<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-211/20 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0211</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:862">EU:C:2022:862</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>21</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20221110">10.11 2022</DATE> – Kawża C‑211/20 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il‑Kummissjoni vs Valencia Club de Fútbol</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L‑Ewwel Awla)</P><P>10 ta’ Novembru 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Garanzija pubblika mogħtija minn entità pubblika</KEYWORD><KEYWORD>Self lil tliet klabbs tal-futbol tal-Komunità ta’ Valencia (Valencia CF, Hércules CF u Elche CF)</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern</KEYWORD><KEYWORD>Annullament tad-deċiżjoni sa fejn din tikkonċerna lil Valencia CF</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>vantaġġ<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ</KEYWORD><KEYWORD>Komunikazzjoni dwar il-garanziji</KEYWORD><KEYWORD>Interpretazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ diliġenza tal-Kummissjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Oneru tal-prova</KEYWORD><KEYWORD>Żnaturament</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑211/20 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fit‑22 ta’ Mejju 2020,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il‑Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn G. Luengo, P. Němečková u B. Stromsky, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Valencia Club de Fútbol, SAD</HT>, stabbilita f’Valencia (Spanja), irrappreżentata minn G. Cabrera López, J. R. García‑Gallardo Gil‑Fournier u D. López Rus, abogados,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir‑Renju ta’ Spanja</HT>, irrappreżentat minn M. J. Ruiz Sánchez, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>intervenjent fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L‑Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev (Relatur), President tal-Awla, L. Bay Larsen, Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala Imħallef tal-Ewwel Awla, P. G. Xuereb, A. Kumin u I. Ziemele, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑7 ta’ April 2022,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat‑12 ta’ Marzu 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Valencia Club de Fútbol vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑732/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:98">EU:T:2020:98</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/365 tal‑4 ta’ Lulju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36387 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2013/CP) implimentata minn Spanja għal Valencia Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva, Hércules Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva u Elche Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="055" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 55, p. 12</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), sa fejn din tirrigwarda lil Valencia Club de Fútbol SAD (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Valencia CF<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Skont il-punt 2.2, tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="155" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, C 155, p. 10</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Komunikazzjoni dwar il-garanziji<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>):</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Normalment, il-benefiċjarju ta’ l-għajnuna huwa min jissellef. Kif indikat taħt il-punt 2.1, normalment it-teħid ta’ riskju għandu jitħallas permezz ta’ premium xieraq. Fejn min jissellef mhuwiex meħtieġ li jħallas il-premium, jew iħallas premium baxx, dan jikseb vantaġġ. F’paragun ma’ sitwazzjoni mingħajr garanzija, il-garanzija mill-Istat tippermetti lil min jissellef li jikseb termini finanzjarji aħjar għal self minn dawk normalment disponibbli fis-swieq finanzjarji. Ġeneralment, bil-benefiċċju ta’ garanzija mill-Istat, min jissellef jista’’ jikseb rati aktar baxxi u/jew joffri inqas sigurtà. F’xi każi, min jissellef ma jsibx, mingħajr garanzija mill-Istat, istituzzjoni finanzjarja li tkun lesta ssellef bi kwalunkwe termini. Għalhekk il-garanziji mill-Istat jistgħu jiffaċilitaw il-ħolqien ta’ negozji ġodda u jippermettu lil ċerti impriżi jiġbru flus għat-twettiq ta’ attivitajiet ġodda. Bl-istess mod, garanzija mill-Istat tista’ tgħin lil kumpanija f’diffikultajiet tibqa’ attiva minflok li din tiġi eliminata jew ristrutturata, u b’hekk tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni li tista’ tinqala’.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-punt 3.1 tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji huwa fformulat kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Jekk garanzija individwali jew skema ta’ garanzija konkluża mill-Istat ma ġġib ebda vantaġġ għal impriża, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.</P><P>F’dan il-kuntest, sabiex jiġi determinat jekk ikunx qed jingħata vantaġġ permezz ta’ garanzija jew skema ta’ garanzija, il-Qorti kkonfermat fis-sentenzi riċenti […] tagħha li l-Kummissjoni għandha tibbaża l-evalwazzjoni tagħha fuq il-prinċipju ta’ investitur li jopera f’ekonomija tas-suq […]. Għalhekk għandhom jitqiesu l-possibilitajiet effettivi għal impriża benefiċjarja li takkwista riżorsi finanzjarji ekwivalenti billi tirrikorri għas-suq kapitali. L-għajnuna mill-Istat ma tkunx involuta meta sors ġdid ta’ finanzjament isir disponibbli b’kundizzjonijiet li jkunu aċċettabbli għal operatur privat taħt il-kundizzjonijiet normali ta’ ekonomija tas-suq […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-punt 3.2(a) u (d) ta’ din il-komunikazzjoni jippreċiża:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Fir-rigward ta’ garanzija individwali mill-Istat, il-Kummissjoni tikkunsidra li biex tiġi eskluża l-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat ikun biżżejjed li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Min jissellef ma jkunx f’diffikultà finanzjarja.</TXT><P>Sabiex tittieħed deċiżjoni dwar jekk min jissellef ikunx ikkunsidrat f’diffikultà finanzjarja, għandha ssir referenza għad-definizzjoni stabbilita fil-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturar […]</P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>Jitħallas għall-garanzija prezz orjentat għas-suq.</TXT><P>Kif indikat taħt il-punt 2.1, normalment it-teħid ta’ riskju għandu jitħallas permezz ta’ premium xieraq fuq l-ammont tal-garanzija jew il-kontragaranzija. Meta l-prezz imħallas għall-garanzija jkun mill-anqas għoli daqs il-limitu ta’ premium ta’ garanzija korrispondenti li jkun hemm fis-swieq finanzjarji, il-garanzija ma tkunx tinkludi għajnuna.</P><P>Jekk fis-swieq finanzjarji ma jinstab l-ebda limitu tal-premium tal-garanzija li jikkorrispondi, l-ispiża finanzjarja totali tas-self garantit, inkluż ir-rata ta’ imgħax tas-self u tal-premium tal-garanzija, għandha tiġi mqabbla mal-prezz tas-suq ta’ self simili li m’huwiex garantit.</P><P>Fiż-żewġ każi, sabiex jiġi determinat il-prezz tas-suq li jikkorrispondi, għandhom jitqiesu l-karatteristiċi tal-garanzija u tas-self sottostanti. Dan jinkludi: l-ammont u t-tul ta’ żmien tat-tranżazzjoni; is-sigurtà mogħtija minn min jissellef u esperjenza oħra li taffettwa l-evalwazzjoni tar-rata ta’ rkupru; il-probabbiltà li min jissellef jonqos mill-obbligi tiegħu minħabba l-pożizzjoni finanzjarja, is-settur ta’ l-attività u l-prospetti tiegħu; kif ukoll kundizzjonijiet ekonomiċi oħra. Din l-analiżi għandha b’mod partikolari tippermetti li min jissellef jiġi kklassifikat permezz ta’ klassifika tar-riskju. Din il-klassifika tista’ tiġi pprovduta minn aġenzija ta’ klassifika rikonoxxuta internazzjonalment jew, fejn disponibbli, bil-klassifika interna użata mill-bank li jipprovdi s-self sottostanti. Il-Kummissjoni tindika r-rabta bejn il-klassifika u r-rata ta’ inadempjenza, magħmula mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, li x-xogħol tagħhom huwa wkoll disponibbli pubblikament […] Sabiex jiġi evalwat jekk il-premium huwiex f’konformità mal-prezzijiet tas-suq l-Istat Membru jista’ jqabbel il-prezzijiet imħallsa minn impriżi klassifikati fl-istess livell fis-suq.</P><P>Għalhekk il-Kummissjoni ma taċċettax li l-premium tal-garanzija jiġi stabbilit b’rata unika meqjusa li tikkorrispondi għal standard ġenerali ta’ l-industrija.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-punt 3.6 tal-imsemmija komunikazzjoni jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 3.2 sa 3.5 ma jfissirx li l-garanzija jew skema ta’ garanzija hija awtomatikament meqjusa bħala għajnuna mill-Istat. Jekk hemm xi dubju dwar jekk garanzija jew skema ta’ garanzija ppjanata tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, din għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-punt 4.1 tal-imsemmija komunikazzjoni jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Fejn garanzija individwali jew skema ta’ garanzija ma tkunx konformi mal-prinċipju ta’ l-investitur f’ekonomija tas-suq, din tkun meqjusa li tinvolvi l-għajnuna mill-Istat. Għalhekk l-element ta’ għajnuna mill-Istat jeħtieġ li jiġi kkwantifikat sabiex jiġi mistħarreġ jekk l-għajnuna tistax tinstab kompatibbli taħt xi eżenzjoni speċifika ta’ l-għajnuna mill-Istat. Bħala punt ta’ prinċipju, l-element ta’ l-għajnuna mill-Istat jiġi meqjus li jkun id-differenza bejn il-prezz xieraq tas-suq tal-garanzija pprovduta individwalment jew permezz ta’ skema u l-prezz attwalment imħallas għal dik il-miżura.</P><P>[…]</P><P>Fil-kalkolu ta’ l-element ta’ l-għajnuna f’garanzija, il-Kummissjoni ser tiddedika attenzjoni speċjali lill-elementi li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Jekk fil-każ ta’ garanziji individwali min jissellef jinsab f’diffikultà finanzjarja. […] (ara d-dettalji fil-punt 3.2.(a)).