KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
BOT
ippreżentati fis-7 ta’ Settembru 2017 ( 1 )
Kawża C-314/16
Il-Kummissjoni Ewropea
vs
Ir-Repubblika Ċeka
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2006/126/KE – Trasport – Liċenzja tas-sewqan – Estensjoni tad-definizzjonijiet tal-kategoriji C1 u C kif ukoll limitazzjoni tad-definizzjoni tal-kategorija D1”
|
1. |
Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill‑Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li:
|
|
2. |
F’dawn il-konklużjonijiet, ser nindika r-raġunijiet li għalihom jiena tal-fehma li dan ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu huwa fondat. |
I. Il-kuntest ġuridiku
A. Id-dritt tal-Unjoni
|
3. |
Skont il-premessi 1, 2 u 12 tad-Direttiva 2006/126:
[…]
|
|
4. |
Din id-direttiva tiddikjara, fl-Artikolu 1(1) tagħha, intitolat “Mudell tal-liċenzja”: “1. L-Istati Membri għandhom jintroduċu liċenzja tas-sewqan nazzjonali bbażata fuq il-mudell Komunitarju stabbilit fl-Anness I, skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. L-emblema fil-paġna 1 tal‑mudell Komunitarju tal-liċenzji tas-sewqan għandu jinkludi l-marka distintiva ta’ l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja.” |
|
5. |
L-Artikolu 4(1) u (4) tal-imsemmija direttiva, intitolat “Kategoriji, definizzjonijiet u età minima”, jipprovdi: “1. Il-liċenzja tas-sewqan prevista fl-Artikolu 1 għandha tawtorizza s‑sewqan ta’ vetturi b’mutur fil-kategoriji definiti aktar ’l isfel. Hija tista’ tinħareġ mill-età minima indikata għal kull kategorija. ‘Vettura b’mutur’ tfisser kwalunkwe vettura, barra vettura li timxi fuq linji ta’ ferrovija, bi propulsjoni awtonoma li timxi fuq it-triq permezz tal-qawwa tagħha stess. […] 4. Vetturi bil-mutur:
[…]
[…]
[…]
[…]
[…]” |
|
6. |
Skont l-Artikolu 7(1)(a) tad-Direttiva 2006/126, intitolat “Ħruġ, validità u tiġdid”: “1. Il-liċenzji tas-sewqan għandhom jinħarġu biss lil dawk l-applikanti:
|
|
7. |
L-Artikolu 16 ta’ din id-direttiva, intitolat “Traspożizzjoni”, jipprovdi: “1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, mhux aktar tard minn 19 ta’ Januar 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ l-Artikolu 1(1), l-Artikolu 3, l-Artikolu 4(1), (2), (3) u (4)(b) sa (k) […]. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjoniet. 2. Huma għadhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn 19 ta’ Januar 2013. […]” |
B. Id-dritt Ċek
|
8. |
L-Artikolu 80a(1)(g), (h) u (i) taz-Zákon č. 361/2000 Sb. o provozu na pozemních komunikacích a o změnách některých zákonů (Liġi Nru 361/2000 dwar it-traffiku fuq ir-rotot ta’ trasport fuq l-art u li jemendaw ċerti liġijiet), kif emendata fl-aħħar ( 4 ), tipprevedi: “1) Fil-kategorija […]
|
II. Il-proċedura prekontenzjuża
|
9. |
Permezz ta’ ittra tal-11 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lir-Repubblika Ċeka, li fiha ġibdet l-attenzjoni ta’ dan l-Istat Membru għall-fatt li ċerti dispożizzjonijiet tal-legiżlazzjoni nazzjonali tiegħu, speċjalment dawk li jikkonċernaw id-definizzjoni tal‑kategoriji C1, C u D1 tal-liċenzji tas-sewqan, ma kinux konformi mad-Direttiva 2006/126. |
|
10. |
Wara li eżaminat l-argumenti mressqa mir-Repubblika Ċeka, li kienu jinsabu fir-risposta tat-8 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni ħarġet opinjoni motivata permezz ta’ ittra tas-27 ta’ Frar 2015,. Hija stiednet ukoll lir-Repubblika Ċeka tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha ma’ din l-opinjoni f’terminu ta’ xahrejn min-notifika. Dan it‑terminu ġie estiż sas-27 ta’ Mejju 2015, fuq talba tar-Repubblika Ċeka. |
|
11. |
