-iskambju ta' informazzjoni u t-tqabbil ta' esperjenzi.
2. Id-doveri ewlenin taċ-ċentru għandhom ikunu:
— li jiġbor dokumentazzjoni magħżula li għandha x'taqsam b'mod partikolari mas-sitwazzjoni preżenti, l-aħħar żviluppi u riċerka fl-oqsma rilevanti, u ma' ħwejjeġ ta' struttura ta' ►C1 taħriġ vokazzjonali; ◄
— li jagħti sehem fl-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta' riċerka fl-oqsma fuq imsemmija;
— li jxerred kull dokumentazzjoni u informazzjoni utli;
— li jħeġġeġ u jappoġġja kwalunkwe inizjattiva li aktarx li tiffaċilita ħidma koordinata għall-problemi ta' taħriġ vokazzjonali. L-attività taċ-ċentru f'dan il-kuntest għandha tittratta b'mod partikolari l-problema ta' approssimazzjoni ta' standards ta' taħriġ vokazzjonali sabiex ikun hemm għarfien reċiproku ta' ċertifikati u dokumenti oħra li jiċċertifikaw li sar ►C1 taħriġ vokazzjonali; ◄
— li jipprovdi forum għal kull min hu kkonċernat.
3. Fl-attivitajiet tiegħu iċ-ċentru għandu jieħu kont tar-rabtiet li jeżistu bejn ►C1 taħriġ vokazzjonali ◄ u l-oqsma l-oħra ta' l-edukazzjoni.
L-Artikolu 3
1. Iċ-ċentru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu. Jista' b'mod partikolari:
— jorganizza korsijiet u seminars;
— jikkonkludi kuntratti ta' studju u jikkummissjona jew, fejn hu neċessarju, iwettaq proġetti pilota jew proġetti individwali sabiex jassisti l-implimentazzjoni tal-programm ta' xogħol taċ-ċentru;
— jippubblika u jqassam dokumentazzjoni utli, inkluż bulettin tal-Komunità għat-taħriġ vokazzjonali.
2. Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, iċ-Ċentru għandu jistabbilixxi kuntatti xierqa, b'mod partikolari ma' korpi speċjalizzati, kemm jekk pubbliċi jew privati, nazzjonali jew internazzjonali, ma' awtoritajiet pubbliċi u istituzzjonijiet edukattivi u ma' organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta' min iħaddem. B'mod partikolari, iċ-Ċentru għandu jiżgura koperazzjoni xierqa mal-Fondazzjoni Ewropea tat-Taħriġ, mingħajr preġudizzju għall-għanijiet tiegħu stess.
L-Artikolu 4
1. Iċ-Ċentru għandu jkun kompost minn:
(a) Bord Governattiv;
(b) Bureau;
(ċ) Direttur.
2. Il-Bord Governattiv għandu jkun jikkonsisti minn:
(a) membru wieħed li jirrappreżenta l-Gvern minn kull Stat Membru;
(b) membru wieħed li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem minn kull Stat Membru;
(ċ) membru wieħed li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet ta' l-impjegati minn kull Stat Membru;
(d) tliet membri li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni.
Il-membri msemmija fil-punti (a), (b) u (ċ) ta' l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu maħtura mill-Kunsill abbażi ta' listi ta' kandidati preżentati mill-Istati Membri, mill-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u mill-organizzazzjonijiet ta' l-impjegati.
Il-Kummissjoni għandha taħtar il-membri li għandhom jirrappreżentawha.
Il-lista ta' membri tal-Bord Governattiv għandha tiġi pubblikata mill-Kunsill fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fuq is-sit ta' l-Internet taċ-Ċentru.
3. Il-mandat tal-membri għandu jkun ta' tliet snin. Għandu jkun jista' jiġi mġedded. Meta jiskadi l-mandat tagħhom jew fl-eventwalità tar-riżenja tagħhom il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm il-ħatriet tagħhom jiġu mġedda jew sakemm jiġu mibdula.
4. Il-Bord Governattiv għandu jaħtar il-president tiegħu u tliet viċi presidenti, minn fost it-tliet gruppi msemmija fil-paragrafu 5 u l-Kummissjoni, biex iservu għal perijodu ta' sentejn li jistgħu jiġu mġedda.
