|
28.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 438/63 |
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2218
tat-22 ta’ Diċembru 2020
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE fir-rigward tal-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi sottomessi mir-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna
(notifikata bid-dokument C(2020) 9556)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 96/23/KE jirrikjedi li l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw annimali u prodotti tal-annimali koperti minn dik id-Direttiva, jissottomettu pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi li jipprovdu l-garanziji meħtieġa (“il-pjanijiet”). Il-pjanijiet jenħtieġ li għallanqas ikopru l-gruppi ta’ residwi u sustanzi elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet sottomessi minn ċerti pajjiżi terzi dwar l-annimali u l-prodotti tal-annimali, elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Ir-Renju Unit ipprovda l-garanziji neċessarji meħtieġa mid-Deċiżjoni 2011/163/UE sabiex ir-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey jiġu elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-ħruġ), mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll. Filwaqt li jitqiesu l-garanziji pprovduti mir-Renju Unit, dak il-pajjiż terz u d-Dipendenzi tal-Kuruna jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE. |
|
(4) |
Għalhekk, l-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
|
(5) |
Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrati li ġejjin jiddaħħlu bejn l-entrati għall-Gżejjer Faeroe u l-Ghana:
|
|
(2) |
l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrati għall-Iżrael u l-Indja:
|
|
(3) |
l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrati għall-Iran u l-Ġamajka:
|