Official Journal L 257 , 11/10/2000 P. 0023 - 0023
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2000 dwar il-ftehim milħuq bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tan-Norveġja fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitorjar tad-Drogi u l-Vizzju tad-Drogi. (2000/602/KE) Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 30 flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 302/93 tat-8 ta' Frar 1993 dwar l-istabbiliment ta' Ċentru Ewropew għall-Monitorjar tad-Drogi u l-Vizzju tad-Drogi [3], jipprovdi, fl-Artikolu 13 tiegħu, illi ċ-Ċentru għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi li ma humiex fil-Komunità li jaqsmu l-interessi tal-Komunità u dawk ta' l-Istati Membri tagħha, fl-għanijiet u x-xogħol taċ-Ċentru. (2) Il-Ftehim bejn il-Komunità u n-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tan-Norveġja fiċ-Ċentru Ewropew għall-Monitorjar tad-Drogi u l-Vizzju tad-Drogi, negozjat, f'isem il-Komunità Ewropea mill-Kummissjoni, għandu jkun approvat, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tan-Norveġja fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitorjar tad-Drogi u l-Vizzju tad-Drogi huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità. It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat biex jinnomina l-persuna li għandha tkun awtorizzata biex tiffirma l-Ftehim bl-għan li jorbot il-Komunità u li jagħti n-notifika permezz ta' nota diplomatika prevista fl-Artikolu 12 tal-Ftehim [4]. Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Settembru 2000. F'isem il-Kunsill Il-President D. Vaillant [1] ĠU C 376 E, 28.12.99, p. 58. [2] Opinjoni mogħtija fis-16 Ġunju 2000 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 36, tat-12.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru. 3294/94 (ĠU L 341, tat-30.12.1994, p. 7.) [4] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandu tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet ta' l-Ewropa mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. --------------------------------------------------