</TXT><P>Il-Kummissjoni tinnota li għal kumpanniji f’diffikultà, garanti tas-suq, jekk ikun hemm, jitlob fiż-żmien meta ssir il-garanzija ħlas ta’ premium għoli meta wieħed iqis ir-rata mistennija ta’ inadempjenza. Jekk il-probabilità li min jissellef ma jkunx kapaċi jħallas lura s-self issir partikolarment kbira, huwa possibbli li din ir-rata tas-suq ma tkunx teżisti u f’ċirkostanzi eċċezzjonali l-element ta’ l-għajnuna tal-garanzija jista’ jirriżulta li jkun għoli daqs l-ammont effettivament kopert minn dik il-garanzija.</P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>Jekk il-karatteristiċi speċifiċi tal-garanzija u tas-self (jew obbligu finanzjarju ieħor) tqiesu meta ġie ddeterminat il-premium tas-suq tal-garanzija, li minnu l-element ta’ l-għajnuna huwa kkalkulat billi jitqabbel mal-premium fil-fatt imħallas (ara d-dettalji fil-punt 3.2.(d)).<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-punt 4.2 tal-imsemmija komunikazzjoni jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Għal garanzija individwali l-ekwivalenti fi flus ta’ garanzija għandu jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn il-prezz tas-suq tal-garanzija u l-prezz li fil-fatt tħallas.</P><P>Fejn is-suq ma jipprovdix garanziji għat-tip ta’ tranżazzjoni kkonċernata, ma jkun disponibbli l-ebda prezz tas-suq għall-garanzija. F’dak il-każ, l-element ta’ l-għajnuna għandu jiġi kkalkulat bl-istess mod bħall-ekwivalenti ta’ għotja ta’ self b’kundizzjonijiet favorevoli (soft loan), jiġifieri bħad-differenza bejn ir-rata ta’ imgħax speċifika tas-suq li din il-kumpannija kienet tassumi mingħajr il-garanzija u r-rata ta’ imgħax miksuba permezz ta’ l-għajnuna mill-Istat wara li jitqiesu kwalunkwe premiums imħallsa. Jekk m’hemmx rata ta’ imgħax tas-suq u jekk l-Istat Membru jkun jixtieq juża r-rata ta’ referenza minflokha, il-Kummissjoni tenfasizza li l-kundizzjonijiet stipulati fil-Komunikazzjoni dwar ir-rati ta’ referenza […] huma validi sabiex tiġi kkalkulata l-intensità ta’ l-għajnuna ta’ garanzija individwali. Dan ifisser li hija meħtieġa attenzjoni speċjali għaż-żieda fuq ir-rata bażika sabiex jittieħed kont tal-profil tar-riskju rilevanti marbut ma’ l-operazzjoni koperta, l-impriża garantita u l-kollaterali pprovduti.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Valencia CF hija klabb tal-futbol professjonali li għandha s-sede f’Valencia, Spanja. Il-Fundacion Valencia (il-Fondazzjoni Valencia, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>FV<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ lukru li l-għan ewlieni tagħha huwa li tippreżerva, ixxerred u tippromwovi l-aspetti sportivi, kulturali u soċjali ta’ Valencia CF u r-rabta tagħha mal-partitarji tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil‑5 ta’ Novembru 2009, l-Instituto Valenciano de Finanzas (l-Istitut tal-Finanzi ta’ Valencia, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>IVF<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), l-istabbiliment finanzjarju tal-Generalitat Valenciana (il-Komunità Awtonoma ta’ Valencia, Spanja), ipprovda lill-FV garanzija għal self bankarju ta’ EUR 75 miljun mogħti mill-bank Bancaja, li permezz tiegħu hija akkwistat 70.6 % tal-azzjonijiet ta’ Valencia CF (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Miżura 1<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-garanzija kienet tkopri 100 % tas-somma kapitali ewlenija tas-self, flimkien mal-interessi u l-ispejjeż tat-tranżazzjoni ggarantita. Bħala korrispettiv, il-FV kellha tħallas lill-IVF kummissjoni annwali ta’ garanzija ta’ 0.5 %. L-IVF irċieva bi pleġġ tat-tieni grad, bħala kontrogaranzija, azzjonijiet ta’ Valencia CF akkwistati mill-FV. It-tul tas-self sottostanti kien ta’ sitt snin. Ir-rata ta’ interessi tas-self sottostanti kienet ekwivalenti għal 6 % għall-ewwel sena, imbagħad l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Euro Interbank Offered Rate<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> (Euribor) fis-sena, miżjuda b’marġni ta’ 3.5 %, b’rata minima ta’ 6 %. Barra minn hekk, kienet tapplika wkoll kummissjoni tal-ftuħ ta’ 1 %. L-iskeda tal-pagamenti kienet tipprevedi rimbors tal-interessi mix-xahar ta’ Awwissu 2010 u rimbors tas-somma kapitali ewlenija f’żewġ partijiet ta’ EUR 37.5 miljun, rispettivament fis‑26 ta’ Awwissu 2014 u fis‑26 ta’ Awwissu 2015. Kien previst li r-rimbors tas-self iggarantit (somma kapitali ewlenija u interessi) kellu jkun iffinanzjat mill-bejgħ tal-azzjonijiet ta’ Valencia CF akkwistati mill-FV.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl‑10 ta’ Novembru 2010, l-IVF żied il-garanzija tiegħu favur il-FV b’EUR 6 miljun, bil-għan li tinkiseb żieda tal-istess ammont tas-self diġà mogħti minn Bancaja, sabiex ikun kopert il-ħlas tas-somma kapitali ewlenija, tal-interessi u tal-ispejjeż dovuti li jirriżultaw min-nuqqas ta’ ħlas tal-interessi tas-self iggarantit fis-26 ta’ Awwissu 2010 (iktar ’il quddiem ‘il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Miżura 4<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Wara li ġiet informata dwar l-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat allegata, mogħtija mill-Komunità Awtonoma ta’ Valencia fil-forma ta’ garanziji għal self bankarju favur Elche Club de Fútbol AD, Hércules Club de Fútbol SAD u Valencia CF, il-Kummissjoni, fit‑8 ta’ April 2013, stiednet lir-Renju ta’ Spanja jagħmel osservazzjonijiet dwar din l-informazzjoni, Dan tal-aħħar wieġeb lill-Kummissjoni fis‑27 ta’ Mejju u fit‑3 ta’ Ġunju 2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat‑18 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni nnotifikat lil dan l-Istat Membru d-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE, li permezz tagħha hija stiednet lill-partijiet interessati jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom u ppreċiżat, b’mod partikolari fil-premessi 27 sa 29 u 52 ta’ din id-deċiżjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>(27)</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kummissjoni ma tafx il-parametru referenzjarju għat-tariffa tal-garanzija korrispondenti li tista’ tiġi offruta fis-suq finanzjarju għal garanziji simili għal dawk mogħtija mill-IVF. Madankollu, it-tariffa annwali tal-garanzija ta’ 0.5 % għall-akkwist ta’ azzjonijiet ta’ Valencia CF […] ma [tidhirx], <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, li tirrifletti r-riskju ta’ nuqqas ta’ ħlas tas-self iggarantit, peress li Valencia CF […] [tidher] li kienet f’diffikultà fid-data tal-għoti tal-garanziji inkwistjoni. […]</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="6"?><CONSID><NP><NO.P>(28)</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tindika wkoll li minbarra li ngħataw lil impriżi apparentement f’diffikultà, il-garanziji jkopru 100 % tal-ammonti ggarantiti. Dan jissuġġerixxi li l-operaturi tas-suq ma humiex lesti jassumu r-riskju ta’ insolvenza tal-benefiċjarji. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tiddubita li l-benefiċjarji jistgħu jiksbu l-garanziji inkwistjoni għal dan il-prezz u f’dawn iċ-ċirkustanzi fis-suq. Barra minn hekk, mingħajr il-garanzija tal-Istat, il-Kummissjoni tiddubita li stabbiliment finanzjarju jkun lest jagħti lill-benefiċċjarji self ta’ ebda tip.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(29)</NO.P><TXT>Għalhekk, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tqis f’dan l-istadju li l-garanziji mogħtija mill-Istat fl‑2008, fl‑2010 u fl‑2011 taw vantaġġ lill-entitajiet li bbenefikaw mis-self. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(51)</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tiddubita li l-IVF tat il-garanziji inkwistjoni skont kriterji tas-suq, b’mod partikolari wara li eżaminat is-sitwazzjoni finanzjarja u l-prospetti ta’ vijabbiltà tal-entitajiet li fl-aħħar mill-aħħar ibbenefikaw mis-self. […]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Mill-premessi 2 sa 5 tad-deċiżjoni kontenzjuża jirriżulta li, matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, minn naħa, il-Kummissjoni rċeviet, matul is-snin 2013 sa 2016, osservazzjonijiet, informazzjoni u informazzjoni addizzjonali, b’mod partikolari, mingħand ir-Renju ta’ Spanja, l-IVF, il-FV kif ukoll mingħand Valencia CF u, min-naħa l-oħra, fid‑29 ta’ Jannar 2015, id-dipartimenti tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Spanjoli, rappreżentanti tal-IVF u rappreżentanti ta’ Valencia CF iltaqgħu fi Brussell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni, b’mod partikolari, ikkonstatat li l-Miżuri 1 u 4 kienu jikkostitwixxu għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern, li tammonta għal EUR <FT TYPE="NUMBER">19193000</FT> u għal EUR <FT TYPE="NUMBER">1188000</FT> rispettivament u ordnat lir-Renju ta’ Spanja jirkupra l-imsemmija għajnuna b’mod immedjat u effettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-Taqsima 7.1 ta’ din id-deċiżjoni, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, il-Kummissjoni qieset b’mod partikolari:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(77)</NO.P><TXT>[…] sa minn Ġunju 2007 u fiż-żmien li fih ingħataw il-miżuri 1 u 4 Valencia CF kien f’diffikultà fis-sens tal-punt 11 tal-Linji Gwida R&amp;R tal‑2004 […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(80)</NO.P><TXT>Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tinnota li fis-snin qabel ingħataw il-miżuri taħt skrutinju, Valencia CF […] ma [kienx] f’sitwazzjoni estremament diffiċli, fis-sens tal-punt 2.2 u tal-punt 4.1 l-ittra (a) tal-Avviż ta’ Garanzija […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(82)</NO.P><TXT>[…] Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ssostni li fiż-żmien li fih ingħataw il-miżuri 1 u 4 Valencia CF kien jinsab f’diffikultà.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>(83)</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni l-Kummissjoni tqis li minħabba l-fatt li fiż-żmien qabel ġew implimentati l-miżuri t-tliet klabbs kienu f’diffikultà finanzjarja dawn jistgħu jitqiesu li għandhom klassifikazzjoni fil-kategorija CCC […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(85)</NO.P><TXT>Rigward l-element ta’ għajnuna fil-miżuri, li kollha jinvolvu garanziji tal-Istat, il-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni l-Avviż ta’ Garanzija […], it-Taqsimiet 2.2 u 3.2. L-Avviż ta’ Garanzija tal-2008 jistabbilixxi li t-twettiq ta’ ċerti kundizzjonijiet jista’ jkun biżżejjed għall-Kummissjoni biex teskludi l-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat, bħall-fatt li l-mutwatarju ma jkunx f’diffikultà finanzjarja u li l-garanzija ma tkoprix aktar minn 80 % tas-self pendenti jew ta’ obbligu finanzjarju ieħor. Madankollu, meta mutwatarju ma jħallasx prezz li jġorr riskju għall-garanzija, dan ikun kiseb vantaġġ. Barra minn hekk, meta l-mutwatarju jkun ditta f’diffikultà finanzjarja, mingħajr garanzija tal-Istat ma jirnexxilux isib istituzzjoni finanzjarja li tkun lesta li ssellfu, ikunu xi jkunu l-kundizzjonijiet.