|
18.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 201/94 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10700 – HY24 / ENAGAS / ENAGAS RENOVABLE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 201/11)
1.
Fil-11 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
HY24 SAS (“HY24”, Franza), ikkontrollata bi sħab minn Ardian SAS (“Ardian”, Franza) u minn FiveT Group AG (“FiveT Group”, l-Iżvizzera), |
|
— |
Enagás, S.A. (“Enagás”, Spanja), |
|
— |
Enagás Renovable, S.L.U. (“Enagás Renovable”, Spanja), bħalissa fil-kontroll esklużiv ta’ Enagás. |
HY24 SAS u Enagás se jakkwistaw il-kontroll bi sħab ta’ Enagás Renovable fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Ardian huwa grupp ta’ ekwità privata magħmul minn diversi kumpaniji maniġerjali u fondi ta’ investiment li jinvestu f’kumpaniji involuti f’firxa wiesgħa ta’ negozji madwar id-dinja (bħas-setturi tal-kura tas-saħħa, tal-infrastruttura, tal-enerġija, tal-prodotti tal-konsumatur jew tat-teknoloġiji l-ġodda), |
|
— |
FiveT Group huwa l-kumpanija azzjonista ta’ grupp ta’ fondi bbażati fl-Iżvizzera, fejn FiveT Hydrogen huwa fond ta’ infrastruttura privata nadifa ddedikat għall-finanzjament ta’ proġetti fil-produzzjoni, il-ħżin u d-distribuzzjoni tal-idroġenu nadif, |
|
— |
Enagás hija kumpanija Spanjola tat-trażmissjoni tal-gass naturali u Maniġer Tekniku tas-sistema tal-gass Spanjola, |
|
— |
Enagás Renovable hija attiva fl-iżvilupp ta’ proġetti fil-qasam tal-gassijiet rinnovabbli u d-dekarbonizzazzjoni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10700 – HY24 / ENAGAS / ENAGAS RENOVABLE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).