5. Fil-Bord Governattiv, ir-rappreżentanti tal-gvernijiet, ta' l-organizzazzjonijiet ta' l-impjegati u ta' l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem għandhom jiffurmaw grupp kull wieħed. Kull grupp għandu jaħtar koordinatur. Il-koordinaturi tal-gruppi ta' l-impjegati u ta' min iħaddem għandhom ikunu rappreżentanti ta' l-organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom fuq il-livell Ewropew u jattendu l-laqgħat tal-Bord mingħajr id-dritt tal-vot.
6. Il-president għandu jsejjaħ il-Bord Governattiv darba fis-sena. Il-president għandu jsejjaħ laqgħat addizzjonali fuq it-talba ta' mill-inqas terz tal-membri tal-Bord Governattiv.
7. Id-deċiżjonijiet tal-Bord Governattiv għandhom jittieħdu b'maġġoranza assoluta tal- membri tiegħu.
8. Il-Bord Governattiv għandu jistabbilixxi Bureau. Il-Bureau għandu jkun magħmul mill-president u t-tliet viċi presidenti tal-Bord Governattiv, koordinatur wieħed għal kull grupp imsemmi fil-paragrafu 5 u rappreżentant wieħed ieħor tas-servizzi tal-Kummissjoni.
9. L-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Bord Governattiv għandhom jippruvaw, kull wieħed skond is-setgħat tiegħu, li jiżguraw rappreżentazzjoni bilanċjata ta' nisa u rġiel fil-kandidaturi u fil-ħatriet imsemmija fil-paragrafu 2, fl-elezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 u fil-ħatriet imsemmija fil-paragrafu 8.
10. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tad-Direttur, kif stabbilit fl-Artikoli 7 u 8, il-Bureau għandu, kif delegat mill-Bord Governattiv, jissorvelja l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord u jieħu l-miżuri kollha meħtieġa għall-amministrazzjoni taċ-Ċentru bejn il-laqgħat tal-Bord Governattiv, ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 6(1), fl-Artikolu 8(1) u fl-Artikolu 11(1).
11. L-iskeda annwali ta' laqgħat tal-Bureau għandha tiġi deċiża mill-Bord Governattiv. Il-president għandu jsejjaħ laqgħat addizzjonali tal-Bureau fuq talba tal-membri tiegħu.
12. Id-deċiżjonijiet tal-Bureau għandhom jittieħdu b'kunsens. Jekk ma jista' jintlaħaq l-ebda kunsens, il-Bureau għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Bord Governattiv għal deċiżjoni.
L-Artikolu 5
Il- ►M6 Bord Governattiv ◄ għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, li għandhom jidħlu fis-seħħ meta jiġu approvati mill-Kunsill, li jaġixxi fuq l-Opinjoni tal-Kummissjoni.
Għandu jiddeċiedi jekk hux se jwaqqaf kumitati ta' xogħol ad hoc a bażi tar-rekwiżiti tal-programm annwali ta' xogħol. Għandu jinforma regolarment lill-Kummissjoni bl-attivitajiet taċ-ċentru.
L-Artikolu 6
1. Id-direttur taċ-ċentru għandu jinħatar mill-Kummissjoni minn lista ta' kandidati mogħtija mill- ►M6 Bord Governattiv ◄ .
2. Iż-żmien tal-kariga tad-direttur għandu jkun jiġġedded kull ħames snin.
L-Artikolu 7
1. Id-Direttur għandu jkun responsabbli għall-amministrazzjoni taċ-Ċentru u għandu jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Bord Governattiv u tal-Bureau. Hu għandu jkun ir-rappreżentant legali taċ-Ċentru.
2. Hu għandu jipprepara u jorganizza x-xogħol tal-Bord Governattiv u tal-Bureau u jipprovdi s-segretarjat għal-laqgħat tagħhom.
3. Huwa għandu jikkoordina l-attivitajiet tal-kumitati ta' xogħol.
4. Għandu jkun responsabbli għal ħwejjeġ ta' persunal u sabiex jimpjega u jkeċċi persunal.
5. Għandu jkun responsabbli lejn il- ►M6 Bord Governattiv ◄ għall-attivitajiet tiegħu.
L-Artikolu 8
1. Abbażi ta' abbozz preżentat mid-direttur, il-Bord Governattiv għandu jadotta l-prijoritajiet tal-perijodu medju u l-programm annwali ta' ħidma bi ftehim mas-servizzi tal-Kummissjoni. Il-programm għandu jieħu kont tal-ħtiġijiet ta' prijorità indikati mill-istituzzjonijiet tal-Komunità.
2. Iċ-ċentru għandu jieħu kont ta' l-attivitajiet ta' korpi oħra li jaħdmu fil-qasam ta' taħriġ vokazzjonali meta jkun qed jippjana x-xogħol tiegħu.