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(86)</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-argument ta’ Spanja li l-kundizzjonijiet tal-Avviż ta’ Garanzija […] huma ssodisfati. Bl-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji għall-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni ssib li:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Valencia CF [kien] f’diffikultà finanzjarja (ara l-premessi 70‑82 hawn fuq) fiż-żmien tal-għoti tal-miżuri 1 […]u 4.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>Il-primjums annwali ta’ garanzija ta’ 0,5 %–1 % imposti għall-garanziji inkwistjoni ma jistgħux jitqiesu li jirriflettu r-riskju ta’ inadempjenza għas-self garantit, minħabba d-diffikultajiet ta’ Valencia CF […] u b’mod partikolari l-proporzjon ta’ ingranaġġ għoli [tiegħu] jew il-fatt li [kellu] ekwità negattiva fiż-żmien tal-miżuri inkwistjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(87)</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri 1 […] u 4 ma rrispettawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Avviż ta’ Garanzija […] u għalhekk tasal għall-fehma li l-benefiċjarji ma kinux jiksbu l-miżuri taħt l-istess termini fis-suq u li għalhekk dawn il-miżuri taw vantaġġ indebitu lill-benefiċjarji</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-Taqsima 7.2. tal-imsemmija deċiżjoni, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Kwantifikazzjoni tal-għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, il-Kummissjoni, b’mod partikolari, qieset fil-premessa 93 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Skont it-taqsima 4.2 tal-Avviż ta’ Garanzija […], il-Kummissjoni tqis li, għal kull garanzija, l-ammont ta’ għajnuna huwa ugwali għall-element ta’ sussidju tal-garanzija, jiġifieri l-ammont li jirriżulta mid-differenza bejn, minn naħa waħda, ir-rata tal-imgħax tas-self li tkun ġiet applikata fil-fatt bis-saħħa tal-garanzija tal-Istat flimkien mat-tariffa tal-garanzija u, min-naħa l-oħra, ir-rata tal-imgħax li kieku kienet tiġi applikata għal self mingħajr garanzija tal-Istat. Il-Kummissjoni tinnota li minħabba l-għadd limitat ta’ osservazzjonijiet ta’ tranżazzjonijiet simili fis-suq, dan il-parametru referenzjarju mhuwiex se jipprovdi tqabbil sinifikanti. Għalhekk il-Kummissjoni se tuża r-rata referenzjali rilevanti […], li hija ta’ <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> punt bażi fid-dawl tad-diffikultajiet tat-tliet klabbs tal-futbol u l-valur baxx ħafna tat-titoli tas-self, flimkien ma’ 124‑149 punt bażi bħala r-rati bażi ta’ Spanja fiż-żmien tal-miżuri ta’ għajnuna. Tabilħaqq, kull selfa kienet titolizzata b’rahan fuq l-ishma akkwistati fil-klabbs. Madankollu, dawn tal-aħħar kienu f’diffikultà, jiġifieri kienu qed iwettqu operazzjonijiet li jwasslu għal telf, u ma kien hemm<?PAGE NO="8"?> l-ebda pjan ta’ vijabbiltà kredibbli fis-seħħ biex juri li dawk l-operazzjonijiet kienu sejrin jispiċċaw jagħmlu l-qligħ għall-azzjonisti tagħhom. Għalhekk it-telf ta’ dawk il-klabbs kien inkluż fil-valur tal-ishma tal-istess klabbs, u għalhekk il-valur ta’ dawk l-ishma bħala titolu ta’ self kien viċin iż-żero. Abbażi tal-kalkoli tal-Kummissjoni, l-ammont tal-għajnuna fil-miżuri li qed jiġu vvalutati huwa ta’ EUR 20,381 miljun fil-każ ta’ Valencia CF (EUR 19,193 miljun taħt il-miżura 1 flimkien ma’ EUR 1,188 miljun taħt il-miżura 4) […] Il-kalkoli tal-Kummissjoni huma kif ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Għall-miżura 1: ir-rata tal-imgħax applikata ta’ 6,5 % titnaqqas mir-rata tal-imgħax applikabbli tas-suq ta’ 1,45 %, jiġifieri <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> punt bażi għal Valencia CF flimkien ma’ 145 punt bażi bħala rata bażi għal Spanja f’Novembru 2009 […]. Ir-riżultat jiġi mmultiplikat bl-ammont tas-self ta’ EUR 75 miljun u bit-tul attwali tas-self ta’ 5,17 snin. Ir-riżultat finali jammonta għal EUR 19,193 miljun.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>Għall-miżura 4: ir-rata tal-imgħax applikata ta’ 6,5 % titnaqqas mir-rata tal-imgħax applikabbli tas-suq ta’ 11,45 %, jiġifieri <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> punt bażi għal Valencia CF flimkien ma’ 145 punt bażi bħala rata bażi għal Spanja f’Novembru 2010 […] Ir-riżultat jiġi mmultiplikat bl-ammont tas-self ta’ EUR 6 miljuni u bil-bqija tat-tul attwali tas-self ta’ erba’ snin. Ir-riżultat finali jammonta għal EUR 1,188 miljun.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑proċedura quddiem il‑Qorti Ġenerali u s‑sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑20 ta’ Ottubru 2016, Valencia CF ressqet rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Insostenn ta’ dan ir-rikors, Valencia CF qajjmet tmien motivi, li fosthom l-ewwel wieħed u t-tielet wieħed kienu bbażati, rispettivament, fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fil-karatterizzazzjoni ta’ vantaġġ u tal-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali laqgħet l-ewwel u t-tielet motiv u, għaldaqstant, annullat id-deċiżjoni kontenzjuża fir-rigward tal-Miżuri 1 u 4.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It‑talbiet tal‑partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata f’dak li jirrigwarda l-Miżura 1;</P></ITEM><ITEM><P>tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali; u</P></ITEM><ITEM><P>tirriżerva l-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Valencia CF u r-Renju ta’ Spanja jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiċħad l-appell u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, il-Kummissjoni tqajjem aggravju wieħed ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata, fil-punti 124 sa 138 tas-sentenza appellata, tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>vantaġġ ekonomiku<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, li tirriżulta, qabel xejn, minn interpretazzjonijiet żbaljati tad-deċiżjoni kontenzjuża u tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji, sussegwentement, minn nuqqas ta’ osservanza tal-limiti tal-oneru tal-prova tagħha u tal-obbligu ta’ diliġenza tagħha u, fl-aħħar nett, minn żnaturament tal-fatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Valencia CF tikkontesta, b’mod partikolari, l-ammissibbiltà ta’ dan l-appell.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L‑argumenti tal‑partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Valencia CF tiqis, l-ewwel, li l-Kummissjoni ma tidentifikax, ħlief għar-riferiment ġenerali għall-punti 124 sa 138 tas-sentenza appellata, bil-preċiżjoni meħtieġa l-punti tal-imsemmija sentenza li hija tikkontesta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>It-tieni, skont Valencia CF, il-Kummissjoni tillimita ruħha li tirrepeti l-motivi u l-argumenti tagħha diġà esposti quddiem il-Qorti Ġenerali dwar l-obbligu ta’ motivazzjoni li hija għandha, b’mod li hija trid biss tikseb eżami mill-ġdid tar-rikors billi tipproponi evalwazzjoni ġdida tal-fatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>It-tielet, Valencia CF issostni li l-Komunikazzjoni dwar il-garanziji ma tikkostitwixxix strument tad-dritt pożittiv tal-Unjoni, b’mod li l-ksur eventwali tagħha ma jistax jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>kwistjoni ta’ liġi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fis-sens tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li hija għalhekk tkun tista’ tanalizza fil-kuntest ta’ appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L‑evalwazzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 256 TFUE, mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Artikolu 168(1)(d) u mill-Artikolu 169 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkritikati tas-sentenza jew tad-digriet li tagħhom ikun qiegħed jintalab l-annullament kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu din it-talba b’mod speċifiku. Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, appell li sempliċement jirriproduċi l-motivi u l-argumenti diġà mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali ma jissodisfax dan ir-rekwiżit. Fil-fatt, tali appell ikun jikkostitwixxi, fil-verità, talba intiża li jinkiseb sempliċi eżami mill-ġdid tar-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali, fatt li ma jaqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tal‑24 ta’ Marzu 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Hermann Albers vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑656/20 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:222">EU:C:2022:222</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> s-sentenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-ewwel, kuntrarjament għal dak li tallega Valencia CF, il-Kummissjoni indikat b’mod preċiż l-elementi kkritikati tas-sentenza appellata kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu b’mod speċifiku t-talba tagħha għall-annullament ta’ dik is-sentenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>It-tieni, dik l-istituzzjoni lanqas sempliċement tirriproduċi l-motivi u l-argumenti diġà mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali, iżda tikkontesta speċifikament l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, meta appellant jikkontesta l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju magħmula mill-Qorti Ġenerali, il-punti ta’ liġi eżaminati fl-ewwel istanza jistgħu jiġu diskussi mill-ġdid waqt l-appell. Fil-fatt, li kieku appellant ma setax jibbaża l-appell tiegħu b’dan il-mod fuq motivi u argumenti li jkunu diġà ntużaw quddiem il-Qorti Ġenerali, il-proċedura ta’ appell tkun imċaħħda minn parti mis-sens tagħha (sentenza tal‑14 ta’ Ottubru 2022, Deutsche Telekom vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑280/20 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:222">EU:C:2022:222</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>It-tielet, kuntrarjament għal dak li tallega Valencia CF, il-kwistjoni dwar jekk il-Qorti Ġenerali wettqitx żball ta’ liġi meta stħarrġet jekk il-Kummissjoni kkonformatx ruħha jew le mal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji tista’ tqajjem kwistjonijiet ta’ liġi, fis-sens tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ għalhekk tanalizza fil-kuntest ta’ appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita l-eżami li l-Kummissjoni għandha twettaq, meta tapplika l-prinċipju ta’ operatur privat, jeħtieġ li ssir evalwazzjoni ekonomika kumplessa (sentenza tal‑11 ta’ Novembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Autostrada Wielkopolska vs Il‑Kummissjoni u Il‑Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑933/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:905">EU:C:2021:905</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0116">116</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata), li fil-kuntest tagħha dik l-istituzzjoni għandha marġni ta’ diskrezzjoni wiesgħa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑11 ta’ Settembru 2014, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CB vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑67/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2204">EU:C:2014:2204</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita sew, billi tadotta regoli ta’ kondotta u billi tħabbar, permezz tal-pubblikazzjoni tagħhom, li minn dak il-mument ‘il quddiem hija tkun ser tapplikahom għall-każijiet koperti minnhom, il-Kummissjoni timponi limitu fuq l-eżerċizzju ta’ tali marġni ta’ diskrezzjoni u, bħala prinċipju, ma tkunx tista’ titbiegħed minn dawn ir-regoli bla ħsara li tiġi ssanzjonata, jekk ikun il-każ, minħabba ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt, bħall-ugwaljanza fit-trattament jew il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi (sentenzi tat‑2 ta’ Diċembru 2010, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Holland Malt vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑464/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:733">EU:C:2010:733</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑3 ta’ Settembru 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑817/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:637">EU:C:2020:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0100">100</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni hija marbuta bir-regolamenti li hija tadotta, sa fejn dawn ma jidderogawx mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE u sa fejn l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx tikser il-prinċipji ġenerali tad-dritt, bħall-ugwaljanza fit-trattament (sentenza tat‑3 ta’ Settembru 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑817/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:637">EU:C:2020:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0101">101</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, hekk kif jirriżulta b’mod partikolari mill-punti 3.1 u 4.1 tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji, din tinkludi regoli ta’ kondotta mħabbra mill-Kummissjoni relatati, b’mod partikolari, mal-eżerċizzju tal-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha meta hija twettaq evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi b’applikazzjoni tal-prinċipju ta’ operatur privat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-appell kollu kemm hu huwa ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L‑argumenti tal‑partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat id-deċiżjoni kontenzjuża meta qieset, fil-punt 138 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni qieset li ma kienx hemm prezz tas-suq għall-primjum ta’ garanzija inkwistjoni. Fil-fatt, hija kienet indikat, fil-premessa 93(a) tad-deċiżjoni kontenzjuża, ir-rata tal-interessi tas-suq applikabbli, li hija kienet iffissat għal valur ta’ 11.45 % wara li, qabel kollox, analizzat is-sitwazzjoni ta’ Valencia CF fid-data tal-għoti tal-garanzija, sussegwentement qieset li l-kreditu tal-klabb kien ser jiġi kklassifikat fil-kategorija CCC u, fl-aħħar nett, analizzat il-karatteristiċi tal-garanzija inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-interpretazzjoni żbaljata tad-deċiżjoni kontenzjuża mill-Qorti Ġenerali hija essenzjalment ibbażata fuq l-evalwazzjonijiet esposti minnha fil-punti 124 sa 130 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fil-punt 124 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni, fl-interpretazzjoni tal-premessa 85 tad-deċiżjoni kkontestata, il-fatt li l-Kummissjoni prinċipalment kienet ikkontestat il-prezz li bih inkisbet il-garanzija, u mhux il-possibbiltà li tinkiseb garanzija jew self fis-suq, fatt li huwa kkorroborat mir-raġunament sussegwenti li huwa bbażat fuq l-insuffiċjenza tal-prezz imħallas. Fil-punt 125 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat, fid-dawl tal-kontenut tal-premessa 93(a) tad-deċiżjoni kontenzjuża, li l-Kummissjoni ma kinitx indikat il-prezz tas-suq sabiex tevalwa l-primjum inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-punt 126 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali, minn naħa, għamlet deduzzjonijiet ibbażati fuq l-evalwazzjoni żbaljata tagħha fl-imsemmija punti 124 u 125 ta’ dik is-sentenza li skontha l-Kummissjoni kienet naqset milli tfittex prezz tas-suq li fir-rigward tiegħu tipparaguna l-primjum inkwistjoni. Min-naħa l-oħra, hija kienet iddikjarat b’mod żbaljat li l-Kummissjoni naqset milli teżamina l-karatteristiċi rilevanti kollha tal-garanzija u tas-self sottostanti, b’mod partikolari l-eżistenza ta’ garanziji mogħtija mill-persuna li tissellef. Fil-fatt, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq dawn il-karatteristiċi u fuq dawn il-garanziji sabiex tiddetermina, fil-premessa 93 tad-deċiżjoni kkontestata, il-prezz tas-suq tal-garanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni tallega li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-Komunikazzjoni dwar il-garanziji. Fil-fatt, billi qieset, fil-punti 132 sa 134 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni assumiet li ebda stabbiliment finanzjarju ma seta’ jkun garanti għal impriża f’diffikultà, li l-Komunikazzjoni dwar il-garanziji ma tipprevedi ebda preżunzjoni ġenerali ta’ dan it-tip u li, konsegwentement, il-Kummissjoni applikat ħażin din il-komunikazzjoni u naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li twettaq evalwazzjoni globali li tieħu inkunsiderazzjoni kull element rilevanti f’dan il-każ li jippermettilha tiddetermina jekk ir-rikorrenti manifestament ma kinitx tikseb faċilitajiet paragunabbli mingħand operatur privat, il-Qorti Ġenerali vvizzjat ir-raġunament tagħha bl-iżbalji sussegwenti:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>hija kienet b’mod żbaljat ippreżumiet li l-Kummissjoni eskludiet l-eżistenza ta’ prezz tas-suq għal garanzija bħal dik eżaminata f’dan il-każ;</P></ITEM><ITEM><P>hija kienet b’mod żbaljat qieset li l-użu tar-rati ta’ referenza kien paragunabbli ma’ preżunzjoni, anki jekk il-Kummissjoni kienet spjegat fid-dettall li l-użu ta’ dawn ir-rati kien jifforma parti integrali minn eżerċizzju empiriku intiż li jistabbilixxi indikatur tal-prezz tas-suq tal-garanzija;</P></ITEM><?PAGE NO="12"?><ITEM><P>hija kienet b’mod żbaljat interpretat il-Komunikazzjoni dwar il-garanziji bħala li tipprevedi ġerarkija stretta bejn il-metodi tas-suq u l-metodi ta’ referenza, anki jekk din il-komunikazzjoni ma tistabbilixxix tali ġerarkija u anki jekk dawn iż-żewġ metodi huma intiżi li jiddeterminaw il-prezz tas-suq tal-garanzija u huma bbażati fuq data tas-suq;</P></ITEM><ITEM><P>hija kienet b’mod żbaljat qieset li l-użu tar-rata ta’ referenza jimplika nuqqas tal-Kummissjoni milli twettaq l-obbligu tagħha li twettaq evalwazzjoni globali li tieħu inkunsiderazzjoni kull element rilevanti f’dan il-każ li jippermettilha tiddetermina jekk Valencia CF ma kinitx tikseb faċilitajiet paragunabbli mingħand operatur privat, peress li din ir-rata ta’ referenza tapplika b’rabta ma’ analiżi ddettaljata tas-sitwazzjoni tal-impriża benefiċjarja u tal-karatteristiċi tal-garanzija u tas-self sottostanti, analiżi li l-Qorti Ġenerali, barra minn hekk, esponiet fil-punti 62 sa 105 tas-sentenza appellata, u,</P></ITEM><ITEM><P>hija stess, permezz tal-analiżi mwettqa fil-punti 132 sa 134 tas-sentenza appellata, kisret ir-rekwiżiti relatati ma’ evalwazzjoni globali li tirriżulta mill-ġurisprudenza, billi tat importanza deċiżiva lir-riċerka għal tranżazzjonijiet purament ipotetiċi u improbabbli ħafna, li r-rilevanza tagħha ma hijiex evidenti f’sitwazzjoni fejn l-evalwazzjoni globali mwettqa mill-Kummissjoni abbażi ta’ elementi oġġettivi ewlenin turi b’mod ċar li l-garanzija inkwistjoni ma ngħatatx bi prezz tas-suq.