|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/335 |
10.1.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.11816 – OTPP / NORDIC CAPITAL XI / MAX MATTHIESSEN)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/335)
1.
Fl-20 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Octavius Holdco Limited (ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Ontario Teachers’ Pension Plan Board (“OTPP”, il-Kanada), |
|
— |
Nordic Capital XI, Limited (“Nordic Capital XI”, Jersey) li tappartjeni għall-grupp Nordic Capital ta’ fondi u veikoli (“Nordic Capital”, Jersey), |
|
— |
Ljo 1 AB, mas-sussidjarji tiegħu (“Max Matthiessen”, l-Iżvezja). |
OTPP u Nordic Capital se jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal- Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tat-totalità ta’ Max Matthiessen.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
OTPP hija korporazzjoni bbażata fil-Kanada li tittratta l-amministrazzjoni globali tal-benefiċċji tal-pensjoni u l-investiment globali tal-assi tal-pjan tal-pensjoni f’isem għalliema attivi u rtirati f’Ontario, il-Kanada, |
|
— |
Nordic Capital hija kumpanija ta’ ekwità privata bbażata f’Jersey li tinvesti f’kumpaniji kbar u ta’ daqs medju fis-setturi kollha bħall-kura tas-saħħa, il-pagamenti tat-teknoloġija, is-servizzi finanzjarji, u, sa ċertu punt, is-servizzi tal-konsumatur u dawk industrijali, li jiffokaw primarjament fuq l-Ewropa, |
|
— |
Max Matthiessen hija attiva prinċipalment fis-segmenti tas-senserija tal-assigurazzjoni, tal-ġestjoni tal-assi u tal-ġestjoni tal-ġid u tas-servizzi relatati fid-Danimarka, fin-Norveġja u fl-Iżvezja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11816 – OTPP / NORDIC CAPITAL XI / MAX MATTHIESSEN
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/335/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)