02012D0083 — MT — 16.02.2021 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Frar 2012

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mis-sojja MON 87701 (MON-877Ø1-2) modifikata ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 701)

(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/83/UE)

(ĠU L 040 14.2.2012, p. 18)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1579 tat-18 ta' Settembru 2019

  L 244

8

24.9.2019

►M2

ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/184 tat-12 ta’ Frar 2021

  L 55

4

16.2.2021




▼B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Frar 2012

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mis-sojja MON 87701 (MON-877Ø1-2) modifikata ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 701)

(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/83/UE)



Artikolu 1

L-organiżmu modifikat ġenetikament u l-identifikatur uniku

Is-sojja modifikata ġenetikament MON 87701, kif speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, tingħata l-identifikatur uniku MON-877Ø1-2, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

L-awtorizzazzjoni

Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:

(a) 

ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li huma magħmula, jew li ġejjin mis-sojja MON-877Ø1-2;

(b) 

għalf li fih, li hu magħmul, jew li ġej mis-sojja MON-877Ø1-2;

(c) 

prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li huma magħmula mis-sojja MON-877Ø1-2 għall-istess użi bħal kwalunkwe sojja oħra ħlief għall-kultivazzjoni.

Artikolu 3

L-ittikkettjar

1.  
Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “sojja”.
2.  
Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta, u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mis-sojja MON-877Ø1-2 li jissemmew fl-Artikolu 2(b) u (c).

Artikolu 4

Il-monitoraġġ tal-effetti ambjentali

1.  
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ tal-effetti ambjentali, kif inhu stipulat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.
2.  
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ skont id-Deċiżjoni 2009/770/KE.

Artikolu 5

Ir-reġistru tal-UE

L-informazzjoni stipulata fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru tal-UE tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

▼M2

Artikolu 6

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BV, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Bayer CropScience LP, l-Istati Uniti tal-Amerka.

▼B

Artikolu 7

Il-validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

▼M2

Artikolu 8

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BV, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.

▼B




ANNESS

▼M2

(a)    Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

Bayer Agriculture BV

Indirizz

:

Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju

F’isem Bayer CropScience LP, 800 N. Lindbergh Boulevard, St. Louis, Missouri 63167, l-Istati Uniti tal-Amerka.

▼B

(b)    L-indikazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti:

(1) 

ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li huma magħmula, jew li ġejjin mis-sojja MON-877Ø1-2;

(2) 

għalf li fih, li hu magħmul, jew li ġej mis-sojja MON-877Ø1-2;

(3) 

prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li huma magħmula mis-sojja MON-877Ø1-2 għall-istess użi bħal kwalunkwe sojja oħra ħlief għall-kultivazzjoni.

Is-sojja MON-877Ø1-2 modifikata ġenetikament, kif deskritta fl-applikazzjoni, tesprimi l-proteina Cry1Ac li tipprovdi ħarsien kontra ċerti parassiti lepidotteri.

(c)    L-ittikkettjar:

(1) 

Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “sojja”.

(2) 

Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li huma magħmula mis-sojja MON-877Ø1-2 li jissemmew fl-Artikolu 2(b) u (c) ta’ din id-Deċiżjoni.

(d)    Metodu ta’ investigazzjoni:

— 
Metodu fil-ħin reali speċifiku għall-avveniment ibbażat fuq il-PCR għall-kwantifikazzjoni tas-sojja modifikata ġenetikament MON-877Ø1-2;
— 
Ivvalidat fuq ċereali mil-Laboratorju tal-UE ta’ Referenza stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdoss.htm
— 
Materjal ta’ referenza: AOCS 0809-A u AOCS 0906-A aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists Society fuq http://www.aocs.org/tech/crm

(e)    L-identifikatur uniku:

MON-877Ø1-2

(f)    Tagħrif meħtieġ skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza fir-rigward tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

Clearing-House tal-Bijosikurezza, Numru tar-Reġistru: ara [għandha timtela meta ssir in-notifika].

(g)    Il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq, l-użu jew it-trattament tal-prodotti:

Mhux meħtieġa.

(h)    Il-pjan ta’ monitoraġġ

Il-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

[Link: pjan ippubblikat fuq l-Internet]

(i)    Rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem

Mhux meħtieġa.

Nota: il-links għal dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jsiru disponibbli għall-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru tal-UE tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.