|
27.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 74/12 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9200 — KKR/Magneti Marelli)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 74/05)
1.
Fl-20 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. (1)Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
KKR & Co. Inc. (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerika), |
|
— |
Magneti Marelli S.p.A. (“Magneti Marelli”, l-Italja). |
KKR takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Magneti Marelli kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— KKR: kumpanija ta’ investiment dinjija, li toffri firxa wiesgħa ta’ fondi ta’ assi u prodotti ta’ investiment oħra lill-investituri u tipprovdi soluzzjonijiet għas-swieq kapitali għad-ditti, il-kumpaniji ta’ portafoll tagħha u klijenti oħra. KKR tikkontrolla lil Calsonic Kansei Corporation, li hija bbażata fil-Ġappun u li hi fornitur dinji ta’ partijiet tal-karozzi, bħall-cockpit modules, prodotti interni, sistemi ta’ kontroll tal-klima, prodotti tat-tkessiħ tal-magna, kompressuri tal-karozzi, sistemi tal-exhaust u prodotti elettroniċi.
— Magneti Marelli: fornitur ta’ komponenti u sistemi għas-settur awtomobilistiku, prinċipalment prodotti tad-dawl awtomobilistiċi, prodotti tal-motopropulsjoni, sistemi elettroniċi, sistemi ta’ sospensjoni u shock absorbers, sistemi tal-exhaust, partijiet u servizzi wara l-bejgħ u prodotti tal-motosport.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9200 — KKR/Magneti Marelli
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).