Permezz ta’ ittra tat-22 ta’ Mejju 2015, ir-Repubblika Ċeka wieġbet għall-opinjoni motivata billi indikat, rigward id-definizzjoni tal‑kategoriji C, C1 u D1 tal-vetturi, li, “sabiex jiġi eskluż kull riskju ta’ ambigwità u sabiex ikun hemm ċertezza legali ikbar, ir-Repubblika Ċeka taċċetta li temenda parzjalment id-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ li għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Kummissjoni”. |
|
12. |
Fin-nuqqas ta’ komunikazzjoni dwar l-adozzjoni possibbli tal‑emendi previsti u peress li, fi kwalunkwe każ, l-allegati nuqqasijiet kienu għadhom fis-seħħ fid-data tal-iskadenza tat-terminu stabbilit fl‑opinjoni motivata, il-Kummissjoni ppreżentat dan ir-rikors quddiem il‑Qorti tal-Ġustizzja. |
III. L-argumenti tal-partijiet
A. Il-Kummissjoni
|
13. |
Insostenn tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tinvoka żewġ motivi. |
|
14. |
Permezz tal-ewwel motiv, hija ssostni li, fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2006/126, id-definizzjonijiet tal-kategoriji C1 u C tal‑vetturi huma espliċitament differenti mill-kategoriji D1 u D u li d-dritt Ċek ma inkludiex din id-distinzjoni, li taqra kif ġej: “vetturi bil-mutur għajr dawk tal-kategoriji D1 jew D”. Dan in-nuqqas għandu l-konsegwenza li, f’dan l-Istat Membru, id-detentur ta’ liċenzja tal-kategorija C1 jew C huwa awtorizzat isuq vettura maħsuba għat-trasport ta’ mhux iktar minn tmien passiġġieri, irrispettivament minn jekk kinitx intiża għat-trasport ta’ passiġġieri jew ta’ merkanzija, filwaqt li din id-direttiva teżiġi liċenzja tas-sewqan tal-kategorija D1 jew D jekk il-vettura hija maħsuba u mibnija għat-trasport ta’ passiġġieri. |
|
15. |
Il-Kummissjoni tesponi l-konsegwenzi ta’ tali nuqqas, billi tieħu l‑eżempju ta’ minibus lussuża jew ta’ karozzi b’armatura privati maħsuba għat-trasport ta’ passiġġieri. Minħabba l-karatteristiċi tekniċi tagħhom (mhux iktar minn tmien passiġġieri, massa ikbar minn 3500 kg u tul inqas minn jew ekwivalenti għal tmien metri), huma jistgħu jinsaqu mid‑detentur ta’ liċenzja tal-kategorija C1 filwaqt li għat-trasport ta’ persuni għandha tkun meħtieġa liċenzja tal-kategorija D1. |
|
16. |
Permezz tat-tieni motiv tagħha, il-Kummissjoni tiddikjara li, filwaqt li l-Artikolu 4(4)(h) tad-Direttiva 2006/126 jiddefinixxi l‑kategorija D1 bħala dik li tinkludi “vetturi bil-mutur projettati u mibnija għat-trasport ta’ mhux iktar minn 16-il passiġġier minbarra s‑sewwieq”, id-dritt Ċek, billi impona numru minimu ta’ tmien persuni, introduċa kundizzjoni addizzjonali, kuntrarjament għall-Artikolu 4(4)(h) ta’ din id-direttiva. |
|
17. |
Insostenn ta’ dawn iż-żewġ motivi, il-Kummissjoni tispjega li, tradizzjonalment, il-kategorija C tkopri vetturi bil-mutur intiżi għat‑trasport ta’ merkanzija, filwaqt li l-kategorija D tkopri vetturi bil‑mutur intiżi għat-trasport ta’ passiġġieri. Madankollu, dan ma jipprekludix lill-vetturi bil-mutur ta’ kategorija C milli jittrasportaw passiġġieri. F’dan il-każ, dawn ikunu prinċipalment il-persuni ttrasportati li huma inkarigati bit-tagħbija tal-vettura. |
|
18. |
Billi ċerti karatteristiċi tekniċi tal-kategoriji C u C1 huma identiċi għal dawk tal-kategoriji D1 u D, il-Kummissjoni tenfażizza l-ħtieġa li tirriżerva l-aħħar kategoriji għall-vetturi bil-mutur maħsuba għat-trasport ta’ persuni. |
|
19. |
Il-Kummissjoni tinvoka l-istorja leġiżlattiva tal-liġijiet tal-Unjoni dwar il-liċenzja tas-sewqan. Hija ssostni li:
|
|
20. |
