31985D0424



Official Journal L 236 , 03/09/1985 P. 0008 - 0008
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0225
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 22 P. 0138
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0225
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 22 P. 0138


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-26 ta' Marzu 1958

dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar Injam Tropikali 1983

(85/424/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 113 u 116 tiegħu,

Wara li kunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi l-Ftehim Internazzjonali dwar Injam Tropikali 1983 kien iffirmat mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha fid-29 ta' June 1984;

Billi applikazzjoni tal-Ftehim tippresupponi kemm miżuri mill-Komunità u kemm miżuri konġunti mill-Istati Membri tagħha,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha b'dan jiddikjaraw li għandhom l-intenzjoni japplikaw il-Ftehim Internazzjonali dwar Injam Tropikali 1983, skond l-Artikoli 34 jew 36 tiegħu, meta l-Ftehim jidħol fis-seħħ skond l-Artikoli 37 tiegħu.

Il-Komunità tapplika l-Ftehim b'mod provviżorju.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna bis-setgħa li tiddepożita din in-notifika ta' applikazzjoni provviżorja f'isem il-Komunità.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmulha fi Brussel, 26 ta' Marzu 1985.

Għall-Kunsill

Il-President

F. M. Pandolfi

--------------------------------------------------