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ssostni li, meta kkalkolat ir-rata ta’ referenza skont il-punt 4.2 tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji, hija ddeterminat il-prezz tas-suq tat-tranżazzjoni ta’ finanzjament inkwistjoni. Bl-istess mod, hija wettqet evalwazzjoni globali tal-vantaġġ billi ħadet inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ta’ Valencia CF fid-data tal-għoti tal-garanzija u tan-nota ta’ kreditu tagħha ta’ kategorija CCC, kif ukoll il-karatteristiċi tal-garanzija inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali imponiet fuqha obbligi ta’ diliġenza u oneru ta’ prova eċċessivi meta, fil-punti 131 sa 138 tas-sentenza appellata, hija qieset li l-Kummissjoni ma kinitx investigat b’mod suffiċjenti jekk kienx jeżisti primjum ta’ garanzija ta’ referenza korrispondenti offrut fis-swieq finanzjarji, kienet ippreżumiet li ebda stabbiliment finanzjarju ma jkun il-garanti għal impriża f’diffikultà u kienet assumiet li ma kienx jeżisti prezz tas-suq għal self simili mhux iggarantit. B’mod partikolari, fil-punt 137 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat qieset li l-Kummissjoni kellha l-obbligu li titlob lill-Istat Membru kkonċernat, jew lil sorsi oħra, informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ self simili għas-self sottostanti għat-tranżazzjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirrileva li fil-premessi 27 sa 29, 50 u 51 tad-deċiżjoni ta’ ftuħ, hija kienet irrilevat li Valencia CF kienet impriża f’diffikultà, li serje ta’ parametri kienu jindikaw li l-primjum imħallas għall-garanzija ma kienx konformi mal-prezz tas-suq u li xejn ma kien jindika li kienu jeżistu tranżazzjonijiet simili fis-suq. B’hekk, hija esprimiet id-dubji tagħha dwar l-eżistenza ta’ garanziji simili fis-suq finanzjarju li jistgħu jservu bħala valur ta’ referenza u indikat li kien jidher li l-operaturi tas-suq ma kinux lesti jassumu r-riskju ta’ insolvenza tal-benefiċjarji. F’dik id-deċiżjoni, hija kienet ukoll stiednet lir-Renju ta’ Spanja u lill-partijiet interessati jissottomettu osservazzjonijiet f’dan ir-rigward, u talbet lil dan l-Istat Membru jipprovdilha l-informazzjoni kollha rilevanti għall-evalwazzjoni tal-għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Issa, fl-osservazzjonijiet tagħha, il-FV kienet indikat li hija ma kinitx taf jekk kinux jeżistu garanziji simili paragunabbli fis-suq li setgħu jservu ta’ referenza għall-primjum ta’ garanzija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għalhekk, peress li l-Kummissjoni esponiet, fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, raġunament ibbażat fuq id-diffikultajiet ta’ Valencia CF u fuq il-karatteristiċi tal-garanzija inkwistjoni u xejn ma jwassal sabiex wieħed jemmen li jeżistu tranżazzjonijiet simili fis-suq, fatt li ġie kkonfermat mill-partijiet interessati, hija ssodisfat l-oneru tal-prova impost fuqha. L-obbligu ta’ diliġenza tagħha ma jimplikax li hija għandha tfittex elementi li l-eżistenza tagħhom hija improbabbli jew purament ipotetika. Stedina fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tkun biżżejjed sabiex l-Istat Membru u l-partijiet interessati jikkomunikawlha tranżazzjonijiet simili, jekk dawn ikunu jeżistu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, bħala prinċipju, huwa l-Istat Membru li jsostni li jkun aġixxa bħala operatur privat li għandu jkun eżamina jekk kinux jeżistu tranżazzjonijiet simili fis-suq. L-awtoritajiet pubbliċi u l-benefiċjarju tal-miżura jkunu f’pożizzjoni aħjar mill-Kummissjoni sabiex jaċċertaw l-eżistenza ta’ tranżazzjonijiet simili. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tistax tintalab tipproduċi provi negattivi. Is-sentenza appellata b’hekk tikser il-bilanċ delikat li jirriżulta mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali u li jikkundizzjona l-vijabbiltà tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-sentenza appellata tmur kontra l-ġurisprudenza li tirriżulta, b’mod partikolari, mis-sentenza tat‑2 ta’ April 1998, Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑367/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:154">EU:C:1998:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li skontha l-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata li ma ħaditx inkunsiderazzjoni eventwali punti ta’ fatt u ta’ liġi li setgħu jiġu ppreżentati lilha matul il-proċedura amministrattiva, iżda li ma ġewx ippreżentati lilha, peress li dik l-istituzzjoni ma għandhiex l-obbligu teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> u abbażi ta’ preżunzjoni liema huma l-elementi li setgħu jitressqu quddiemha. Fil-fatt, hija tista’ tibbaża ruħha fuq assjem koerenti ta’ fatturi li jidhru affidabbli u għandha, għall-evalwazzjoni kumplessa tal-livell normali ta’ garanzija, marġni ta’ diskrezzjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari, irrikonoxxiet fis-sentenza tas‑26 ta’ Marzu 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Larko vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑244/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:238">EU:C:2020:238</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-ammont tal-għajnuna inkluża fil-garanzija inkwistjoni fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza kien ġie stabbilit abbażi tal-evalwazzjoni tad-diffikultajiet tal-impriża, mingħajr ma ntuża ebda rekwiżit li jirrigwarda data tas-suq iktar speċifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>B’mod iktar ġenerali, fir-rigward tal-prova tal-eżistenza tal-għajnuna, il-Kummissjoni tkun meħtieġa tuża s-setgħat speċifiċi tagħha ta’ investigazzjoni biss meta hija ma jkollhiex elementi suffiċjenti sabiex turi l-eżistenza tal-għajnuna, meta tkun taf bl-eżistenza ta’ element importanti li ma jkunx fil-pussess tagħha u li jista’ jaffettwa l-evalwazzjoni tagħha dwar l-eżistenza tal-għajnuna, jew meta jkun raġonevoli li jiġi preżunt li d-data fil-pussess tagħha ma hijiex kompluta. Madankollu, ebda waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet ma tqum f’dan il-każ. B’mod partikolari, kuntrarjament għal dak li tissuġġerixxi l-Qorti Ġenerali fil-punt 136 tas-sentenza appellata, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda raġuni sabiex tippreżumi li l-informazzjoni li hija kellha kienet frammentarja u hija setgħet tqis li kienet fil-pussess tal-elementi rilevanti kollha neċessarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti meta hija affermat, fil-punt 137 tas-sentenza appellata, li l-investigazzjoni tagħha relatata mal-kundizzjonijiet li jirregolaw is-suq u mal-eżistenza ta’ tranżazzjonijiet simili għas-self iggarantit kienet limitata għad-dubji espressi fid-deċiżjoni ta’ ftuħ u li l-Kummissjoni ma invokat ebda element ieħor miksub waqt il-proċedura amministrattiva li jsostni l-konstatazzjonijiet tagħha relatati mal-insuffiċjenza ta’ tranżazzjonijiet paragunabbli. Fil-fatt, peress li l-FV indirizzat,<?PAGE NO="14"?> fl-osservazzjonijiet tagħha dwar id-deċiżjoni ta’ ftuħ, it-tema ta’ garanziji simili fis-suq, il-Kummissjoni bbażat il-konklużjonijiet tagħha dwar l-assenza ta’ tranżazzjoni simili fis-suq ukoll fuq l-informazzjoni rilevanti prodotta mill-benefiċjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Valencia CF u r-Renju ta’ Spanja jikkontestaw dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-iżnaturament tal-fatti allegatament imwettaq mill-Qorti Ġenerali, fil-punt 137 tas-sentenza appellata, li hemm lok li jiġi eżaminat l-ewwel, għandu jitfakkar li, meta appellant jallega żnaturament tal-provi mill-Qorti Ġenerali, huwa għandu, skont l-Artikolu 256 TFUE, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 168(1)(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, jindika b’mod preċiż il-provi li kienu ġew żnaturati minnha u juri l-iżbalji ta’ analiżi li, fl-evalwazzjoni tagħha, wasslu lill-Qorti Ġenerali għal dan l-iżnaturament. Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita żnaturament għandu jirriżulta b’mod manifest mill-atti tal-proċess, mingħajr ma jkun meħtieġ li ssir evalwazzjoni ġdida tal-fatti u tal-provi (sentenza tal‑11 ta’ Novembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Autostrada Wielkopolska vs Il‑Kummissjoni u Il‑Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑933/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:905">EU:C:2021:905</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li, għalkemm il-Kummissjoni tafferma li bbażat il-konklużjonijiet tagħha dwar l-assenza ta’ tranżazzjoni simili fis-suq ukoll fuq l-informazzjoni rilevanti prodotta mill-benefiċjarju, hija ma tissostanzja din l-affermazzjoni b’ebda riferiment speċifiku, fid-deċiżjoni kontenzjuża, għal tali teħid inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, hekk kif tenfasizza l-Kummissjoni, FV sempliċement affermat li hija ma kinitx taf jekk kinux jeżistu garanziji simili fis-suq, affermazzjoni li tirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>primjum ta’ garanzija ta’ referenza korrispondenti offrut fis-swieq finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> u mhux għall-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>prezz tas-suq ta’ self simili mhux iggarantit<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, l-uniku wieħed imsemmi fil-punt 137 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jitqies li l-punt 137 tas-sentenza appellata juri żnaturament li jirriżulta b’mod manifest mill-atti tal-proċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-interpretazzjoni allegatament żbaljata, fil-punti 124 sa 126 u 138 tas-sentenza appellata, tal-premessi 85 u 93 tad-deċiżjoni kontenzjuża, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li din tirriżulta minn qari żbaljat tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fil-fatt, mir-raġunament tal-Qorti Ġenerali li jinsab fil-punti 124 sa 137 ta’ dik is-sentenza jirriżulta b’mod ċar li l-affermazzjoni, fil-punt 138 tal-imsemmija sentenza, li skontha l-Kummissjoni kkonstatat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>li ma kienx jeżisti prezz tas-suq għal self simili mhux iggarantit<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> tirreferi biss għall-konstatazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni, fil-premessa 93 tad-deċiżjoni kontenzjuża, li skontha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>l-għadd limitat ta’ osservazzjonijiet ta’ tranżazzjonijiet simili fis-suq […] mhuwiex se jipprovdi tqabbil sinifikanti<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>bejn, minn naħa waħda, ir-rata tal-imgħax tas-self li tkun ġiet applikata fil-fatt bis-saħħa tal-garanzija tal-Istat flimkien mat-tariffa tal-garanzija u, min-naħa l-oħra, ir-rata tal-imgħax li kieku kienet tiġi applikata għal self mingħajr garanzija tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> u mhux għar-raġunament sussegwenti tal-imsemmija premessa 93, fejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>il-Kummissjoni se tuża r-rata referenzjali rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> sabiex tiddetermina l-prezz tas-suq għall-primjum ta’ garanzija inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-interpretazzjoni allegatament żbaljata mill-Qorti Ġenerali tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji, għandu jiġi kkonstatat, l-ewwel, li l-argument li l-Qorti Ġenerali ppreżumiet, b’mod żbaljat, li l-Kummissjoni eskludiet l-eżistenza ta’ prezz tas-suq għal garanzija bħal dik eżaminata f’dan il-każ jirriżulta mill-istess żball ta’ qari tas-sentenza appellata rrilevat fil-punt preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>It-tieni, il-kritika magħmula lill-Qorti Ġenerali li hija qieset b’mod żbaljat li l-użu tar-rati ta’ referenza huwa paragunabbli ma’ preżunzjoni wkoll tirriżulta minn qari żbaljat tas-sentenza appellata. Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mill-punti 132 sa 134 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma qisitx li l-użu tar-rati ta’ referenza huwa paragunabbli ma’ preżunzjoni; hija għall-kuntrarju enfasizzat li l-Kummissjoni kienet ippreżumiet, bi ksur tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji, li l-ebda stabbiliment finanzjarja ma kien ser ikun garanti għal ta’ impriża f’diffikultà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija qieset, fil-punti 135 sa 137 tas-sentenza appellata, li l-affermazzjoni tal-Kummissjoni li skontha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>l-għadd limitat ta’ osservazzjonijiet ta’ tranżazzjonijiet simili fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> ma kienx jippermetti pparagunar sinjifikattiv bejn, minn naħa, ir-rata tal-interessi tas-self realment applikata b’riżultat tal-għajnuna mill-Istat, flimkien mat-tariffa tal-garanzija u, min-naħa l-oħra, ir-rata tal-interessi li tkun ġiet applikata għal self mingħajr garanzija tal-Istat, ma kinitx issostanzjata b’mod suffiċjenti fid-dritt. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali sempliċement ħadet nota, fil-punt 130 tas-sentenza appellata, tal-użu mill-Kummissjoni tar-rati ta’ referenza mingħajr ma bl-ebda mod ikklassifikat tali użu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>preżunzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>It-tielet, kuntrarjament għal dak li tallega l-Kummissjoni, il-Komunikazzjoni dwar il-garanziji tipprevedi ġerarkija bejn il-metodi li għandhom jintużaw sabiex jiġi kkonstatat u kkwantifikat l-element ta’ għajnuna ta’ miżura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Qabel kollox, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 48 sa 55 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-punt 3.2(d) ta’ din il-komunikazzjoni jipprevedi fl-ewwel subparagrafu tiegħu li hija l-Kummissjoni li għandha tivverifika jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>it-teħid ta’ riskju<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> huwiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>[im]ħallas permezz ta’ premium xieraq fuq l-ammont tal-garanzija<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, peress li, meta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>l-prezz imħallas għall-garanzija jkun mill-anqas għoli daqs il-limitu ta’ premium ta’ garanzija korrispondenti li jkun hemm fis-swieq finanzjarji, il-garanzija ma tkunx tinkludi għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Sussegwentement, skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-punt 3.2(d), huwa biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>[j]ekk fis-swieq finanzjarji ma jinstab l-ebda limitu tal-premium tal-garanzija li jikkorrispondi<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>l-ispiża finanzjarja totali tas-self garantit, inkluż ir-rata ta’ imgħax tas-self u tal-premium tal-garanzija, għandha tiġi mqabbla mal-prezz tas-suq ta’ self simili li m’huwiex garantit<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ewwel metodu, imfakkar fil-punt 65 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi vverifikat fl-ewwel lok u, fin-nuqqas tal-eżistenza ta’ primjum ta’ garanzija ta’ referenza korrispondenti offrut fis-swieq finanzjarji, għandu jintuża t-tieni metodu, imfakkar fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza. Din il-ġerarkija bejn il-metodi sabiex jiġi kkonstatat l-element ta’ għajnuna ta’ miżura hija kkorroborata mill-punt 4.2 tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji, li jafferma mill-ġdid fl-ewwel subparagrafu tiegħu li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>[g]ħal garanzija individwali l-ekwivalenti fi flus ta’ garanzija għandu jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn il-prezz tas-suq tal-garanzija u l-prezz li fil-fatt tħallas<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> u jippreċiża fit-tieni subparagrafu tiegħu li huwa biss fil-każijiet fejn is-suq ma jipprovdix garanzija għal din it-tip ta’ tranżazzjoni, u meta għalhekk ma jkunx jeżisti prezz tas-suq tal-garanzija, li jkun hemm lok li jintuża t-tieni metodu ta’ kwantifikazzjoni tal-element ta’ għajnuna.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Dan il-metodu juża bħala element ta’ paragun, skont it-tieni subparagrafu tal-punt 3.2(d) ta’ din il-komunikazzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>il-prezz tas-suq ta’ self simili li m’huwiex garantit<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> u, skont it-termini ekwivalenti tat-tieni subparagrafu tal-punt 4.2 tal-imsemmija komunikazzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>ir-rata ta’ imgħax speċifika tas-suq li din il-kumpannija kienet tassumi mingħajr il-garanzija<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fl-aħħar, mit-tieni subparagrafu tal-punt 4.2 tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji jirriżulta li huwa biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>[j]ekk m’hemmx rata ta’ imgħax tas-suq u jekk l-Istat Membru jkun jixtieq juża r-rata ta’ referenza minflokha<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> li l-Kummissjoni tkun tista’ tuża dan l-aħħar metodu, ibbażat fuq ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>rata ta’ referenza<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>. B’mod partikolari, l-użu tal-imperattiv <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>għandu jiġi kkalkulat<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, fit-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-punt, jindika li l-Kummissjoni limitat il-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha fl-għażla tal-metodu użat sabiex tikkonstata u tikkwantifika l-element ta’ għajnuna ta’ miżura, b’tali mod li, fl-impossibbiltà li jiġi applikat l-ewwel metodu, hija għandha tuża t-tieni metodu jekk tkun teżisti rata ta’ interessi tas-suq u li, għaldaqstant, hija tista’ tuża r-rata ta’ referenza biss jekk ma jkunx hemm rata ta’ interessi tas-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Ir-raba, l-argument li l-Qorti Ġenerali qieset b’mod żbaljat li l-użu tar-rata ta’ referenza jimplika, bħala tali, nuqqas mill-Kummissjoni li twettaq l-obbligu tagħha li twettaq evalwazzjoni globali li tieħu inkunsiderazzjoni kull element rilevanti fil-każ li jippermettilha tiddetermina jekk Valencia CF kinitx tikseb faċilitajiet paragunabbli mingħand operatur privat, jirriżulta minn qari żbaljat tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-punt 134 tas-sentenza appellata jirriżulta b’mod ċar li l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali li skontha l-Kummissjoni kienet naqset milli twettaq dan l-obbligu tirriżulta esklużivament mill-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali, li tinsab fl-istess punt tas-sentenza appellata, li tgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>il-Kummissjoni, peress li ppreżumiet li l-ebda stabbiliment finanzjarju ma kien ser jidħol garanti għal impriża f’diffikultà u, għaldaqstant, li ebda primjum ta’ garanzija ta’ referenza korrispondenti ma kien offrut fis-suq, kisret l-Avviż dwar il-Garanziji, li hija obbligata bih<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>. Issa, ebda element ta’ dan il-punt ma jippermetti li jitqies li, permezz ta’ din l-affermazzjoni, il-Qorti Ġenerali qieset li l-użu tar-rata ta’ referenza jimplika, bħala tali, nuqqas ta’ twettiq tal-imsemmi obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Il-ħames, peress li l-Qorti Ġenerali llimitat ruħha, permezz tal-analiżi magħmula fil-punti 132 sa 134 tas-sentenza appellata, tivverifika jekk il-Kummissjoni kinitx wettqet l-evalwazzjoni tagħha konformement mar-rekwiżiti li hija stess kienet imponiet permezz tal-adozzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji, l-allegazzjoni ta’ dik l-istituzzjoni li l-Qorti Ġenerali stess kienet kisret ir-rekwiżiti relatati mal-evalwazzjoni globali meħtieġa ma tistax tiġi milqugħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, għal dak li jirrigwarda l-limiti tal-oneru tal-prova u tal-obbligu ta’ diliġenza li l-Kummissjoni għandha, hemm lok li jitfakkar li, fid-dawl tal-għan tal-Artikolu 107(1) TFUE li jiżgura kompetizzjoni mhux distorta, inkluż fiha bejn l-impriżi pubbliċi u l-impriżi privati, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ma jistax ikopri miżura mogħtija lil impriża permezz ta’ riżorsi tal-Istat meta hija setgħet tikseb l-istess vantaġġ f’ċirkustanzi li jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet normali tas-suq. L-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet li fihom tali vantaġġ ingħata titwettaq għalhekk, bħala prinċipju, billi jiġi applikat il-prinċipju ta’ operatur privat (sentenza tal‑11 ta’ Novembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Autostrada Wielkopolska vs Il‑Kummissjoni u Il‑Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑933/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:905">EU:C:2021:905</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0105">105</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Għaldaqstant, meta l-prinċipju ta’ operatur privat ikun applikabbli, dan ikun fost l-elementi li l-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni sabiex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ għajnuna, u għalhekk ma jikkostitwixxix eċċezzjoni li tapplika biss fuq talba ta’ Stat Membru, meta jkun ġie<?PAGE NO="17"?