Il-Kummissjoni ssemmi wkoll il-fatt li d-definizzjoni tal-kategoriji kienet emendata ftit bid-Direttiva 2006/126. Il-leġiżlatur tal-Unjoni żied in-numru massimu ta’ passiġġieri awtorizzati li jistgħu jiġu ttrasportati fil-vetturi bil-mutur tal-kategoriji C u C1, numru li jikkorrispondi man-numru ta’ persuni li jistgħu jiġi ttrasportati li huma inkarigati bit-tagħbija. L-espressjoni “ġarr tal‑merkanzija” ma tidhirx fit-test tad-dispożizzjonijiet li jiddefinixxi l-kategoriji C. Madankollu, kif jidher fl-Anness II, intitolat “Rekwiżiti minimi għat-testijiet tas-sewqan”, il-vetturi tal-kategoriji C huma primarjament intiżi għall-ġarr ta’ merkanzija u l-vetturi tal-kategoriji D għat-trasport ta’ passiġġieri. Barra minn hekk, id-Direttiva 2006/126 neħħiet il-limitu minimu ta’ tmien passiġġieri għall-vetturi bil-mutur tal‑kategorija D1. B’hekk, din il-kategorija hija ddefinita biss min-numru massimu ta’ passiġġieri, li ma jistax ikun iktar minn sittax, u mit-tul massimu tal-vettura, stabbilit bħala tmien metri. |
B. Ir-Repubblika Ċeka
|
21. |
Ir-Repubblika Ċeka tqis li r-rikors tal-Kummissjoni ma huwiex fondat u titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħdu. Hija ssostni li l-metodu li għażlet iwassal għal traspożizzjoni xierqa u komprensibbli tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni, li tiżgura l-għan li għandu jintlaħaq mid-Direttiva 2006/126. |
|
22. |
Din il-parti tqis, minn naħa, li, skont id-dritt tal-Unjoni, hija ma kinitx marbuta twettaq traspożizzjoni letterali tad‑dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva u setgħet tagħżel li tikkjarifika l-kriterji oġġettivi li jippermettu li ssir distinzjoni bejn kategoriji differenti ta’ vetturi, kemm-il darba jwasslu għar-riżultat mixtieq. |
|
23. |
Hija tqis, min-naħa l-oħra, li l-leġiżlatur tal-Unjoni ddefinixxa l-kategoriji tal-vetturi fl-Artikolu 4(4) tal-imsemmija direttiva, b’karatteristiċi tekniċi li jikkoinċidu, mingħajr ma għamel riferiment għat-trasport ta’ merkanzija u ta’ persuni, filwaqt li ħalla f’idejn l-Istati Membri sabiex jiddistingwu dawn il-kategoriji, kif jindikaw it-termini “vetturi bil-mutur diversi minn dawk tal-Kategoriji D1 jew D”. Għaldaqstant, ir-Repubblika Ċeka, fasslet definizzjoni, fuq livell nazzjonali, komprensibbli u li fil-prattika diffiċli li tagħti lok għal tilwim, tal-kategoriji tal-vetturi Cl, C, u D1, li tissodisfa l-għan, stabbilit mid-dritt tal-Unjoni, li ssir distinzjoni bejn il-kategoriji tal-vetturi skont il-finalità tat-trasport ( 8 ). Għaldaqstant, hija tiġġustifika għalfejn għażlet li tiddistingwi l-kategorija D1 permezz tan-numru ta’ passiġġieri li jistgħu jiġu ttrasportati (limitu minimu ta’ iktar minn tmienja). |
|
24. |
Fil-fatt, ir-Repubblika Ċeka tenfasizza l-fatt li l-varjetà ta’ kriterji distintivi, bħal dak tal-massa tal-vettura (kategoriji C u C1), it-tul tal‑vettura (kategorija D1), jew inkella n-numru massimu jew minimu tal‑persuni ttrasportati (C, C1, D, D1), twassal għal koinċidenzi li joħolqu nuqqas ta’ ftehim jew konfużjoni peress li vettura waħda tista’ taqa’ taħt diversi kategoriji. |
|
25. |
Hija tispjega wkoll li, fin-nuqqas ta’ distinzjoni, il-kategorija ta’ vetturi bil-mutur D1 (vetturi bil-mutur ta’ tul massimu ta’ tmien metri li jistgħu jittrasportaw mhux iktar minn sittax–il passiġġier) hija inkluża de facto fil-kategoriji Cl u C. Minn dan jista’ jiġi dedott ukoll li s-sewqan ta’ trakk ta’ inqas minn tmien metri jaqa’ taħt il-liċenzja tas-sewqan tal-kategorija D1 u, sempliċement għaliex ikun itwal minn tmien metri, jaqa’ taħt il‑liċenzja tas-sewqan tal-kategorija C1. |
|
26. |
