Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Komunità għar-Regolament Nru 107 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom /* KUMM/2005/0632 finali - AVC 2005/0250 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 7.12.2005 KUMM(2005) 632 finali 2005/0250 (AVC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-adeżjoni tal-Komunità għar-Regolament Nru 107 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategoriji M 2 jew M 3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. ĠENERALI Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997, il-KE saret parti kontraenti tal-Ftehim Rivedut tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UN/ECE) ta' l-1958 fl-24 ta' Marzu 1998 u daħlet għal 78 regolament miżjuda ma' dak il-Ftehim. Dik id-Deċiżjoni daħlet fis-seħħ fl-24 ta' Marzu 1998. L-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni jipprevedi li l-Komunità tista' tiddeċiedi li timplimenta regolament li ma daħlitx għalih meta ffirmat il-Ftehim rivedut jekk il-Kunsill japprova dak ir-regolament b' maġġoranza kkwalifikata wara li jirċievi l-approvazzjoni tal-PE. Ir-Regolament NU/ECE Nru 107 [1] dwar dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' komponenti ta' vetturi tal-kategorija M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom għandu l-għan, b'mod partikolari, li jneħħi l-ostakli tekniċi fil-kummerċ f'vetturi bil-mutur bejn il-partijiet kontraenti filwaqt li jiżgura livell għoli ta' sigurtà fit-tħaddim tal-vetturi.Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li jkun xieraq l-KE taċċedi għalih. Huwa previst ukoll illi r-Regolament ikkonċernat se jsir parti mis-sistema ta’ l-approvazzjoni tat-tip għaliex l-ambitu tad-Direttiva 2001/85/KE huwa bħal tar-Regolament Nru. 107. Għandu jiġi enfasizzat li l-KE ser tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar l-adeżjoni għal dan ir-Regolamenti fuq il-bażi tad-dokumenti disponibbli fil-lingwi uffiċjali tal-NU/ECE (l-Ingliż, il-Franċiż u r-Russu). Billi l-KE saret parti mill-Ftehim ta' l-UN/ECE ta' l-1958, hija meħtieġa tosserva l-proċeduri previsti f'dan il-ftehim. Għalhekk, il-verżjonijiet bil-Franċiż u bl-Ingliż tar-Regolament Nru 107 biss ġew annessi. It-traduzzjonijiet ta' dan ir-Regolament ser ikunu ppublikati aktar tard. 2. IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA GħAL DEċIżJONI L-għan tal-proposta għal deċiżjoni hija li tgħin lill-Komunità taċċedi għar-Regolament UN/ECE Nru 107 dwar dispożizzjonijiet marbuta ma’ l-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 filwaqt li titqies il-binja ġenerali tagħhom. 2005/0250 (AVC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-adeżjoni tal-Komunità għar-Regolament Nru 107 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategoriji M 2 jew M 3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom[2] (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb ta' l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu ikunu iffittjati ma’ u/jew ikunu wżati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi ta’ l-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijet ("Ftehim Rivedut ta' l-1958 ")[3], u b'mod partikulari l-Artikolu 3(3) u t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-qbil tal-Parlament Ewropew[4], Billi: (1) Ir-rekwiżiti standardizzati tar-Regolament Nru 107[5] dwar dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 fir-rigward tal-binja ġenerali tagħhom għandhom l-għan, b'mod partikolari, li jneħħu l-ostakli tekniċi għall-kummerċ f'vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontraenti filwaqt li jiżguraw livell għoli ta' sikurezza fit-tħaddim tal-vetturi. (2) Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li r-Regolament Nru. 107 għandu jsir parti mis-sistema tal-Komunità għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur. IDDEĊIDIET KIF GEJ: Artikolu 1 1. Il-Komunità għandha tapplika Regolament Nru 107 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom 2. It-test tar-Regolament huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Ir- Regolament Nru 107 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom għandhom isiru parti mis-sistema ta’ l-approvazzjoni tat-tip Komunitarja għall-vetturi b’mutur. Artikolu 3 Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti b'din id-Deċiżjoni. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] Dokument tan-NU E/ECE/TRANS/505/Rev.2/Add.106/Rev.1, kif emendat bid-Dokument E/ECE/TRANS/505/Rev.2/Add.106/Rev.1/Corr.1 [2] Waqt li jitqiesu l-emendi kollha sa’ u jinkludu il-Korriġendum 1 għar-Reviżjoni 1, li daħlet fis-seħħ fid-19 ta’ Ottubru 2004 [3] ĠU L 346 tas--17.12.1997, p. 78. [4] ĠU C tas-- , p. [5] Dokument tan-NU E/ECE/TRANS/505/Rev.2/Add.106/Rev.1, kif emendat bid-Dokument E/ECE/TRANS/505/Rev.2/Add.106/Rev.1/Corr.1