> kkonstatat li l-elementi li jikkostitwixxu l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, li jinsab fl-Artikolu 107(1) TFUE huma ssodisfatti (sentenza tal‑11 ta’ Novembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Autostrada Wielkopolska vs Il‑Kummissjoni u Il‑Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑933/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:905">EU:C:2021:905</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0107">107</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dan il-każ, b’hekk hija l-Kummissjoni li għandha l-oneru li tipprova, billi tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, l-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru kkonċernat, li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ operatur privat ma humiex issodisfatti, b’tali mod li l-intervent Statali inkwistjoni jagħti vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE (sentenza tal‑11 ta’ Novembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Autostrada Wielkopolska vs Il‑Kummissjoni u Il‑Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑933/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:905">EU:C:2021:905</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0108">108</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, hija l-Kummissjoni li għandha twettaq evalwazzjoni globali li tieħu inkunsiderazzjoni kull element rilevanti fil-każ li jippermettilha tiddetermina jekk l-impriża benefiċjarja manifestament ma kinitx tikseb faċilitajiet paragunabbli mingħand tali operatur privat (sentenza tal‑11 ta’ Novembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Autostrada Wielkopolska vs Il‑Kummissjoni u Il‑Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑933/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:905">EU:C:2021:905</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0110">110</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandha titqies bħala rilevanti kull informazzjoni li tista’ tinfluwenza b’mod mhux negliġibbli l-proċess deċiżjonali ta’ operatur privat normalment prudenti u diliġenti, li jkun jinsab fl-eqreb sitwazzjoni possibbli għal dik tal-operatur pubbliku (sentenza tal‑11 ta’ Novembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Autostrada Wielkopolska vs Il‑Kummissjoni u Il‑Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑933/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:905">EU:C:2021:905</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0112">112</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija meħtieġa, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba tar-regoli fundamentali tat-Trattat FUE dwar l-għajnuna mill-Istat, twettaq il-proċedura ta’ eżami tal-miżuri kkontestati b’mod diliġenti u imparzjali, sabiex hija jkollha, fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni finali, l-elementi l-iktar kompleti u affidabbli possibbli għal dan il-għan (sentenza tal‑11 ta’ Novembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Autostrada Wielkopolska vs Il‑Kummissjoni u Il‑Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑933/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:905">EU:C:2021:905</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0114">114</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Kummissjoni ma tistax tippreżumi li impriża bbenefikat minn vantaġġ li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat billi tibbaża ruħha sempliċement fuq preżunzjoni negattiva, ibbażata fuq l-assenza ta’ informazzjoni li tippermetti li tasal għal konklużjoni kuntrarja, fin-nuqqas ta’ elementi oħra ta’ natura li jistabbilixxu pożittivament l-eżistenza ta’ tali vantaġġ (sentenza tal‑10 ta’ Diċembru 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Comune di Milano vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑160/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1012">EU:C:2020:1012</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0111">111</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Għaldaqstant, meta jkun jidher li l-prinċipju ta’ operatur privat jista’ jkun applikabbli, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istat Membru kkonċernat jipprovdilha l-informazzjoni kollha rilevanti li tippermettilha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għall-applikabbiltà u għall-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju humiex issodisfatti (sentenza tal‑10 ta’ Diċembru 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Comune di Milano vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑160/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1012">EU:C:2020:1012</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li l-Kummissjoni ma jkollhiex għarfien dirett taċ-ċirkustanzi li fihom tkun ittieħdet deċiżjoni ta’ investiment, hija jkollha, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju, tibbaża ruħha, fil-biċċa l-kbira, fuq l-elementi oġġettivi u verifikabbli prodotti mill-Istat Membru inkwistjoni (sentenza tal‑10 ta’ Diċembru 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Comune di Milano vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑160/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1012">EU:C:2020:1012</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0112">112</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Issa, anki meta dik l-istituzzjoni jkollha quddiemha Stat Membru li, b’nuqqas tad-dmir ta’ kollaborazzjoni tiegħu, ikun naqas milli jipprovdilha informazzjoni li hija tkun ordnatlu jikkomunika, hija għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha fuq elementi ta’ ċerta affidabbiltà u koerenza li jipprovdu bażi suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li impriża ibbenefikat minn vantaġġ li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u li, għaldaqstant, huma ta’ natura li jissostanzjaw il-konklużjonijiet li hija tasal għalihom (sentenza tas‑26 ta’ Marzu 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Larko vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑244/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:238">EU:C:2020:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, waqt l-eżami tal-eżistenza u tal-legalità ta’ għajnuna mill-Istat, jista’ jkun neċessarju li l-Kummissjoni tmur, jekk ikun il-każ, lil hinn mill-eżami biss tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi miġjuba għall-attenzjoni tagħha (sentenza tat‑2 ta’ Settembru 2021, Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Tempus Energy u Tempus Energy Technology</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑57/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:663">EU:C:2021:663</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, minn din il-ġurisprudenza ma jistax jiġi dedott li hija l-Kummissjoni li għandha tfittex, fuq inizjattiva tagħha stess u fin-nuqqas ta’ kull indizju f’dan is-sens, l-informazzjoni kollha li jista’ jkollha rabta mal-każ imressaq quddiema, anki jekk tali informazzjoni tkun tinsab fil-qasam pubbliku (sentenza tat‑2 ta’ Settembru 2021, Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Tempus Energy u Tempus Energy Technology</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑57/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:663">EU:C:2021:663</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-legalità ta’ deċiżjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat għandha tiġi evalwata mill-qorti tal-Unjoni abbażi tal-elementi ta’ informazzjoni li l-Kummissjoni seta’ kellha fid-data li fiha hija tkun adottat din id-deċiżjoni, elementi li jinkludu dawk li jidhru rilevanti għall-evalwazzjoni li għandha ssir skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 75 u 76 ta’ din is-sentenza u li hija setgħet, fuq talba tagħha, tikseb il-produzzjoni tagħhom matul il-proċedura amministrattiva (sentenza tal‑11 ta’ Novembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Autostrada Wielkopolska vs Il‑Kummissjoni u Il‑Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑933/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:905">EU:C:2021:905</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0118">118</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-punti 132 sa 135 u 137 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali, minn naħa, qieset li l-Kummissjoni kienet imponiet fuqha nnifisha, permezz tal-adozzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji, l-obbligu li tivverifika jekk kienx jeżisti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>primjum ta’ garanzija ta’ referenza korrispondenti offrut fis-swieq finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>prezz tas-suq ta’ self simili mhux iggarantit<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> qabel ma tuża r-rata ta’ referenza. Min-naħa l-oħra, hija qieset li dik l-istituzzjoni kienet naqset milli twettaq dan l-obbligu, sa fejn il-konstatazzjoni tal-assenza ta’ primjum ta’ garanzija ta’ referenza korrispondenti offrut fis-swieq finanzjarji tirriżulta minn nuqqas ta’ osservanza ta’ din il-komunikazzjoni u sa fejn dik tal-assenza ta’ prezz tas-suq ta’ self simili mhux iggarantit ma hijiex issostanzjata b’mod suffiċjenti fid-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel, mill-konstatazzjonijiet imwettqa fil-punti 64 sa 68 ta’ din is-sentenza jirriżulta li kien b’mod korrett li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, permezz tal-adozzjoni tal-imsemmija komunikazzjoni, il-Kummissjoni imponiet fuqha nnifisha l-obbligu li tivverifika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>l-eżistenza<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> ta’ primjum ta’ garanzija ta’ referenza korrispondenti offrut fis-swieq finanzjarji u, fin-nuqqas, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>l-eżistenza<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> ta’ prezz tas-suq ta’ self simili mhux iggarantit, qabel ma tuża r-rata ta’ referenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>It-tieni, hekk kif irrilevat il-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari fil-punti 124 sa 126 tas-sentenza appellata, ebda element tad-deċiżjoni kontenzjuża ma jissuġġerixxi li l-Kummissjoni kienet ivverifikat l-eżistenza ta’ primjum ta’ garanzija ta’ referenza korrispondenti offrut fis-swieq finanzjarji. Fil-fatt, hija llimitat ruħha li teskludi, fil-premessa 86(c) ta’ dik id-deċiżjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>[i]l-primjums annwali ta’ garanzija ta’ 0,5 %–1 % imposti għall-garanziji inkwistjoni [jistgħu]<?PAGE NO="19"?