Fil-kontroreplika tagħha, ir-Repubblika Ċeka tirrileva li l‑ġustifikazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni, li tipprovdi li l-vetturi tal‑kategoriji C huma “prinċipalment intiżi għat-trasport ta’ merkanzija” u l-vetturi tal-kategoriji D huma “prinċipalment intiżi għat-trasport ta’ passiġġieri” ( 9 ), sostanzjalment toħloq inċertezza u applikazzjoni prattika kontenzjuża. Skont ir‑Repubblika Ċeka, it-terminu “prinċipalment” jipprovdi opportunità ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regola, iktar u iktar ladarba l‑klassifikazzjoni stretta tal-vetturi skont wieħed minn dawn il‑kriterji ma hijiex dejjem possibbli u, barra minn hekk, maż-żmien, jista’ jkun hemm bidliet fl-użu prinċipali tal-vetturi. |
|
27. |
Ir-Repubblika Ċeka ma taqbilx ukoll mal-allegazzjoni tal‑Kummissjoni li tipprovdi li t-traspożizzjoni fid-dritt Ċek twassal għal restrizzjoni inaċċettabbli tad-definizzjoni tal-kategorija tal-vetturi D1. Il-Kummissjoni ssostni b’mod żbaljat li l-minibuses lussużi jew il‑karozzi b’armatura privati, li jistgħu jakkomodaw sa mhux iktar minn tmien passiġġieri minbarra s-sewwieq, jaqgħu fil-kategorija ta’ vetturi D1, skont id-Direttiva 2006/126. |
|
28. |
Skont ir-Repubblika Ċeka, il-kategorija ta’ vetturi D1 tirrappreżenta subkategorija tal-kategorija ta’ vetturi D, kif jirriżulta mill-isem tagħha u mill-istorja leġiżlattiva tad-definizzjoni tal-kategoriji ta’ vetturi fi ħdan l-Unjoni. Din hija verżjoni “issemplifikata” tal-kategorija D u għalhekk ta’ parti speċifika mill-vetturi tal-kategorija D li, fid-dawl tal‑karatteristiċi tagħhom, jeħtieġu biss verżjoni ssemplifikata tal-liċenzja tas‑sewqan tal-kategorija D. Peress li l-limitu marbut man-numru ta’ persuni li jistgħu jiġu ttrasportati jidher fid-definizzjoni tal‑kategorija D ( 10 ), dan għandu jiġi applikat għall-kategorija D1. Inqas minn hekk, il-vetturi jistgħu biss jaqgħu taħt il-kategorija C, jew possibbilment C1. |
IV. L-analiżi tiegħi
|
29. |
Id-diskussjoni tirrigwarda l-kontenut tad-dispożizzjonijiet tad‑Direttiva 2006/126 li jiddefinixxi żewġ kategoriji prinċipali ta’ vetturi (C, D) u s-subkategoriji tagħhom (C1, D1) kif ukoll, essenzjalment, il-finalità tagħhom li ma tissemmiex espliċtiament fl-Artikolu 4(4)(d), (f), (h) u (j) ta’ dan it-test, jiġifieri li ssir distinzjoni bejn il-vetturi intiżi għat-trasport ta’ persuni u l-oħrajn. |
|
30. |
Bħall-Kummissjoni, jidhirli li huwa neċessarju li nesponi s-sens u l-portata tal-esklużjoni tal-kategoriji D u D1, bħala l-ewwel kriterju distintiv tal-kategoriji C u C1, billi titiqiegħed fil-kuntest tagħha ( 11 ) u billi jitfakkru l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni li tagħmel parti minnha ( 12 ). |
|
31. |
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126 irriżultaw mir‑riformulazzjoni tad-Direttiva 91/439, iġġustifikata mill-emendi ta’ din tal-aħħar, li saru diversi drabi. |
|
32. |
Din id-direttiva abrogat id-Direttiva 80/1263, li kienet introduċiet liċenzja tas-sewqan Komunitarja sabiex jiġu żgurat rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri tal-liċenzji tas-sewqan nazzjonali kif ukoll skambju tal-liċenzji ta’ detenturi li jibdlu r-residenza normali tagħhom jew il-post tax-xogħol tagħhom minn Stat Membru għal ieħor. |
|
33. |
F’din id-direttiva, il-leġiżlatur Ewropew ddefinixxa kategoriji differenti ta’ vetturi mhux irmonkati, immarkati bl-ittri A sa D, u identifikati skont kriterji differenti. |
|
34. |
Għaldaqstant, fl-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva ġew ikklassifikati, f’ordni axxendenti, il-vetturi b’żewġ roti jew bi tlieta (kategorija A), imbagħad il-vetturi bil-mutur minbarra dawk ta’ din il-kategorija b’limitu ta’ piż (3500 kg) u b’numru ta’ postijiet bil-qiegħda limitat (mhux iktar minn tmienja minbarra s-sedil tas-sewwieq), li jaqgħu fil-kategorija B. |
|
35. |
Il-vetturi l-oħra huma differenti minn din il-kategorija minħabba l-karatteristiċi li ġejjin:
|
|
36. |