▼M1 —————
L-Artikolu 10
1. Estimi għad-dħul u n-nefqa taċ-Ċentru għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li tikkorrispondi ma “sena kalendarja, u għandhom jintwerew fl-estimi taċ-Ċentru, li għandhom jinkludu pjan ta’ stabbiliment.”
2. Id-dħul u n-nefqa murija fl-estimi għandhom jibbilanċjaw.
L-Artikolu 11
1. Kull sena, il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni, fuq il-bażi ta’ abbozz imħejji mid-Direttur tiegħu, għandu jipproduċi estimi tad-dħul u n-nefqa għaċ-Ċentru għas-sena finanzjarja ta’ wara. Dawn l-estimi, li għandhom jinkludu abbozz tal-pjan ta’ stabbiliment, għandhom jintbagħtu mill-Bord ta’ l-Amministrazzjoni lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu.
2. L-estimi għandhom jintbagħtu mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (hawnhekk iżjed “il quddiem imsejjħa” l-awtorità ta’ l-estimi “) flimkien ma” abbozz preliminari ta’ l-estimi ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea.
3. Fuq il-bażi ta’ l-estimi, l-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz ġenerali preliminari ta’ l-estimi ta’ l-Unjoni Ewropea l-estimi li hi tqies meħtieġa għall-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li għandu jitħallas mill-estimi ġenerali, li għandha tqiegħed quddiem l-awtorità ta’ l-estimi skond l-Artikolu 272 tat-Trattat.
4. L-awtorità ta’ l-estimi għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju taċ-Ċentru.
L-awtorità ta’ l-estimi għandha tadotta l-pjan ta’ stabbiliment għaċ-Ċentru,
5. L-estimi taċ-Ċentru għandhom jiġu adottati mill-Bord ta’ Amministrazzjoni. Għandhom isiru finali wara l-adozzjoni finali ta’ l-estimi ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea. Fejn xiearq, għandhom jiġi aġġustati skond kif meħtieġ.
6. Il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni għandu, kemm jista’ jkun malajr, jinnotifika lill-awtorità ta’ l-estimi bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta xi proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinjifikanti għall-iffinanzjar ta’ l-estimi, b’mod partikolari xi proġetti li jirrelataw ma’ proprjetà bħal kiri jew xiri ta’ bini. Huwa għandu jinforma b’dan lill-Kummissjoni.
Fejn fergħa ta’ l-awtorità ta’ l-estimi tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li tagħti opinjoni, hija għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord ta’ Amministrazzjoni f’perijodu ta’ sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett.
L-Artikolu 12
1. Ir-regoli finanzjarji applikabbli għaċ-Ċentru għandhom jiġu adottati mill-Bord ta’ Amministrazzjoni wara li tkun ġiet ikkonsultata l-Kummissjoni. M’għandhomx jiddevjaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar il-qafas tar-Regolament Finanzjarju għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 1 ) sakemm ma jkunx speċifikatament meħtieġ għall-operazzjoni taċ-Ċentru u bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.
L-Artikolu 12a
1. Id-Direttur għandu jimplimenta l-estimi taċ-Ċentru.
2. L-aktar tard sa l-1 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja l-uffiċjal tal-kontijiet taċ-Ċentru għandu jikkomunika l-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni flimkien ma’ rapport dwar l-amministrazzjoni ta’ l-estimi u dik finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet provviżorji ta’ l-istituzzjonijiet u l-korpi deċentralizzati skond l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.
3. L-aktar tard sal-31 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji taċ-Ċentru lill-Qorti ta’ l-Awdituri, flimkien ma’ rapport dwar l-amministrazzjoni ta’ l-estimi u dik finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport dwar l-amministrazzjoni ta’ l-estimi u dik finanzjarja għandhom ukoll jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti ta’ l-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji taċ-Ċentru skond l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju Ġenerali, id-Direttur għandu jħejji l-kontijiet finali taċ-Ċentru taħt ir-responsabiltà tiegħu stess u jibgħathom lill-Bord ta’ l-Amministrazzjoni għal opinjoni.
5. Il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali taċ-Ċentru.
6. Id-Direttur għandu, l-aktar tard sa l-1 ta’ Lulju wara kull sena finanzjarja, jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta’ l-Awdituri, flimkien ma’ l-opinjoni tal-Bord ta’ l-Amministrazzjoni.
7. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppublikati.
8. Id-Direttur għandu jibgħat lill-Qorti ta’ l-Awdituri tweġiba dwar l-osservazzjonijiet tagħha mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru. Għandu wkoll jibgħat tweġiba lill-Bord ta’ l-Amministrazzjoni.
9. Id-Direttur għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew, fuq it-talba ta’ dan imsemmi l-aħħar, kull informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta’ disċarġ għas-sena finanzjarja in kwistjoni kif preskritt fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju Ġenerali.
10. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel it-30 ta’ April tas-sena N + 2, jagħti d-disċarġ lid-Direttur fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-estimi għas-sena N.
L-Artikolu 12b
1. Il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet taċ-Ċentru u l-prospetti, u jibgħatu mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Qorti ta’ l-Awdituri.
2. Iċ-Ċentru għandu jibgħat kull sena lill-awtorità ta’ l-estimi kull informazzjoni relevanti dwar ir-riżultat tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni.
L-Artikolu 13
Il-persunal taċ-Ċentru għandu jkun suġġett għar-regolamenti u regoli applikabbli għall-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunità Ewropea.
Iċ-Ċentru għandu jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tiegħu, il-poteri devoluti lill-awtorità responsabbli mill-ħatriet.
Il- ►M6 Bord Governattiv ◄ għandu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jadotta r-regoli ta' implimentazzjoni xierqa.
L-Artikolu 14
Membri tal- ►M6 Bord Governattiv ◄ , id-Direttur, il-persunal u l-persuni l-oħra kollha li jipparteċipaw fl-attivitajiet taċ-ċentru għandhom ikunu meħtieġa, wkoll wara li jkunu temmu d-doveri tagħhom, li ma jiżvelawx informazzjoni tat-tip koperta mill-obbligu tas-sigriet professjonali.
L-Artikolu 14a
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 fir-rigward ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ( 2 ) għandu japplika għad-dokumenti miżmuma miċ-Ċentru.
2. Il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu jadotta arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1655/2003 tat-18 ta’ Ġunju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 337/75 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ ►C1 Taħriġ Vokazzjonali ◄ u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1416/76 ( 3 ).
3. Deċiżjonijiet meħuda miċ-Ċentru skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jagħtu lok għal lmenti lill-Ombudsman jew jiffurmaw is-suġġett ta’ azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, taħt l-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament.
L-Artikolu 15
Ir-regoli li jirregolaw il-lingwi tal-Komunitajiet Ewropej għandhom japplikaw għaċ-ċentru.
L-Artikolu 16
Il-Protokoll fuq il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għaċ-ċentru.
L-Artikolu 17
1. L-obbligi kontrattwali taċ-ċentru għandhom ikunu regolati mil-liġi applikabbli għall-kuntratt f'dak il-każ.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandha jkollha ġurisdizzjoni li tiddeċiedi skond kwalunkwe klawsola ta' arbitraġġ li jkun hemm f'xi kuntratt magħmul miċ-ċentru.
2. Fil-każ ta' obbligi mhux kontrattwali, iċ-ċentru għandu, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta' l-Istati Membri, jagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkaġunat miċ-ċentru jew mill-impjegati tiegħu fil-qadi ta' dmirijiethom.
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha ġurisdizzjoni fi kwistjonijijet li għandhom x'jaqsmu ma' kumpens għal danni bħal dawn.
3. Ir-responsabbiltà personali ta' impjegati lejn iċ-ċentru għandha tkun regolata mid-dispożizzjonijiet rilevanti li japplikaw għall-persunal taċ-ċentru.
L-Artikolu 18
Stati Membri, membri tal-Bord tat-Tmexxija u terzi persuni nvoluti direttament u personalment jistgħu jirreferu lill-Kummissjoni kwalunkwe att taċ-ċentru, sew jekk espress sew jekk taċitu, sabiex il-Kummissjoni teżamina l-legalità ta' dak l-att.
Riferenza għandha ssir lill-Kummissjoni fi żmien 15-il ġurnata mid-data li fiha l-parti konċernata saret taf għall-ewwel darba bl-att f'dak il-każ.
Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien xahar. Jekk ma tittieħed l-ebda deċiżjoni f'dan iż-żmien, il-każ għandu jitqies li ġie miċħud.
L-Artikolu 19
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 357, tal-31.12.2002, p. 72 b’Corrigendum fil-ĠU L 2, tas-7.1.2003, p. 39.
( 2 ) ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43.
( 3 ) ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 41.