> jitqiesu li jirriflettu r-riskju ta’ inadempjenza għas-self garantit, minħabba d-diffikultajiet ta’ Valencia CF<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>. Barra minn hekk, fit-Taqsima 7.2 tad-deċiżjoni kontenzjuża, dwar il-kwantifikazzjoni tal-għajnuna, il-Kummissjoni bdiet l-eżami tagħha, fil-premessa 93, direttament bit-tieni stadju, li jikkonsisti fil-verifika tal-eżistenza ta’ prezz tas-suq ta’ self simili mhux iggarantit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Issa, l-unika spjegazzjoni li tirriżulta mid-deċiżjoni kontenzjuża fir-rigward ta’ dan l-approċċ hija li dik l-istituzzjoni qieset li, għal impriża f’diffikultà, ma jeżistix primjum ta’ garanzija ta’ referenza korrispondenti offrut fis-swieq finanzjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif irrilevat il-Qorti Ġenerali, fil-punti 127 u 133 tas-sentenza appellata, tali loġika tmur kontra l-Komunikazzjoni dwar il-garanziji li tagħmel distinzjoni, fil-punt 4.1(a) tagħha, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>għal kumpanniji f’diffikultà<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> bejn il-każijiet fejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>garanti tas-suq, jekk ikun hemm, jitlob […] ħlas ta’ premium għoli meta wieħed iqis ir-rata mistennija ta’ inadempjenza<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> u dawk fejn jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>il-probabilità li min jissellef ma jkunx kapaċi jħallas lura s-self issir partikolarment kbira, huwa possibbli li din ir-rata tas-suq ma tkunx teżisti<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, skont din il-komunikazzjoni, l-evalwazzjoni li skontha Valencia CF kienet f’diffikultà meta ngħatat il-Miżura 1 ma hijiex biżżejjed, waħedha, sabiex jiġi kkonstatat li ma jeżistix primjum ta’ garanzija ta’ referenza korrispondenti offrut fis-swieq finanzjarji, peress li tali konstatazzjoni teħtieġ, tal-inqas, analiżi addizzjonali dwar ir-riskju ta’ inadempjenza mistenni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali, barra minn hekk, irrilevat, fil-punt 128 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni għamlet distinzjoni, b’mod partikolari fil-premessi 77 u 80 tad-deċiżjoni kontenzjuża, bejn tipi differenti ta’ diffikultajiet u qieset li, għalkemm fil-mument tal-għoti ta’ din il-miżura Valencia CF kienet tinsab f’diffikultà, fis-sens tal-Linji Gwida tal‑2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturazzjoni, hija ma kinitx tinsab <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>f’sitwazzjoni estremament diffiċli<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, fis-sens tal-punt 4.1(a) tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji. Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali setgħet tqis li l-Kummissjoni ma kinitx stabbilixxiet fid-deċiżjoni kontenzjuża li l-probabbiltà li Valencia CF ma tkunx tista’ tirrimborsa s-self kienet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>partikolarment kbira<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> fis-sens tal-imsemmi punt 4.1(a).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>B’hekk, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li tieħu inkunsiderazzjoni kull element rilevanti f’dan il-każ u li, kuntrarjament għal dak li tallega dik l-istituzzjoni, il-Qorti Ġenerali ma estendietx l-obbligu ta’ diliġenza impost fuq din l-istituzzjoni lil hinn mil-limiti ta’ dak li hija imponiet fuqha stess permezz tal-adozzjoni tal-imsemmija komunikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>It-tielet, hekk kif ikkonstatat il-Qorti Ġenerali, fil-punti 131, 135 u 137 tas-sentenza appellata, ebda element tad-deċiżjoni kontenzjuża u lanqas ebda element prodott quddiem il-Qorti Ġenerali ma jissostanzja l-affermazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa 93 tad-deċiżjoni kontenzjuża li skontha huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>minħabba l-għadd limitat ta’ osservazzjonijiet ta’ tranżazzjonijiet simili fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> li l-valur ta’ referenza tal-prezz tas-suq ta’ self simili mhux iggarantit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>mhuwiex se jipprovdi tqabbil sinifikanti<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali, fil-punti 79 u 80 tal-konklużjonijiet tiegħu, dik l-istituzzjoni ddeduċiet mill-konstatazzjoni tagħha stess li Valencia CF kienet f’diffikultà meta ngħatat il-Miżura 1 mhux biss li ebda stabbiliment finanzjarju ma kien joffri garanzija favur dan il-klabb, iżda wkoll li kien eskluż li seta’ jeżisti self simili mhux iggarantit.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Issa, peress li l-eżistenza kemm ta’ primjum ta’ garanzija ta’ referenza korrispondenti offrut fis-swieq finanzjarji kif ukoll ta’ prezz tas-suq ta’ self simili mhux iggarantit tista’ tkun deċiżiva, konformement mal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji, għall-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat u għall-kwantifikazzjoni tagħha, dawn huma elementi rilevanti għall-evalwazzjoni li għandha ssir mill-Kummissjoni, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 75 u 76 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Għalkemm il-Kummissjoni, permezz tal-espressjoni, fil-punt 28 tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, tad-dubji tagħha dwar id-dispożizzjoni ta’ stabbiliment finanzjarju li jagħti mingħajr garanzija mill-Istat self simili lil Valencia CF, issodisfat l-obbligu tagħha, imfakkar fil-punt 80 ta’ din is-sentenza, li titlob lill-Istat Membru kkonċernat l-informazzjoni rilevanti f’dan ir-rigward, huwa paċifiku li hija ma rċeviet ebda risposta mingħand l-awtoritajiet Spanjoli u lanqas ma rreferiet, quddiem il-Qorti Ġenerali, għal ebda element ieħor li hija seta’ kellha għad-dispożizzjoni tagħha fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, jidher li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx quddiem il-Qorti Ġenerali li hija kellha elementi ta’ ċerta affidabbiltà u koerenza, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 82 ta’ din is-sentenza, li kienu ppermettewlha tafferma li kien hemm biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>għadd limitat ta’ osservazzjonijiet ta’ tranżazzjonijiet simili fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>mhuwiex se jipprovdi tqabbil sinifikanti<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> mal-valur ta’ referenza tal-prezz tas-suq ta’ self simili mhux iggarantit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Issa, hekk kif jirriżulta mill-punt 52 ta’ din is-sentenza, il-Kummissjoni tqis, hija stess, li hija tista’ tkun meħtieġa tuża s-setgħat speċifiċi tagħha ta’ investigazzjoni, b’mod partikolari, meta hija ma jkollhiex elementi suffiċjenti sabiex turi l-eżistenza ta’ għajnuna jew meta jkun raġonevoli li jitqies li d-data li hija għandha hija inkompleta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li l-Kummissjoni imponiet fuqha nnifisha, permezz tal-adozzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji, li tivverifika jekk kienx jeżisti prezz tas-suq ta’ self simili mhux iggarantit, il-Qorti Ġenerali setgħet tqis, mingħajr ma twettaq żball ta’ liġi, li dik l-istituzzjoni kienet meħtieġa, f’kundizzjonijiet bħal dawk li jirriżultaw mill-konstatazzjonijiet magħmula fil-punti 93 sa 97 ta’ din is-sentenza, tmur lil hinn mis-sempliċi eżami tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi miġjuba għall-għarfien tagħha, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 82 ta’ din is-sentenza, bi tweġiba għad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li tallega l-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali ma imponitilhiex, b’dan il-mod, obbligi ta’ diliġenza u ta’ oneru tal-prova eċċessivi, iżda sempliċement ikkonstatat li hija ma kinitx issodisfat ir-rekwiżiti li hija kienet imponiet fuqha stess permezz tal-adozzjoni tal-imsemmija komunikazzjoni. Fil-fatt, hija bl-ebda mod ma eżiġiet li dik l-istituzzjoni tipproduċi provi tal-ineżistenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ natura simili fis-suq, iżda llimitat ruħha tirrileva li l-Kummissjoni ma kinitx issostanzjat il-konstatazzjoni tagħha u lanqas għamlet użu mill-possibbiltà offruta lilha, skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 84 ta’ din is-sentenza, li tagħmel matul il-proċedura amministrattiva talba speċifika lill-awtoritajiet Spanjoli jew lil partijiet interessati, sabiex tikseb il-produzzjoni ta’ elementi rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni li għandha ssir. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali ma eskludietx li seta’ jkun biżżejjed għall-Kummissjoni, sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha ta’ diliġenza u l-oneru tal-prova tagħha, li tagħmel tali talba speċifika fil-kuntest tal-iskambji msemmija fil-punt 14 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, l-uniku aggravju invokat insostenn tal-appell, u għaldaqstant, l-appell innifsu għandhom jiġu miċħud bħala infondati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="21"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>B’mod konformi mal-Artikolu 138(1) tal-istess Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) ta’ dawn ir-regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Peress li l-Kummissjoni tilfet fir-rigward tal-uniku aggravju tagħha u Valencia CF talbet li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż, hemm lok li hija tiġi kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Valencia CF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura, applikabbli, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>, għall-proċedura tal-appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) ta’ dawn ir-regoli, l-Istati Membri intervenjenti fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. Konsegwentement, ir-Renju ta’ Spanja, li pparteċipa fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L‑Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Valencia Club de Fútbol, S.A.D.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>