Il-mudell tal-liċenzja tas-sewqan, li jidher fl-Anness I tad‑Direttiva 80/1263, kien jinkludi t-termini ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. |
|
37. |
L-Anness II ta’ din id-direttiva, intitolat “Rekwiżiti minimi għat‑testijiet tas-sewqan”, ma jipprevedix kundizzjonijiet partikolari għat-test teoretiku, u jippermetti li ssir distinzjoni bejn il-liċenzji skont il‑kategorija tal-vetturi C jew D. |
|
38. |
B’effett mill-1 ta’ Lulju 1996, id-data tad-dħul fis-seħħ tad‑Direttiva 91/439, il-leġiżlatur għażel li jiddistingwi bejn il-kategoriji C u D b’mod differenti, u dan b’għan preċiż. |
|
39. |
Fil-fatt, kif jirriżulta mit-tielet, mir-raba’ u mill-ħames premessi tagħha, din id-direttiva hija t-tieni stadju, wara dak tal-1980, ta’ armonizzazzjoni tal-kategoriji u tas-subkategoriji tal-vetturi kif ukoll tar-rekwiżiti minimi għall-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan, u sabiex tinġibed l-attenzjoni għan-natura obbligatorja tad-dispożizzjonijiet komuni ( 13 ). Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li nħolqu s-subkategoriji C1 u D1 fl-Artikolu 3(2) tal-imsemmija direttiva. |
|
40. |
Id-distinzjoni bejn il-kategorija C jew D tal-vetturi, iġġustifikata mit-trasport ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri fid-Direttiva 80/1263, ma għadhiex tidher bl-istess termini fit-test tad-Direttiva 91/439. Il‑kategorija D hija rriżervata għall-“vetturi bil-mutur għall-ġarr tal‑persuni” u l-kategorija C, bħas-subkategorija C1, hija ddefinita b’mod awtomatiku: “il-vetturi tal-mutur għajr dawk fil-kategorija D”. |
|
41. |
Madankollu, din id-distinzjoni saret, għall-ewwel darba, fil-mudell tal‑liċenzja tas-sewqan, li jinsab fl-Anness I ta’ din id-direttiva. Faċċata ta’ C, hemm il-pittogramma ta’ żewġ trakkijiet jew vetturi ta’ merkanzija tqila. C1 tinsab maġenb dik tat-trakk jew ta’ vettura ta’ merkanzija iżgħar. Faċċata ta’ D, hemm il‑pittogramma ta’ żewġ karozzi tal-linja, filwaqt li għal D1 il-karozza tal-linja hija iqsar. |
|
42. |
Fl-Anness II tal-imsemmija direttiva, hemm indikati l‑kundizzjonijiet meħtieġa għas-sewqan tal-vetturi flimkien ma’ rekwiżiti speċifiċi għal kull kategorija ta’ vetturi fosthom il-vetturi C u D, b’lista partikolari li tapplika biss għall-kategorija D: “5.5. Il-kategorija D Is-sewwieqa tal-vetturi f’din il-Kategoriji jridu juru għarfien dwar:
|
|
43. |
Ix-xewqa li tinżamm il-kategorija speċifika tal-vettura “użata għat-trasport tal-persuni” esklużivament (fi kliem ieħor, “kategorija D”) tirriżulta b’mod ċar mill-għażla ta’ termini tad-dispożizzjonijiet ġodda tad-Direttiva 91/439. |
|
44. |
Fil-fatt, il-kategorija C issa hija ddefinita b’mod awtomatiku fir‑rigward tal-kategorija D, u mhux mill-kategorija B ( 14 ) minħabba l‑massa ta’ vetturi koperti. Għandha titqies ukoll in-neċessità li l-vetturi tal-kategorija C ma jkunux limitati biss għat-trasport ta’ merkanzija. It-trasport ta’ persuni, li għalih huma esklużivament intiżi l-vetturi, ikompli jiġġustifika l-eżistenza ta’ kategorija speċifika (D). |
|
45. |
L-istess kriterji ma humiex inklużi fid-definizzjoni tal-kategoriji C1 u D1, li jikkorrispondu għal vetturi li għandhom l-istess funzjoni iżda ta’ daqs iżgħar (każijiet li fihom il-massa jew in-numru ta’ passiġġieri huwa limitat). Il-massa tal-vettura tagħmel differenza fil-kategoriji ( 15 ) C u C1 filwaqt li għall-kategoriji D u D1 huwa in-numru ta’ passiġġieri, li huwa iktar minn tmienja ( 16 ) jew bejn tmienja u mhux iktar minn sittax, rispettivament. |
|
46. |
Id-Direttiva 2006/126 tirfina d-definizzjoni tal-kategoriji differenti ( 17 ), mingħajr, madankollu, ma tbiddel id-distinzjoni prinċipali tal-kategorija D, li hija rriżervata għat-trasport ta’ persuni. |
|
47. |
