|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/2128 |
13.3.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11465 — SILVER LAKE / AUSTRALIANSUPER / DIGITALBRIDGE / VANTAGE EMEA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/2128)
1.
Fit-28 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Silver Lake Group, L.L.C. (“Silver Lake”, l-Istati Uniti), |
|
— |
AustralianSuper (“AustralianSuper”, l-Awstralja) (2), |
|
— |
DigitalBridge Group, Inc. (“DigitalBridge”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Vantage Data Centers Europe S.à r.l (“Vantage EMEA”, il-Lussemburgu), li bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn AustralianSuper, DigitalBridge u l-Public Sector Pension Investment Board. |
Silver Lake se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt indirett ta’ Vantage EMEA. Wara t-Tranżazzjoni, Vantage EMEA se tkun ikkontrollata b’mod konġunt minn Silver Lake, AustralianSuper u DigitalBridge.
Il-konċentrazzjoni se ssir permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Silver Lake hija ditta globali tal-investiment fit-teknoloġija. Il-professjonisti tal-investiment ta’ Silver Lake jinsabu fl-Amerka ta’ Fuq, l-Ewropa u l-Asja u għandhom għarfien espert estensiv dwar l-investiment fit-teknoloġija u l-operat tagħha. |
|
— |
AustralianSuper hija industrija Awstraljana li toffri fond pubbliku ta’ superannwazzjoni u pensjoni stabbilit skont l-Att tal-1993 (Commonwealth) dwar l-Industrija tas-Superannwazzjoni (Superviżjoni). |
|
— |
DigitalBridge hija ditta ta’ investiment fl-infrastruttura diġitali fuq skala globali elenkata fil-Borża ta’ New York. |
|
— |
Vantage EMEA hija l-proprjetà diretta u topera portafoll ta’ ċentri tad-data madwar l-Ewropa, ir-Renju Unit u l-Afrika t’Isfel. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (3), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11465 — SILVER LAKE / AUSTRALIANSUPER / DIGITALBRIDGE / VANTAGE EMEA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) AustralianSuper Pty Ltd (Australia) taġixxi ta’ fiduċjarja għal AustralianSuper.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2128/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)