Suġġett
Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu sostnut minħabba li l-Kummissjoni allegatament naqset milli tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tobbliga lir-Renju tad-Danimarka jadotta l-liġijiet u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal‑Kunsill 96/29/Euratom, tat-13 ta’ Mejju 1996, li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l‑perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 291) u japplika dawn id-dispożizzjonijiet għall‑ħaddiema involuti fl-inċident nukleari ta’ Thule (il-Groenlandja).
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) Bent Hansen huwa kkundannat għall-ispejjeż .