Fil-fatt, l-esklużjoni tal-kategorija D fid-definizzjoni tal-kategoriji C u C1 tintuża u hija kkompletata biż-żieda tal-kategorija D1. Il-mudell tal‑liċenzja tas-sewqan jinkludi l-istess pittogrammi bħal dawk deskritti fil-punt 41 ta’ dawn il-konklużjonijiet ( 18 ). Barra minn hekk, l-ispeċifikazzjonijiet li jidhru fl-Anness II ( 19 ), li rrefera għalihom il-Gvern Ċek fir-risposta tiegħu ( 20 ), huma konsistenti. |
|
48. |
L-għan li għandu jintlaħaq huwa spjegat fil-premessa 12 tal‑imsemmija direttiva li tipprovdi li “id-definizzjonijiet tal-kategoriji għandhom jirriflettu aktar il-karatteristiċi tekniċi tal-vetturi konċernati u l-ħiliet meħtieġa sabiex tinsaq vettura.” |
|
49. |
Għalhekk, fir-rigward tar-rekwiżiti minimi għat-testijiet tas-sewqan u għat-testijiet tat-teorija, id-dispożizzjonijiet speċifiċi tad‑Direttiva 2006/126 li jirrigwardaw il-kategoriji C u D kif ukoll is-subkategoriji tagħhom juru, mill-ġdid, id-distinzjoni bbażata fuq il-finalità prinċipali tat-trasport:
[…] 4.2. It-test obbligatorju tat-tagħrif ġenerali tad-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin rigward il-kategoriji C, CE, D u DE: […]
|
|
50. |
L-istess jgħodd fir-rigward tat-test tal-ħiliet u tal-komportament:
|
|
51. |
Barra minn hekk, skont l-istess loġika, fir-rigward tat-testijiet ta’ ħiliet u ta’ komportament li għandhom jiġu ttestjati fir-rigward tal-kategoriji C u D u s-subkategoriji tagħhom, huwa indikat:
[…]
[…] 8.2. Il-manuvri speċjali li għandhom jiġu ttestjati billi jkollhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq: […]
|
|
51. |
Mill-qari tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126, meqjusa fl-intier tagħhom, ma hemm ebda dubju li d-definizzjonijiet tal-kategoriji ta’ vetturi huma bbażati fuq id-distinzjoni tat-trasport ta’ persuni, mingħajr bdil mill-1980. Dan huwa kriterju ċar u preċiż, li jiġġustifika l-esklużjoni tal-kategoriji D1 jew D fid-definizzjoni tal-kategoriji C u C1. Minkejja li l-għażla ta’ formulazzjoni iqsar hija dibattibbli ( 22 ), ma jidhirlix li tagħti lok għal ekwivoku. |
|
52. |
Konsegwentement, l-għażla tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jispeċifika n-numru massimu ta’ persuni li jistgħu jiġu ttrasportat fi trakkijiet (kategoriji C jew C1), bħala l-aħħar kriterju għal dawn il-vetturi, ma hijiex tali li toħloq konfużjoni. |
|
53. |
Din l-għażla lanqas ma hija ta’ natura li tnaqqas il-portata tat‑termini “diversi minn dawk tal-Kategoriji D1 jew D” fil-bidu tal‑Artikolu 4(4)(d) jew (f) ta’ din id-direttiva, skont l-istess proċedura stabbilita fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/439. Fil-fatt, l-importanza tagħha tirriżulta mir-rekwiżit li s-sewwieq ta’ vettura ta’ din il-kategorija għandu jkollu għarfien dwar il-ġarr tal-passiġġieri, il-kumdità u s-sigurtà tagħhom. |
|
54. |
Huwa għalhekk, minħabba l-ħtieġa essenzjali li tiġi żgurata s‑sigurtà tal-persuni fit-toroq ( 23 ), u dan b’mod uniformi fi ħdan l-Unjoni, li nsostni, kif allegat korrettament il-Kummissjoni insostenn tar-rikors tagħha, li għandu jkun hemm riproduzzjoni testwali tad-dispożizzjonijiet ċari u preċiżi tal-imsemmija direttiva ( 24 ). Barra minn hekk, it‑traspożizzjoni letterali tippermetti, f’dan il-każ partikolari, li jiġi ssodisfatt għan ewlieni ieħor, li kellu jintlaħaq sa mill-ewwel Direttiva 80/1263, li huwa dak li jiġu ffaċilitati l-moviment liberu u l-libertà tal‑istabbilment tal-persuni, billi titwettaq l-armonizzazzjoni tar‑regoli dwar il-liċenzja tas-sewqan. |
|
55. |
Minn dan isegwi li ma jistax jiġi aċċettat li l-għażla ta’ kriterji differenti twassal għal riżultat kuntrarju minn dak imsemmi mid‑Direttiva 2006/126, jiġifieri li t-trasport esklużiv ta’ persuni jista’ jkun żgurat minn sewwieqa, awtorizzati li jsuqu vetturi tal-kategorija C jew C1, li jkunu ġew mitluba jagħtu prova tal-għarfien tagħhom fir-rigward tal-aċċettazzjoni, tat-trasport u tal-kunsinna tal‑merkanzija, tat-tagħbija u tal-irbit tat-tagħbija kif ukoll tal-ħatt. |
|
56. |
L-eżempju mogħti mill-Kummissjoni juri perfettament il‑konsegwenzi tal-għażla magħmula mil-leġiżlatur Ċek li jistabbilixxi limitu ta’ iktar minn tmien persuni għall-kategorija D1 ( 25 ): minibus, ta’ tul ta’ inqas minn tmien metri li sservi sabiex tittrasporta inqas minn tmien persuni, taqa’ fil-kategorija C jew C1 filwaqt li r-rekwiżiti meħtieġa huma dawk relatati mal-ġarr ta’ persuni. |
|
57. |
L-argumentazzjoni tal-Gvern Ċek li ma tiħux inkunsiderazzjoni l‑ispeċifikazzjonijiet tal-vettura, inkwantu ma tintużax għall-ġarr tal‑merkanzija, għalhekk ma hijiex konvinċenti. Il-koinċidenza tal‑karatteristiċi tekniċi kollha tal-vetturi, inklużi fid-Direttiva 2006/126, hija wkoll superfluwa peress li dawn jikkorrispondu mal-użu li għalih huma intiżi. B’hekk, il-kategorija C, tradizzjonalment irriżervata għall-vetturi ta’ merkanzija tqila, hija ddefinita b’mod sekondarju mill-massa tal-vettura, peress li n-numru ta’ passiġġieri huwa ekwivalenti għal dak tal‑kategorija B. Il-kategorija D hija ddefinita biss b’limitu ta’ passiġġieri u s-subkategorija tagħha D1 hija differenti minħabba n-numru massimu ta’ persuni ttrasportati u t-tul tal-vettura mibnija għal dan l-għan. |
|
58. |
Fid-dawl ta’ dawn l-argumenti kollha, inqis li, peress li ma eskludietx il-vetturi D u D1 tal-kategoriji C u C1, u billi żiedet limitu ta’ tmien passiġġieri mal-kategorija D1, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 4(4)(d), (f) u (h) tad-Direttiva 2006/126. |
V. L-ispejjeż
|
59. |
Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal‑Ġustizzja, il-parti li titlef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kummissjoni ddeċidiet li r-Repubblika Ċeka naqset mill-obbligi tagħha u din tilfet il-kawża, hija għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż. |
VI. Konklużjoni
|
60. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi kif ġej:
|
ANNESS: Tabella sommarja tal-kontenut tad-direttivi prinċipali dwar il-liċenzja tas-sewqan
|
|
Direttiva 80/1263Artikolu 3(1) |
Direttiva 91/439Artikolu 3(1) u (2) |
Direttiva 2006/126Artikolu 4(4)(d), (f), (h) u (j) |
|
C |
Vetturi bil-mutur “użati għat-trasport tal-merkanzija” ≥ 3 500 kg |
Vetturi bil-mutur “għajr dawk fil-kategorija D” ≥ 3 500 kg |
Vetturi bil-mutur “diversi minn dawk tal-Kategoriji D1 jew D” ≥ 3 500 kg “proġettati u mibnija għat‑trasport ta’ mhux aktar minn tmien passiġġieri” |
|
C1 |
Mhux applikabbli |
Vetturi bil-mutur “għajr dawk fil-kategorija D” Bejn 3 500 kg u 7 500 kg |
Vetturi bil-mutur “diversi minn dawk tal-Kategoriji D1 jew D ”Bejn 3 500 kg u 7 500 kg “proġettati u mibnija għat‑trasport ta’ mhux aktar minn tmien passiġġieri” |
|
‑D |
Vetturi bil-mutur “użati għat-trasport ta’ persuni” Iktar minn tmien postijiet bil-qiegħda minbarra l-post tas-sewwieq |
Vetturi bil-mutur “għall‑ġarr tal-persuni” Iktar minn tmien postijiet bil-qiegħda b’żieda mal-post tas-sewwieq |
Vetturi bil-mutur “proġettati u mibnija għat‑trasport ta’ mhux aktar minn 8 passiġġieri minbarra s-sewwieq” |
|
D1 |
Mhux applikabbli |
Vetturi bil-mutur “użati għall-ġarr tal-persuni” Bejn tmienja u sittax–il post bil-qiegħda, minbarra l-post tas-sewwieq |
Vetturi bil-mutur “proġettati u mibnija għat‑trasport ta’ mhux aktar minn 16-il passiġġier minbarra s-sewwieq”Tul ta’ mhux iktar minn 8 metri |
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.
( 2 ) ĠU 2006, L 403, p. 18.
( 3 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 317.
( 4 ) Din hija waħda mill-miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni nnotifikati lill‑Kummissjoni sabiex tiġi żgurata t-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/126, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/113/KE, tal-25 ta’ Awwissu 2009 (ĠU 2009, L 223, p. 31) u bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/94/UE, tat-28 ta’ Novembru 2011 (ĠU 2011, L 314, p. 31).
( 5 ) L-ewwel Direttiva tal-Kunsill, tal-4 ta’ Diċembru 1980, dwar l-introduzzjoni ta’ liċenzja tas-sewqan Komunitarja (ĠU 1980, L 375, p. 1).
( 6 ) Direttiva tal-Kunsill, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 317).
( 7 ) Ara l-punt 5 tar-replika.
( 8 ) Ara l-punti 19 u 20 tar-risposta.
( 9 ) Ara l-punt 7 ta’ din il-kontroreplika.
( 10 ) “[G]ħat-trasport ta’ mhux aktar minn 8 passiġġieri minbarra s-sewwieq” fl‑Artikolu 4(4)(j) tad-Direttiva 2006/126.
( 11 ) Ara t-tabella fl-Anness ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 12 ) Skont il-metodu ta’ analiżi indikat mill-Qorti tal-Ġustizzja, ara s-sentenza tas‑26 ta’ Ottubru 2006, Il-Kummissjoni vs Spanja (C‑36/05, EU:C:2006:672, punti 24 u 25).
( 13 )
( 14 ) F’din il-kategorija jaqgħu l-vetturi ta’ massa ta’ inqas minn 3500 kg.
( 15 ) Li huwa t-tieni kriterju għal dawn il-kategoriji, bħal fid-Direttiva 80/1263.
( 16 ) Dan il-limitu ta’ tmien persuni għandu jiġi relatat ma’ dak li jidher fil-kategorija B.
( 17 ) Ara l-premessa 2 ta’ din id-Direttiva.
( 18 ) Mudell riprodott bid-Direttiva 2011/94.
( 19 ) Estratti, iċċitati fil-punti 49 sa 51 ta’ dawn il-konklużjonijiet, kif enfasizzati minni.
( 20 ) Ara l-punti 15 sa 17 ta’ din ir-risposta.
( 21 ) Regolament tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembu 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 227).
( 22 ) Sabiex jitneħħa kull dubju, għandha tingħata preferenza fil-futur lit-termini “minbarra dawk li huma esklużivament involuti fit-trasport ta’ persuni”?
( 23 ) Ara l-punt 51 tas-sentenza tat-22 ta’ Mejju 2014, Glatzel (C‑356/12, EU:C:2014:350 u l-ġurisprudenza ċċitata): “F’dan ir-rigward, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-titjib tas-sigurtà fit-toroq jikkostitwixxi għan ta’ interess ġenerali tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi van Schaik, C‑55/93, EU:C:1994:363, punt 19; Cura Anlagen, C‑451/99, EU:C:2002:195, punt 59; Il‑Kummissjoni vs Il‑Finlandja, C‑54/05, EU:C:2007:168, punt 40; Il‑Kummissjoni vs L‑Italja, C‑110/05, EU:C:2009:66, punt 60; Attanasio Group, C‑384/08, EU:C:2010:133 punt 50; Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall, C‑438/08, EU:C:2009:651, punt 48; Grasser, C‑184/10, EU:C:2011:324, punt 26; kif ukoll Apelt, C‑224/10, EU:C:2011:655, punt 47).” Ara wkoll, dwar l-għan tad‑Direttiva 2006/126, imfakkra reċentement, is-sentenza tas-26 ta’ April 2017, Popescu (C‑632/15, EU:C:2017:303, punt 40).
( 24 ) Għandha ssir distinzjoni fil-każijiet li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li “it‑traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali ta’ direttiva […] tista’, skont il-kontenut tagħha, tkun biżżejjed f’kuntest ġuridiku ġenerali, sakemm tiżgura effettivament l‑applikazzjoni sħiħa tad-direttiva b’mod suffiċjentement ċar u preċiż, sabiex, f’każ li d-direttiva toħloq drittijiet lill-individwi, il-benefiċjarji jkunu jafu dwar id-drittijiet tagħhom u jinvokawhom, jekk ikun il-każ, quddiem il-qrati nazzjonali”. Ara s‑sentenza tad-9 ta’ April 1987, Il-Kummisjoni vs L-Italja (363/85, EU:C:1987:196, punt 7 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 25 ) Filwaqt li kien tneħħa bid-Direttiva 2006/126 sabiex jiġi ssostitwit bit-tul tal-vettura.